Wikipedija mtwiki https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali MediaWiki 1.47.0-wmf.8 first-letter Medja Speċjali Diskussjoni Utent Diskussjoni utent Wikipedija Diskussjoni Wikipedija Stampa Diskussjoni stampa MediaWiki Diskussjoni MediaWiki Mudell Diskussjoni mudell Għajnuna Diskussjoni għajnuna Kategorija Diskussjoni kategorija Portal Diskussjoni portal TimedText TimedText talk Module Module talk Event Event talk Wiki 0 1560 330832 325764 2026-07-01T07:51:49Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330832 wikitext text/x-wiki '''Wiki''' hu [[sit tal-web]]<ref group="N">sit elettroniku, sit web, websajt</ref> li jħalli l-utenti tiegħu iżidu, ibiddlu u jħassru l-kontenut permezz ta' [[navigatur tal-web]]<ref group="N">web browser</ref>, bl-użu ta' [[lingwaġġ ta' markatura]]<ref group="N">Markup language</ref> semplifikat jew [[editur tat-test]] [[fuq-il-linja]]<ref group="N">online, onlajn</ref>.<ref>[http://dictionary.oed.com/cgi/entry/50293088 Dictionary.oed.com], ''[[Oxford English Dictionary]]'' </ref><ref name="Britannica">[http://www.britannica.com/EBchecked/topic/1192819/wiki ''Encyclopædia Britannica'', vol. 1, 2007]</ref><ref name="urlEasy Wiki Hosting, Scott Hanselmans blog, and Snagging Screens">[http://msdn.microsoft.com/en-us/magazine/cc700339.aspx Scott Mitchell, ''Easy Wiki Hosting, Scott Hanselman's blog, and Snagging Screens'' MSDN Magazine]</ref> Fi kliem ieħor hu ġabra ta' dokumenti ipertestwali li jiġu aġġornati mill-utenti u li l-kontenut tagħhom jiżviluppa bil-kollaborazzzjoni ta' dawk kollha li jaċċessawh (kontenut ġenerat mill-utenti). Il-modifika tal-kontenut hi miftuħa, fis-sens li t-test jista' jiġi modifikat mill-utenti kollha (xi minn daqqiet reġistrati u xi minn daqqiet anonimi) li jikkontribwixxu mhux biss billi jżidu, kif jiġri s-soltu fil-forums, imma jbiddlu u jħassru dak li kienu kitbu l-awturi ta' qabel. Kull bidla tiġi reġistrata f'kronoloġija biex f'każ ta' bżonn it-test jista' jinqaleb għall-verżjoni ta' qabel; l-għan hu l-informazzjoni titqassam, titpartat, tinħażen u tittejjeb b'mod kollaborattiv. I-terminu "wiki" jista' jfisser ukoll is-software kollaborativ użat biex jinħoloq is-sit tal-web. == Etimoloġija == [[Stampa:HNL Wiki Wiki Bus.jpg|thumb|karozza-navetta "Wiki Wiki"]] ''Wiki wiki'' ġejja minn kelma bil-[[lingwa Ħawajijana]] li tfisser "mgħaġġel". Kultant wikiwiki jew WikiWiki jew Wikiwiki jintużaw minnflok wiki. [[Ward Cunningham]] (missier l-ewwel wiki) kien imnebbaħ mill-isem ''wiki wiki'' użat għal karozza-navetta tal-ajruport ta' [[Honolulu]]. "Wiki kienet l-ewwel kelma li sema' matul l-ewwel żjara tiegħu fil-[[Gżejjer Ħawaji]], meta wieħed inkarigat stiednu biex jieħu karozza "wiki wiki" li taħdem bejn it-terminali tal-ajruport. Cunningham qal: ''"Għażilt'' wiki-wiki ''bħala sostituzzjoni allitterattiva ta' ''quick'' ("mgħaġġel") u hekk evitajt li nsejjaħ dil-ħaġa ''quick-web''."''<ref name="ward">[http://c2.com/cgi/wiki?WikiHistory ''Wiki History'']</ref>. ''WikiWikiWeb'' hu terminu użat kultant biex jirreferi b'mod speċifiku għal [[Portland Pattern Repository]], l-ewwel wiki li qatt eżista. Dawk li bdew dan il-wiki issuġġerew li għall-wikis in ġenerali għandha tintuża 'w' żgħira. == Storja == Is-software ''wiki'' twieled bħala soluzzjoni ġenerali ta' problema rikorrenti tal-komunità web, il-kitba u d-diskussjoni ta' [[pattern languages]]. L-ewwel wiki kien ''Portland Pattern Repository'', il-kunċett ta' [[Ward Cunningham]] li bdieh fl-1995<ref name="ward" />. Cunningham ivvinta l-isem u l-kunċett ta' wiki u pproduċa l-ewwel implementazzjoni ta' mutur wiki. Fl-aħħar tas-seklu 20, il-wikijiet kienu meqjusa bħala mezz promettenti għall-iżvilupp tas-sisien ta' tixrid tal-għarfien fil-pubbliku u fil-privat. Kien dan il-potenzjal li ispira l-proġett tal-enċiklopedija ''Nupedia'', mibdija minn [[Jimmy Wales]] ma' [[Larry Sanger]] bħala kap-editur bl-użu tat-teknoloġija wiki bħala bażi ta' enċiklopedija elettronika. [[Wikipedija]] ġiet varata f'Jannar 2001. Oriġinarjament kienet ibbażata fuq is-software ''UseMod'', imbagħad bidlet għal software ta' sors miftuħ ''MediaWiki'' li għadha tuża bħalissa. Dan ġie adottat minn ħafna wikijiet oħra. Bħalissa il-Wikipedija bl-Ingliż hi l-ikbar wiki, u t-tieni waħda hi l-Wikipedija Ġermaniża. == Oqsma tal-applikazzjoni == * '''Dokumentazzjoni''' ta' ħafna proġetti informatiċi, pereżempju ''Tango Desktop Project''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''Tango Desktop Project'' |url=http://tango.freedesktop.org/Tango_Desktop_Project |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20130414030056/http://tango.freedesktop.org/Tango_Desktop_Project |arkivju-data=2013-04-14 |url-status=dead }}</ref>, ''DotClear documentation''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''Dotclear Documentation'' |url=http://dotclear.org/documentation/ |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20130529225618/http://dotclear.org/documentation/ |arkivju-data=2013-05-29 |url-status=dead }}</ref>, ''EagleFaq''<ref>[http://faq.eagle-usb.org/ ''EagleFaq'']</ref>; * '''Proġetti kollaborattivi''', pereżempju ''Dokumentazzjoni tal-komunità Taljana ta' [[Ubuntu]]''<ref>[http://wiki.ubuntu-it.org/ ''Documentazione della comunità italiana di Ubuntu'']</ref>, ''[[Nasgaïa]]''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu={{!}} ''Nasgaïa'' |url=http://nasgaia.org/wiki/doku.php |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20100307043402/http://www.nasgaia.org/wiki/doku.php |arkivju-data=2010-03-07 |url-status=dead }}</ref> (Linux), ''CPDL, Choral Public Domain Library''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''CPDL, Choral Public Domain Library'' |url=http://www.cpdl.org/wiki/index.php/Main_Page |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20121022001755/http://www.cpdl.org/wiki/index.php/Main_Page |arkivju-data=2012-10-22 |url-status=dead }}</ref>; * '''Edukazzjoni u formazzjoni kollaborattiva''', bħala ''libroscuolawiki.altervista.org''; * '''Enċiklopediji''' u b'mod iżjed ġenerali '''banek ta' għarfien fuq-il-linja''' ('''knowledge bases online'''), kemm ġenerali bħal [[Wikipedija]] jew settorjali bħal ''Sensei's Library''<ref>[http://senseis.xmp.net/ ''Sensei's Library'']</ref>, ''websemantique.org''<ref>[http://websemantique.org ''websemantique.org'']</ref>, ''xulfr.org''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''xulfr.org'' |url=http://xulfr.org/wiki/ |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20130507145645/http://xulfr.org/wiki/ |arkivju-data=2013-05-07 |url-status=dead }}</ref>, ''Ekopedia''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''Ekopedia'' |url=http://it.ekopedia.org/Pagina_principale |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20080218084346/http://it.ekopedia.org/Pagina_principale |arkivju-data=2008-02-18 |url-status=dead }}</ref>, ''Wikiartpedia''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''Wikiartpedia'' |url=http://www.wikiartpedia.org/ |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20080828004749/http://www.wikiartpedia.org/ |arkivju-data=2008-08-28 |url-status=dead }}</ref>, ''Anarcopedia''<ref>[http://ita.anarchopedia.org/ ''Anarcopedia'']</ref>, u ''Nonciclopedia''; * '''Bank ta' għarfien ta' kumpannija''', biex jippermetti l-ixerjar tal-għarfien u għal komunikazzjoni fi ħdan il-kumpnnija; * '''Wikijiet komunitarji''', li jiġbru n-nies madwar suġġett bl-għan li jiltaqgħu, jaqsmu l-għarfien bejniethom, eċċ. Pereżempju ''Wikivoyage''<ref>[http://www.wikivoyage.org ''Wikivoyage'']</ref>, ''Bennilogia''<ref>{{Ċita web |data-aċċess=2013-04-17 |titlu=''Bennilogia'' |url=http://www.bennilogia.org/ |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20170911170050/http://bennilogia.org/ |arkivju-data=2017-09-11 |url-status=dead }}</ref>; * '''Wikijiet personali''' jintużaw bħala għodda għall-produzzjoni u l-maniġġar tal-informazzjoni minn ''Notebook'' għal pereżempju ''Tomboy'' u ''Gnote''. == Karatteristiċi prinċipali == Permezz ta' wiki jistgħu jinkitbu dokumenti kollettivament f'lingwaġġ ta' ''markatura'' <ref group = "N">markup</ref> sempliċi bl-użu ta' navigatur tal-web . Billi l-parti l-kbira tal-wikijiet huma bbażati fuq il-[[World Wide Web|web]], it-terminu wiki is-soltu biżejjed. Paġna waħda f'wiki tissejjaħ "paġna tal-wiki", waqt li s-sett ta' paġni, li s-soltu jkunu marbutin ma' xulxin jissejjaħ "il-wiki". Waħda mill-karatteristiki distintivi tat-teknoloġija wiki hi l-ħeffa li biha l-paġni jistgħu jinħolqu u jiġu aġġornati. Ġeneralment ma' jkunx hemm verifika preventiva fuq il-modifiki, u l-parti l-kbira tal-wikijiet huma miftuħin għall-utenti kollha - jew almenu dawk li għandhom aċċess għas-server tal-wiki. Infatti, lanqas ir-reġistrazzjoni ta' kont mhux dejjem meħtieġa. == Paġni u modifiki == F'wiki tradizzjonali hemm tliet rappreżentazzjonijiet possibbli għal kul paġna: il-kodiċi [[HTML]] (hypertext markup language), il-paġna li tirriżulta meta wieħed jaraha b'navigatur tal-web u l-kodiċi tas-sors li l-utenti jistgħu jimmodifikaw, li minnha s-server jipproduċi l-HTML. Dan il-format tal-aħħar, magħruf bħala "wikitext", hu miktub b'lingwaġġ ta' markatura semplifikat li l-istil u s-sintassi tiegħu jistgħu ivarjaw ma' kull implementazzjoni. Il-prinċipju li hi msejsa fuqu din l-għażla ta' disinn hu li l-HTML, bil-librerija kbira ta' etikettatura <ref group ="N">tag</ref> li għandu, hu komplikat wisq biex jistgħu isiru tibdiliet malajr, u għalhekk jiddistratta mill-kontenut veru tal-paġni. Barra minn hekk, il-fatt li l-utenti ma jistgħux jużaw il-funzjonalitajiet kollha li għandu l-HTML, bħal [[JavaScript]] u [[CSS]], hu meqjus ta' vantaġġ għax jimponi iktar uniformità fid-dehra. {| class="wikitable" |- ! style="width:33.3%;"|Sintassi [[MediaWiki]] ! style="width:33.3%;"|HTML ekwivalenti ! style="width:33.3%;"|Riżultat |- style="vertical-align:top;" |<tt><nowiki>"Ħu naqr'iżjed [[te]]," qal il-Liebru ta' Marzu lil Alice, bil-ħeġġa kollha.</nowiki>
<nowiki>"Għadni ma ħadt '''</nowiki>xejn<nowiki>'''</nowiki>," wieġbet Alice b'ton offiż, "allura ma nistax nieħu iżjed."
</tt> |"Ħu naqr'iżjed [[te]]," qal il-Liebru ta' Marzu lil Alice, bil-ħeġġa kollha. "Għadni ma ħadt '''xejn'''," wieġbet Alice b'ton offiż, "allura ma nistax nieħu iżjed." "Trid tgħid li ma tistax tieħu ''inqas''?" qal il-Kappellier. "Faċli ħafna tieħu ''iżjed'' minn xejn." |} Xi wikijiet riċenti jużaw metodu differenti: jipprovdu strumenti ta' modifika "[[WYSIWYG]]"<ref group ="N">Bl-Ingliż: What you see is what you get. (Ħa jkun kif qiegħed tarah.)</ref>, permezz biss tal-kontrolli [[ActiveX]] jew tal-[[plugin (informatika)|plugins]] li jittraduċu l-istruzzjonijiet tal-formattazzjoni inseriti grafikament, bħal tipi "ħoxnin" jew "kursivi" fitl-etikettura tal-HTML li jikkorrispondu magħhom. F'dawn l-implementazzjonijiet, meta utent jissejvja modifika jkun qiegħed jibgħat paġna ġdida tal-HTML fuq is-server, minkejja li ma jkunx jaf bit-dettalji tekniċi u l-markatura tiġi ġenerata b'mod trasparenti għalih. L-utenti li ma jkollhomx il-plugin relattiv jistgħu jimodifikaw biss permezz tal-kodiċi HTML. L-istruzzjonijiet ta' formattazzjoni li wieħed jista' juża fuq wiki jvarjaw ħafna skont il-mutur użat. Fuq wiki sempliċi tista' tagħmel biss formattazzjoni elementari, waqt li l-wikijiet iżjed kumplessi għandhom support għat-tabelli, xbihat, formoli u anki elementi interattivi bħal ħoss u logħob. Għalhekk bħalissa qegħdin jippruvaw jiddefinixxu Markatura Standard għall-Wiki<ref group ="N">Wiki Markup Standard</ref><ref>[http://meatballwiki.org/wiki/WikiMarkupStandard Wiki Markup Standard]</ref>. === Ħolqien ta' paġni u l-ħoloq === Il-''Wikijiet'' huma mezz għal kollox ipertestwali, b'struttura ta' navigazzjoni mhux linjari. Tipikament kull paġna jkun fiha numru kbir ta' ħoloq għal paġni oħra; fil-wikijiet ta' daqs notevoli jkun hemm ukoll navigazzjoni ġerakika, imma mhux bilfors tintuża. Ir-rabtiet (''ħoloq'') jinħalqu permezz ta' sintassi partikolari msejħa "link pattern." Il-parti l-kbira tal-wikijiet jużaw il-mudell [[CamelCase]] għall-ismijiet tal-ħoloq. Skont dan il-mudell l-ewwel ittra ta' kull kelma fi frażi ssir majuskola u jitneħħew l-ispazji bejn il-kliem (it-terminu "CamelCase" hu stess eżempju ta' CamelCase). CamelCase barra li jiffaċilita l-ħoloq, iservi biex il-kitba tal-ħoloq ikollha forma differenti mill-ortografija standard. Il-wikijiet ibbażati fuq CamelCase malajr jintgħarfu mill-ħoloq b'ismijiet bħal "IndiċiĠenerali" u "DomandaInizjali"; it-terminu CamelCase ġej minn dawn il-frażijiet li jixbhu xi naqra il-profil ta' [[ġemel]] (bl-Ingliż ''camel''). CamelCase qajjem ħafna kritiki, u l-iżviluppaturi tal-wiki fittxew soluzzjonijiet oħra. L-ewwel li introduċa "free links" (ħoloq ħielsa) permezz ta' <nowiki>_(format ta' ħolqa ħielsa)</nowiki> kien [[Cliki]]. Diversi muturi tal-wiki jużaw parentesi singoli, grappetti, sottolinjaturi, żbarri u karatteri oħra biex jindikaw ħolqa. Il-ħoloq li jgħaqqdu komunitajiet tal-wiki differenti huma possibbli bl-użu ta' mudell speċjali ta' ħoloq imsejjaħ [[InterWiki]]. Is-soltu f'wiki, paġni ġodda jinħolqu sempliċement billi wieħed idaħħal ħolqa korrispondenti f'paġna li tittratta suġġett li għandu x'jaqsam. Jekk il-ħolqa ma teżistix, normalment tkun murija bħala ħolqa maqsuma (''broken link''). Meta wieħed jipprova jsegwi dik il-ħolqa tinfetaħ tieqa ta' modifika, li tippermettilu jdaħħal it-test tal-paġna l-ġdida. Dan il-mekkanimu jiżgura li l-paġni msejħin "orfni" (jiġifieri li m'għandhomx ħolqa li tipponta lejhom) jinħolqu rarament u jinżamm livell għoli ta' konnessjoni. Il-wikijiet ġeneralment jippruvaw jagħmluha faċli l-korrezzjoni tal-iżbalji li jistgħu isiru. aktar milli jagħmluha diffiċli li jsiru l-iżbalji. Għalhekk il-wikjiet barra li huma miftuħin għal kollox, jipprovdu bosta mezzi biex jiġu verifikati l-modifiki riċenti fil-kontenut ta' paġna. L-iżjed importanti u l-iżjed użat fil-wikijiet kważi kollha hu dik li jsejħulha paġna tat-"Tibdil riċenti", li turi kemm numru speċifiku ta' tibdiliet riċenti u kemm lista kompluta tal-modifiki magħmulin f'perjodu ta' żmien determinat. Xi wikijiet iħalluk tiffiltra il-listi li semmejna b'mod li l-modifiki żgħar - jew il-modifiki magħmulin awtomatikament minn dawk li jissejħu [[bot]] (kodiċi ta' programmazzjoni magħmulin b'mezz awtomatiku) - jistgħu jiġu esklużi. Mill-paġna tal-bidliet hemm aċċessibbli żewġ funzjonijiet oħra f'kważi l-wikijiet kollha: il-kronoloġija tar-reviżjonijet, li turi il-verżjonijiet preċedenti ta' paġna, u l-funzjonalità "Qabbel", li turi l-bidliet bejn żewġ reviżjonijiet. Il-kronoloġija tar-reviżjonijiet tipprovdi editur tat-test biex wieħed ikun jista' jiftaħ u jissejvja verżjoni ta' qabel tal-paġna u hekk jirristabilixxi l-kontenut oriġinali. Il-funzjonalità "Qabbel" tista' tintuża biex wieħed jiddeċiedi jekk xi modifika ta' qabel hijiex tajba jew le. Utent regolari tal-wiki jkun jista' jara u jqabbel bidla mniżla fil-lista tal-paġna "Tibdil riċenti" u, jekk jidhirlu li l-aħħar verżjoni mhux aċċettabbli jista' jikkonsulta l-kronoloġija biex jirristabilixxi verżjoni ta' qabel. Din il-proċedura hi ftit jew wisq effiċjenti skont is-software tal-wiki użat. [[Stampa:History comparison example.png|thumb|Paragun kronoloġiku juri d-differenzi bejn żewġ reviżjonijiet ta' paġna.]] F'xi wikijiet fil-paġna "Tibdil riċenti" wieħed jista' jniżżel sinjal biex jgħid li jaqbel fuq il-verżjonijiet li jqis li huma aċċettabbli. [[Tavi]] ta' Scott Moonen għandu "bidliet sottoskritti" (simili għal "listi ta' kontroll" ta' Wikipedia), forma interna ta' mmarkar tal-paġini li hi użata biex tiġġenera lista ta' bidliet riċenti għall-konfigurazzjoni ta' grupp ta' paġni speċifiċi wieħed. Biex jiġi żgurat li sensiela ta' paġni jżommu il-kwalità tagħhom, kull persuna tista' tħalli avviż mal-modifiki li tippermettilha tivverifika l-validità tal-verżjonijiet ġodda faċilment. == Il-kontroll tal-modifiki == Bosta wikijiet pubbliċi ma jeħtiġux reġistrazzjoni, però ħafna mill-muturi tal-wiki l-kbar (fosthom [[MediaWiki]], [[MoinMoin]], [[UseModWiki]] u [[TWiki]]) jipprovdu metodi biex jillimitaw l-aċċess fil-kitba. Xi muturi tal-wiki għandhom il-possibbiltà li xi waħdiet ta' utenti jkunu interdetti milli jiktbu permezz tal-grupp tal-[[indirizz tal-IP]] tagħhom, jew jekk ikun disponibbli permezz tal-isimhom ta' utent. Imma, bosta providers tas-servizz tal-internet (ISP) jassenjaw indirizz tal-IP ġdid għal kull login, għalhekk l-interdizzjoni tal-IP, ħafna spiss jistgħu jaħirbuha faċilment. Biex tiġi evitata din il-problema, l-interdizzjoni temporanja tal-IP sikwit tiġi estiża għall-grupp ikbar ta' indirizzi tal-IP; l-idea hi li dan hu biżżejjed biex inaffar 'il min jabbuża. Madankollu hekk jistgħu jiġu interdetti wkoll utenti bla ħtija li jużaw l-istess ISP matul l-interdett. Ħafna drabi d-difiża kontra l-"vandali" persitenti tkun li dawn sempliċement jitħallew iħassru u jbiddlu kemm paġni jridu, għax l-utenti ġenwini jafu li dawn il-bidliet jistgħu jinstabu u jitbiddlu lura faċilment. Bħala miżura ta' emerġenza, xi wikijiet għandhom bażi ta' data<ref group ="N">database</ref> li jista' jitqiegħed f'modalità ta' qari-biss meta jkun hemm bżonn u hekk dawk li jkunu reġistrati qabel ċerta data biss ikunu jistgħu jkomplu jiktbu fuq paġna fil-bażi ta' data. Madankollu kull ħsara li jagħmel "vandalu" tista' titħassar malajr u faċilment. Iżjed problematiċi l-iżbalji li jidħlu fil-paġni mingħajr ma ħadd jinduna bihom, pereżempju bidla fid-data tal-pubblikazzjoni ta' album u d-''diskografiji''. F'każi estremi ħafna wikijiet ikollhom paġni li jistgħu jiġu mħarsin mill-modifika. Il-paġni protetti f'Wikipedija, pereżempju, jistgħu jimmodifikawhom biss dawk li jissejħu amministraturi, li jistgħu wkoll jirrevokaw il-protezzjoni. Din id-drawwa hi ġeneralment meqjusa bħala ksur tal-filosofija fundamentali ta' WikiWiki u, għalhekk tiġi kemm jista' jkun evitata. == Tfittix == Il-parti l-kbira tal-wikijiet joffru mill-inqas tfittix bit-titlu, u spiss ikun hemm possibbiltà għal tfittix tat-test sħiħ li janalizza t-test tal-kontenuti. Jekk it-tfittix jistax isir b'aktar reqqa jiddependi minn jekk il-mutur tal-wiki jużax bażi ta' data. Bażi ta' data indiċizzat hu indispensabbli għal tfittix malajr fuq wikijiet kbar. Minflok xi minn daqqiet jistgħu jintużaw muturi ta' tfittix esterni bħal ''Google'' fuq wikijiet b'funzjonijiet tat-tfittix limitati biex jinkisbu riżultati iżjed preċiżi. == Muturi tal-wiki == ''Mutur tal-wiki'' hu sistema ta' software ta' tip kollaborattiv li biha taħdem sistema tal-wiki. L-implementazzjoni tiegħu ġeneralment tikkonsisti f'programm installat fuq bosta [[server]]s li jimmaniġġaw kontenut is-soltu memorizzat f'[[database]] marbut magħhom; xi installazzjonijiet però jużaw direttament il-[[file system]] tas-server. Ġew żvluppati numru kbir ta' implementazzjonijiet, b'ħafna lingwaġġi ta' programmazzjoni differenti, minn sempliċi ''hack'', li għandhom biss il-funzjoni ta' bażi, sa sistemi ta' amministrazzjoni tal-kontenut ([[Content Management System]]) sofistikati ħafna. == Komunitajiet tal-wiki == Għal min hu interessat li joħloq il-wiki tiegħu, hemm ħafna "[[Wiki hosting service|wiki-farms]]" disponibbli, xi wħud minn dawn jimmaniġġaw anki wiki privati, protetti minn [[password]]. Il-wiki-farm l-iżjed famuż hi dik ta' "Wikia"<ref>[http://www.wikia.com/Wikia Wikia]</ref>, imwaqqfa fl-2004 minn [[Jimmy Wales]]. L-ikbar 30 wiki huma mniżżlin fil-lista ta' ''Biggest Wiki''<ref>[http://meatballwiki.org/wiki/BiggestWiki#Biggest_wikis_by_page_count_on_July_3_2004 ''Biggest Wiki'']</ref>. Biex issib wiki fuq suġġett partikolari li jinteressak segwi il-Wiki Node Network minn wiki għal ieħor. Inkella tista' tieħu ''tour'' tal-wikijiet fuq: [[Wikipedia:TourBusStop|TourBusStop]]. == Ġergu == Ċertu numru ta' termini ġergali ħarġu matul l-iżvilupp tal-komunità tal-wiki. '''WikiGnome''' :Persuna li tikkontribwixxi pożittivament għal wiki permezz ta' korrezzjonijiet u żidit żgħar, u hekk ikun utli imma ġeneralment jibqa' fid-dell. '''WikiFairy''' :Persuna oħra li tikkollabora pożittivament b'mod partikolari biex issebbaħ il-paġni ta' wiki. '''WikiGremlin'''. :Il-kontra WikiGnome: xi ħadd li jagħmel il-ħsara permezz ta' modifiki, xi mdaqqiet intelliġenti imma dejjem bi skopijiet ħżiena u negattivi. Dan hu varjanti ta' [[Wikipedija:Glossarju|Vandaliżmu]]. Il-kunċett ta' '''WikiGnome''' u '''WikiFairy''' seta' twieled fuq ''Welcome Visitors Portland Pattern Repository's Wiki''<ref>[http://www.c2.com/cgi/wiki?WelcomeVisitors ''Welcome Visitors Portland Pattern Repository's Wiki'' ]</ref>, fejn insibu definizzjonijiet oħra u iżjed preċiżi<ref>[http://www.c2.com/cgi/wiki?WikiGnome ''Wiki Gnome''] </ref><ref>[http://www.c2.com/cgi/wiki?WikiFaeries ''Wiki Faeries'']</ref>. == Rikerki xjentifiċi == Minn twelidha il-wiki stimula r-riċerka xjentifika f'bosta ambiti tal-għarfien, b'mod partikolari fl-ambitu mediku, l-ambitu komunikazzjonali, l-ambitu lingwistiku u soċjoloġiku. == Noti ==
<references group=N/>
== Referenzi == {{Referenzi|2}} == Biblijografija == * Aigrain, Philippe (2003): ''The Individual and the Collective in Open Information Communities''. Is-16-il Konferenza tal-Kummerċ Elettroniku, Bled, Slovenja, 11 ta' Ġunju 2003. [https://web.archive.org/web/20050128232039/http://www.debatpublic.net/Members/paigrain/texts/icoic.html] * Aronsson, Lars (2002): ''Operation of a Large Scale, General Purpose Wiki Website: Experience from susning.nu's first nine months in service''. Studju ppreżentat fis-sitt Konferenza Internazzjonali ICCC/IFIP fuq il-Pubblikazzjoni Elettronika, 6-8 ta' Novembru 2002, Karlovy Vary, Repubblika Ċeka. [https://web.archive.org/web/20050204064747/http://aronsson.se/wikipaper.html] * Benkler, Yochai (2002): ''Coase's penguin, or, Linux and The Nature of the Firm''. The Yale Law Jounal. v.112, n.3, pp. 369–446. * Cunningham, Ward and Leuf, Bo (2001): ''The Wiki Way. Quick Collaboration on the Web.'' Addison-Wesley, ISBN 0-201-71499-X. * Delacroix, Jérôme (2005): ''Les wikis, espaces de l'intelligence collective'' M2 Editions, Pariġi, ISBN 2-9520514-4-5. * Nakisa, Ramin (2003): ''Wiki Wiki Wah Wah''. Linux User and Developer v.29, pp. 42–48. [http://194.73.118.134/lud29-Collaborative_Software-Wiki.pdf] * Remy, Melanie. (2002): ''Wikipedia: The Free Encyclopedia''. Online Information Review. v.26, n.6, pp. 434. == Ħoloq esterni == ===Muturi tal-wiki=== * [[Active Server Pages|ASP]] ** {{en}} [https://web.archive.org/web/20140112012336/http://wikipot.raneri.it/ WikiPot] * [[Perl]] ** {{en}} [http://www.c2.com/cgi/wiki?WelcomeVisitors il-WikiWikiWeb oriġinali] ** [https://web.archive.org/web/20100408054020/http://www.kwiki.org/ Kwiki modulari b'ħafna plugins] * [[PHP]] ** [http://www.pmwiki.org PmWiki] (multilingwi) ** {{fr}} [http://www.wikini.net WikiNi] ** {{en}} [https://web.archive.org/web/20130501022513/http://wikka.jsnx.com/ WikkaWiki] ** {{fr}} [http://www.wiki-FR.com Wiki-FR] ** {{en}} [http://phpwiki.sourceforge.net phpwiki] ** {{en}} [https://web.archive.org/web/20200926110249/http://www.rvh9.com/ Rvh] ** [https://web.archive.org/web/20081120012023/http://www.tikiwiki.org/ tikiwiki] (multilingwi) ** [http://wikipedia.sourceforge.net/ MediaWiki] (maħluq għal Wikipedia) ** [http://www.splitbrain.org/Programming/PHP/DokuWiki/index.php DokuWiki] (multilingwi). * [[Java]] ** {{en}} [https://web.archive.org/web/20080914125213/http://www.jspwiki.org/Wiki.jsp JSPWiki] ** {{en}} {{fr}} [http://www.xwiki.org/xwiki/bin/view/Main/WebHome XWiki] * {{en}} [http://moinmo.in/ MoinMoin] * {{en}} [http://zwiki.org/ ZWiki] * [http://www.framasoft.net/rubrique335.html Dedikat għall-Wikijiet tas-sit Framasoft] === Enċiklopediji bil-wiki === * [[Wikipedia]] * [https://web.archive.org/web/20130917143459/http://en.ekopedia.org/Main_Page Ekopedia Enċiklopedija tal-ekoloġija] * {{en}} [http://www.freerepublic.com/focus/news/868659/posts Disinfopedia, L-enċiklopedija tal-propaganda] * [http://www.forum-religion.org/general/wikikto-l-encyclopedie-catholique-libre-t7602.html WikiKto, l-Enċiklopedija Kattolika ħielsa] === Oħrajn === * [http://c2.com/cgi/wiki?WikiEngines Wiki Engines Lista tal-muturi tal-wiki] * [http://meatballwiki.org/wiki/MeatballWiki Meatball, komunità ta' żviluppaturi tal-komunitajiet online] * [https://web.archive.org/web/20130922064238/http://www.codepedia.com/ Codepedia L-enċiklopedija tal-iżviluppaturi] * [https://en.wikiversity.org/wiki/Wiki_science Ix-xjenza tal-wiki] [[Kategorija:Informatika]] 87clqhp7pk5hzzqwi27vfngrlk6qrv7 Erich Hof 0 16264 330822 280279 2026-07-01T01:28:38Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330822 wikitext text/x-wiki {{Nebbieta|sport}} {{Infobox plejer tal-futbol |isem = Erich Hof |stampa = |data_twelid = {{data tat-twelid|1936|8|3}} |post_twelid = [[Vjenna]] |pajjiż_twelid = Awstrija |data_mewt = {{data tal-mewt u età|1995|1|25|1936|8|3}} |post_mewt = [[Vjenna]] |rwol = [[Attakkant]] |snin1 = 1954–1964 |klabb1 = [[Wiener Sport-Club]] |snin2 = 1964 |klabb2 = [[FK Austria Wien|Austria Wien]] |snin3 = 1965–1969 |klabb3 = [[Wiener Sport-Club]] |snin_nazzjonali1 = 1957–1968 |tim_nazzjonali1 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija|Awstrija]] |snin_kowċ1 = 1969–1970 |klabb_kowċ1 = [[Wiener Sport-Club]] |snin_kowċ2 = 1971 |klabb_kowċ2 = [[FC Red Bull Salzburg|Red Bull Salzburg]] |snin_kowċ3 = 1974–1979 |klabb_kowċ3 = [[Wiener Sport-Club]] |snin_kowċ4 = 1980–1982 |klabb_kowċ4 = [[FK Austria Wien|Austria Wien]] |snin_kowċ5 = 1982–1984 |klabb_kowċ5 = [[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija|Awstrija]] |snin_kowċ6 = 1985–1986 |klabb_kowċ6 = [[Wiener Sport-Club]] |snin_kowċ7 = 1989–1990 |klabb_kowċ7 = [[FK Austria Wien|Austria Wien]] }} '''Erich Hof''' (twieled fit-3 ta' Awwissu 1936 – miet fil-25 ta' Jannar 1995) kien plejer u kowċ tal-[[futbol]] [[Awstrija]]k li kien jilgħab fil-pożizzjoni ta' [[attakkant]]. == Bijografija == [[Stampa:Erich Hof.jpg|daqsminuri|Lapida fuq il-qabar fejn jinsab midfun Erich Hof]] Bl-eċċezzjoni ta' parentesi qasira ma' [[FK Austria Wien|Austria Wien]], Erich Hof dejjem lagħab ma' [[Wiener Sport-Club]] fejn magħhom rebaħ il-[[Fußball-Bundesliga (Awstrija)|kampjonat Awstrijakk]] darbtejn (1958, 1959). Ma' Wiener SC tibqa' mfakkra r-rebħa storika ta' 7–0 fuq [[Juventus FC|Juventus]] fit-[[Tazza taċ-Ċampjins]], fejn Hof skorja doppjetta. Kien ukoll l-aqwa skorer tal-kampjonat fl-1959 u fl-1963. Fi tmiem il-karriera tiegħu bħala plejer, beda jikkowċja t-timijiet fosthom lil Wiener, Austria Wien u t-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstrija|tim nazzjonali Awstrijak]]. Ma' Austria Wien rebaħ il-kampjonat fl-1980 u fl-1981. Erich Hof miet fil-25 ta' Jannar 1995, fl-età ta' 58 sena minħabba [[kanċer]]. == Ħoloq esterni == * {{nfteams}} * {{lingwi|de}} [https://web.archive.org/web/20120310202719/http://www.austria-archiv.at/spieler.php?Spieler_ID=255 Profil] fuq Austria Archiv * [https://www.rsssf.org/miscellaneous/hof-intlg.html Lista tal-logħbiet internazzjonali ta' Erich Hof] fuq RSSSF {{DEFAULTSORT:Hof, Erich}} [[Kategorija:Twieldu fl-1936]] [[Kategorija:Mietu fl-1995]] [[Kategorija:Futbolers Awstrijaċi]] [[Kategorija:Kowċis Awstrijaċi]] [[Kategorija:Plejers ta' FK Austria Wien]] [[Kategorija:Kowċis ta' FC Red Bull Salzburg]] [[Kategorija:Kowċis ta' FK Austria Wien]] [[Kategorija:Plejers tal-Bundesliga Awstrijaka]] [[Kategorija:Kowċis tal-Bundesliga Awstrijaka]] 0abzrqqtnih3lj1wlr9l29a77f59535 Kumitat tar-Reġjuni 0 21619 330826 298993 2026-07-01T03:16:47Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330826 wikitext text/x-wiki '''[https://web.archive.org/web/20140909142509/http://cor.europa.eu/mt/Pages/home.aspx Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni]''' (KtR) huwa l-assemblea tal-[[Unjoni Ewropea]] (UE) tar-rappreżentanti lokali u reġjonali li tipprovdi lill-awtoritajiet sottonazzjonali (jiġifieri r-reġjuni, il-kontej, il-provinċji, il-muniċipalitajiet u l-bliet) b'vuċi diretta fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE. Imwaqqaf fl-1994, il-KtR inħoloq biex jindirizza żewġ kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel, madwar tliet kwarti mil-leġislazzjoni tal-UE hija implimentata fil-livell lokali jew reġjonali; għalhekk huwa xieraq li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jingħataw vuċi fit-tħejjija tal-liġijiet il-ġodda tal-UE. It-tieni, kien hemm tħassib dwar id-distakk dejjem akbar bejn il-pubbliku u l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea; l-involviment tal-livell ta' gvern elett li jkun l-aktar qrib taċ-ċittadini kien mod wieħed kif jiġi eliminat dan id-distakk. ==Sfond== Fi ħdan l-Unjoni Ewropea l-awtoritajiet lokali u reġjonali ppressaw għal influwenza ikbar fil-kwistjonijiet relatati mal-UE. Dan wassal għall-ħolqien tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni permezz tat-[[Trattat ta' Maastricht]] u għad-dispożizzjoni biex l-Istati Membri jkunu rrappreżentati fil-Kunsill tal-UE minn ministri tal-gvernijiet reġjonali tagħhom. ==Prinċipji== Hemm tliet prinċipji ewlenin fil-qalba tal-ħidma tal-Kumitat: '''Is-sussidjarjetà''' Dan il-prinċipju, li tniżżel fit-Trattati fl-istess waqt li nħoloq il-KtR, ifisser li d-deċiżjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea jridu jittieħdu fl-aktar livell prattiku qrib iċ-ċittadini. L-Unjoni Ewropea għalhekk m’għandhiex twettaq ħidma li tista’ ssir aħjar mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali. '''Il-viċinanza''' Il-livelli kollha tal-gvern għandhom jimmiraw li jkunu ‘qrib iċ-ċittadini’, b’mod partikolari billi jorganizzaw ħidmiethom b’mod trasparenti, ħalli n-nies ikunu jafu min hu responsabbli għal xiex u kif jistgħu jressqu fehmiethom. '''Is-sħubija''' Governanza tajba Ewropea tfisser li l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali jaħdmu lkoll flimkien – l-erbgħa li huma huma indispensabbli u għandhom ikunu involuti fil-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'governanza f'diversi livelli. ==Kamp ta' applikazzjoni== It-Trattati jobbligaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkonsultaw lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kull meta jsiru proposti ġodda f’oqsma li għandhom implikazzjonijiet fil-livell reġjonali jew lokali. Barra minn dawn l-oqsma, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-[[Parlament Ewropew]] jistgħu jikkonsultaw lill-KtR dwar kwistjonijiet oħra jekk ikunu tal-fehma li l-proposta leġislattiva għandha implikazzjonijiet reġjonali jew lokali. Il-KtR jista’ wkoll iħejji opinjonijiet fuq inizjattiva proprja; permezz ta’ dan, jista’ jpoġġi ċerti kwistjonijiet fuq l-aġenda tal-UE. Il-KtR kiseb id-dritt (l-istatus privileġġjat) li jindirizza lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea issa li t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ wara li ġie rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE (Artikolu 8, Protokoll Nru 2) dwar l-Applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. ==Kompożizzjoni== Il-KtR għandu 350 membru sħiħ u l-istess numru ta' membri sostituti, fejn in-numru ta' membri għal kull pajjiż jirrifletti bejn wieħed u ieħor id-daqs tal-popolazzjoni tiegħu. In-numru ta' membri għal kull pajjiż huwa kif ġej: {| class="wikitable" border="1" !Stat !Membri !Stat !Membri !Stat !Membri |- |{{Bandiera|Ġermanja}} |24 |{{Bandiera|Belġju}} |12 |{{Bandiera|Irlanda}} |9 |- |{{Bandiera|Renju Unit}} |24 |{{Bandiera|Ungerija}} |12 |{{Bandiera|Kroazja}} |9 |- |{{Bandiera|Franza}} |24 |{{Bandiera|Portugall}} |12 |{{Bandiera|Litwanja}} |9 |- |{{Bandiera|Italja}} |24 |{{Bandiera|Żvezja}} |12 |{{Bandiera|Latvja}} |7 |- |{{Bandiera|Spanja}} |21 |{{Bandiera|Bulgarija}} |12 |{{Bandiera|Slovenja}} |7 |- |{{Bandiera|Polonja}} |21 |{{Bandiera|Awstrija}} |12 |{{Bandiera|Estonja}} |6 |- |{{Bandiera|Rumanija}} |15 |{{Bandiera|Slovakkja}} |9 |{{Bandiera|Ċipru}} |5 |- |{{Bandiera|Pajjiżi l-Baxxi}} |12 |{{Bandiera|Danimarka}} |9 |{{Bandiera|Lussemburgu}} |5 |- |{{Bandiera|Greċja}} |12 |{{Bandiera|Finlandja}} |9 |{{Bandiera|Malta}} |5 |- |{{Bandiera|Repubblika Ċeka}} |12 |- |colspan=5|'''TOTAL''' |'''350''' |} ==Struttura interna== '''Il-President''' Il-president jiggwida l-ħidma tal-Kumitat waqt l-assemblea plenarja, jippresjedi s-sessjonijiet plenarji u huwa r-rappreżentant uffiċjali tal-KtR. Karl-Heinz Lambertz (Belġju/Partit tas-Soċjalisti Ewropej, PSE), Senatur mill-komunità li titkellem bil-Ġermaniż fil-Belġju, huwa l-President attwali li ġie elett fit-12 ta’ Lulju 2017. '''''Lista tal-Presidenti tal-Kumitat tar-Reġjuni''''' {| class="wikitable" ! width="187" | President tal-KtR ! width="132" | Presidenza ! width="85" | Nazzjonalità ! width="189" | Grupp Politiku Ewropew |- |Karl-Heinz Lambertz, Il-komunità li titkellem bil-Ġermaniż fil-Belġju |2017 – s'issa |Belġjan |Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Markku Markkula, Espoo | 2015 – 2017 | Finlandiż | Partit Popolari Ewropew |- | Michel Lebrun, Vallonja | 2014 – 2015 | Belġjan | Partit Popolari Ewropew |- | Ramón Luis Valcárcel, Murcia | 2012 – 2014 | Spanjol | Partit Popolari Ewropew |- | Mercedes Bresso, Pjemonte | 2010 – 2012 | Taljana | Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Luc Van Den Brande, Fjandri | 2008 – 2010 | Belġjan | Partit Popolari Ewropew |- | Michel Delebarre, Dunkirk, Nord Pas de Calais | 2006 – 2008 | Franċiż | Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Peter Straub, Baden-Wurttemberg | 2004 – 2006 | Ġermaniż | Partit Popolari Ewropew |- | Sir Albert Bore, Birmingham | 2002 – 2004 | Brittaniku | Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Jos Chabert, Reġjun ta' Brussell-Kapitali | 2000 - 2002 | Belġjan | Partit Popolari Ewropew |- | Manfred Dammeyer, Nordrhein-Westfalen | 1998 - 2000 | Ġermaniż | Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Pasqual Maragall i Mira, Barċellona, il-Katalonja | 1996 – 1998 | Spanjol | Partit tas-Soċjalisti Ewropej |- | Jacques Blanc, Languedoc-Roussillon | 1994 – 1996 | Franċiż | Partit Popolari Ewropew |} '''L-Ewwel Viċi President''' L-Ewwel Viċi President jiġi elett ukoll mill-assemblea plenarja għal sentejn u nofs u jirrappreżenta lill-President fl-assenza tiegħu. Markku Markkula (Finlandja/Partit Popolari Ewropew, PPE), membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Espoo, ġie elett bħala l-ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fit-12 ta’ Lulju 2017. '''Il-Bureau''' Il-Bureau huwa l-korp tal-KtR li jieħu d-deċiżjonijiet. Huwa magħmul minn 63 membru: il-President, l-Ewwel Viċi President, 28 Viċi President (wieħed għal kull Stat Membru), il-Presidenti tal-gruppi politiċi tal-KtR, u 28 membru ieħor mid-delegazzjonijiet nazzjonali, li jippermettu li l-Bureau jkun jirrifletti l-ekwilibriji nazzjonali u politiċi. Ġeneralment il-Bureau jiltaqa’ seba’/tmien darbiet fis-sena, ifassal il-programm ta’ politika tal-KtR, u jagħti istruzzjoni lill-amministrazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu. '''L-Assemblea Plenarja''' Il-membri tal-KtR jiltaqgħu f’sessjoni plenarja fi Brussell sitt darbiet fis-sena sabiex jiddiskutu u jadottaw opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet. Markku Markkula (Finlandja/Partit Popolari Ewropew, PPE), membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Espoo, ġie elett bħala l-ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fit-12 ta’ Lulju 2017. '''Il-kummissjonijiet tal-KtR''' Il-KtR jorganizza ħidmietu permezz ta' kummissjonijiet interni, li jispeċjalizzaw f'oqsma topiċi: * CIVEX - iċ-ċittadinanza, il-governanza, l-affarijiet istituzzjonali u dawk esterni; * COTER - il-politika ta' koeżjoni territorjali u l-baġit tal-UE; * ECON - il-politika ekonomika; * ENVE - l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-enerġija; * NAT - ir-riżorsi naturali, inkluża l-agrikoltura; * SEDEC - il-politika soċjali, l-edukazzjoni, l-impjiegi u l-kultura. Dawn iħejju l-abbozz ta’ opinjonijiet u jorganizzaw konferenzi u seminars li jiffukaw fuq l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Kull kummissjoni għandha madwar 100 membru (kull membru jista' jagħmel parti minn żewġ kummissjonijiet) u hija appoġġjata minn segretarjat fi ħdan l-amministrazzjoni. Kummissjoni Speċjali għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi (CFAA) hija wkoll stabbilita biex tassisti l-Bureau tal-KtR. '''Kummissjoni għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi (CFAA)''' Din il-kummissjoni – li għandha tmien membri – tagħti pariri lill-Bureau dwar kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji. '''Il-gruppi politiċi''' Il-KtR għandu ħames gruppi politiċi: il-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-Grupp tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej (KRE), il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PSE), l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE), u l-Alleanza Ewropea (AE). Il-membri ta’ kull partit politiku jiltaqgħu qabel laqgħat importanti biex jadottaw pożizzjonijiet komuni. Il-president tal-KtR, l-ewwel viċi president u l-presidenti tal-gruppi politiċi wkoll jiltaqgħu qabel kull sessjoni plenarja u laqgħat importanti oħra bil-għan li jilħqu kunsens politiku dwar kwistjonijiet ewlenin. '''Il-konferenza tal-Presidenti''' Il-President tal-KtR, l-Ewwel Viċi President, il-presidenti tal-gruppi politiċi u s-Segretarju Ġenerali wkoll jiltaqgħu fi ħdan il-'''Konferenza tal-Presidenti''' qabel kull sessjoni plenarja u laqgħat importanti oħra bil-għan li jilħqu kunsens politiku dwar kwistjonijiet strateġiċi. '''Id-delegazzjonijiet nazzjonali''' Il-KtR jinkludi wkoll [https://web.archive.org/web/20140912104013/http://www.cor.europa.eu/mt/about/nationaldelegations/Pages/national-delegations.aspx 28 delagazzjoni nazzjonali]. Il-membri jiltaqgħu fid-delegazzjoni nazzjonali tagħhom qabel is-sessjonijiet plenarji u avvenimenti oħra biex jiddiskutu punti komuni. '''Is-Segretarju Ġenerali''' Is-Segretarju Ġenerali huwa maħtur għal ħames snin mill-Bureau. Bħala l-kap tal-amministrazzjoni tal-KtR, is-Segretarju Ġenerali ma jistax ikollu mandat politiku. Huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-President u l-Bureau u għat-tmexxija mingħajr problemi tal-amministrazzjoni. '''Jirí Buriánek''' huwa s-Segretarju Ġenerali attwali tal-KtR mill-l ta' Settembru 2014. '''Is-Segretarjat Ġenerali''' Is-Segretarjat Ġenerali jikkonsisti f'ħames Direttorati: Membri u Sessjonijiet Plenarji; Ħidma Leġislattiva 1; Ħidma Leġislattiva 2; Komunikazzjoni; Riżorsi Umani u Finanzi. Id-Direttorati tal-Loġistika u t-Traduzzjoni huma ġestiti b'mod konġunt mal-[http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.mt.home Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew]. ==Ħidma== '''Opinjonijiet''' Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew jikkonsultaw lill-KtR meta jfasslu t-testi leġislattivi (Direttivi, Regolamenti, eċċ.) dwar kwistjonijiet li jolqtu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-abbozzi tat-testi jitressqu lill-kummissjoni rilevanti tal-KtR. Imbagħad jinħatar relatur biex iħejji l-opinjoni tal-Kumitat. Dan l-abbozz ta’ opinjoni jrid jiġi adottat mill-kummissjoni tal-KtR qabel ma jiġi diskuss fis-sessjoni plenarja. Ladarba dan jiġi approvat fil-plenarja, l-opinjoni uffiċjali tintbagħat lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha u tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. '''Riżoluzzjonijiet''' Ir-riżoluzzjonijiet jippermettu li l-Kumitat jesprimi fehmietu dwar kwistjonijiet importanti u topiċi. Il-gruppi politiċi tal-KtR jew 32 membru tal-KtR jistgħu jfasslu r-riżoluzzjonijiet meħtiġin. '''Studji u pubblikazzjonijiet oħra''' Il-KtR jipproduċi studji dwar aspetti varji tad-dimensjoni lokali u reġjonali tal-UE (edukazzjoni, trasport, kwistjonijiet soċjali, tkabbir, eċċ.). Dawn id-dokumenti jitħejjew bl-għajnuna ta’ esperti minn barra. Il-KtR jipproduċi wkoll pubblikazzjonijiet kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-atturi reġjonali u lokali, bil-għan li jispjega l-attivitajiet tiegħu u jagħti informazzjoni dwar l-iżviluppi politiċi attwali. '''Avvenimenti''' Il-KtR, bħal post ta’ inkontru għar-reġjuni u l-bliet, jorganizza konferenzi, seminars u wirjiet flimkien mal-imsieħba lokali u reġjonali u istituzzjonijiet oħra tal-UE. Darba fis-sena, waqt l-OPEN DAYS: Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, il-KtR jilqa’ fis-sede tiegħu eluf ta’ parteċipanti li jieħdu sehem f’diskussjonijiet vivaċi jew ifittxu msieħba biex jikkollaboraw magħhom fi proġetti konġunti. ==Storja== '''1992: It-[[Trattat ta' Maastricht]]''' Il-mexxejja tal-UE ddeċidew li jwaqqfu l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) bħala assemblea konsultattiva biex jagħti vuċi lir-reġjuni u l-bliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni tal-UE u biex jaġixxi bħala linja diretta bejn Brussell u ċ-ċittadini. It-Trattat daħħal l-obbligu li l-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ministri jikkonsultaw lill-KtR dwar oqsma ewlenin ta’ importanza reġjonali. Il-membri tal-KtR għandhom jinħatru mill-gvernijiet tal-Istati Membri għal perjodu ta’ erba’ snin. F’Marzu 1994 il-KtR organizza l-ewwel sessjoni plenarja fi Brussell. '''1995: Tkabbir tal-UE.''' In-numru tal-membri tal-KtR żdied minn 189 għal 222, wara l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja. '''1997: It-Trattat ta' Amsterdam''' Dan jestendi l-mandat tal-KtR biex jinkludi madwar żewġ terzi tal-proposti leġislattivi tal-UE. It-Trattat jagħti wkoll l-opportunità li l-Kumitat jiġi kkonsultat mill-Parlament Ewropew. '''2001: It-Trattat ta' Nizza''' Dan jenfasizza l-leġittimità demokratika tal-KtR billi jirrikjedi li l-membri jiġu eletti jew li jkunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta reġjonali jew lokali. Dan it-Trattat jillimita n-numru tal-membri għal 350. '''2002-03: Il-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-UE''' Il-membri tal-KtR ħadu sehem f'konvenzjoni responsabbli għall-abbozzar tal-kostituzzjoni tal-UE. It-test jirrikonoxxi b'mod espliċitu r-rwol u s-setgħat tal-gvern lokali u reġjonali; jagħti wkoll id-dritt lill-KtR li jirrikorri għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej meta l-liġijiet tal-UE ma jikkonformawx mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. '''Mejju 2004: Tkabbir tal-UE''' In-numru tal-membri tal-KtR żdied minn 222 għal 317, wara l-adeżjoni ta’ għaxar Stati Membri ġodda. '''Frar 2006: Mandat ġdid''' Il-KtR beda mandat ġdid ta' erba' snin. Il-prijoritajiet politiċi tiegħu jinkludu t-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b'konformità mal-Istrateġija ta' Lisbona għall-Impjiegi u t-Tkabbir, it-tisħiħ tal-koeżjoni u s-solidarjetà, u spinta lill-kampanja 'Nikkomunikaw l-Ewropa - Ninvestu fil-Livell Lokali' sabiex l-UE tersaq aktar qrib iċ-ċittadini tagħha. '''Jannar 2007: Tkabbir tal-UE''' Bl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, in-numru tal-membri tal-KtR żdied minn 317 għal 344. '''Diċembru 2009: It-[[Trattat ta' Liżbona]]''' It-Trattat ta' Lisbona jikkonferma d-dritt tal-KtR li jappella lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex tissalvagwardja l-prerogattivi tiegħu u l-prinċipju tas-sussidjarjetà - dritt li diġà huwa rikonoxxut fil-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-UE. Dan l-intitolament il-ġdid isaħħaħ ir-rwol politiku tal-KtR billi jippermetti li dan jaġixxi b’mod aktar effettiv fix-xena tal-UE għall-benefiċċju tal-awtoritajiet reġjonali u lokali. It-Trattat ta’ Lisbona jestendi l-mandat tal-membri tal-KtR minn erba’ għal ħames snin. '''Lulju 2013: Tkabbir tal-UE''' l-għadd ta’ membri tal-KtR żdied minn 344 għal 353, wara l-adeżjoni tal-Kroazja (l-għadd ta’ membri tal-KtR iktar tard naqas għal 350). ==Ħoloq esterni== * [https://web.archive.org/web/20140909142509/http://cor.europa.eu/mt/Pages/home.aspx Kumitat Ewropew tar-Reġjuni] * [https://web.archive.org/web/20131031195451/http://cor.europa.eu/mt/regions/pages/europe-in-my-region.aspx L-Ewropa fir-Reġjun tiegħi] [[Kategorija:Unjoni Ewropea]] * [https://web.archive.org/web/20150331022912/http://memberspage.cor.europa.eu/Result.aspx?f=0&s=0&o1=0&o2=0&o3=0 Membri u sostituti] rv7amadchckmsnvjmkgiayn26fmmd13 Johanna Dohnal 0 26479 330825 300247 2026-07-01T02:40:31Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330825 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Johanna Dohnal''' (14 ta' Frar 1939 - 20 ta' Frar 2010) kienet politika Awstrijaka u l-ewwel Ministru Awstrijak għan-Nisa.<ref name="parlament">{{Ċita web|url=https://www.parlament.gv.at/WWER/PAD_02772/index.shtml|titlu=Johanna Dohnal, Biografie|sit=www.parlament.gv.at|lingwa=de|data-aċċess=2021-05-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20190531095304/https://www.parlament.gv.at/WWER/PAD_02772/index.shtml|arkivju-data=2019-05-31|url-status=dead}}</ref><ref name="frauenmachen">{{Ċita web|url=https://frauenmachengeschichte.at/johanna-dohnal/|titlu=Johanna Dohnal – Frauen machen Geschichte|lingwa=de-DE|data-aċċess=2021-05-29}}</ref> == Ħajja personali == [[Stampa:Wiener_Zentralfriedhof_-_Gruppe_32_C_-_Johanna_Dohnal.jpg|lemin|daqsminuri| L-''Ehrengrab'' ta' Dohnal fiċ-Ċimiterju Ċentrali ta' Vjenna]] Dohnal twieled fi [[Vjenna]] fl-14 ta ' Frar 1939 minn omm waħedha.<ref name="frauenmachen" /> Fit-22 ta' Jannar 2010 rreġistrat sħubija ċivili mas-sieħba tagħha Annemarie Aufreiter.<ref name="bio1995">{{Ċita web|url=https://frauen.spoe.at/2020/11/25/johanna-dohnal-foerderpreis/|titlu=Johanna Dohnal Förderpreis › SPÖ-Bundesfrauen|lingwa=de-DE|data-aċċess=2021-05-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210602212606/https://frauen.spoe.at/2020/11/25/johanna-dohnal-foerderpreis/|arkivju-data=2021-06-02|url-status=dead}}</ref> Hija mietet fl-20 ta' Frar 2010, fid-dar tagħha f'Grabern, fin-naħa t'isfel tal-Awstrija u hija mfakkra f'qabar tal-unur (dak li bil-Ġermaniż jissejjaħ ''Ehrengrab'') fiċ -Ċimiterju Ċentrali ta ’Vjenna . == Rikonoxximent == [[Stampa:GuentherZ_2012-06-05_0068_Wien06_Johanna-Dohnal-Platz_Strassentafel_enthuellt.jpg|lemin|daqsminuri| Johnna Dohnal Platz fi Vjenna 6]] Johanna Dohnal Platz fi Vjenna 6 ġiet imsemmija b'tifkira tagħha fl-2012.<ref name="bio1995" /> == Pubblikazzjonijiet magħżula == *{{Ċita ktieb|url=https://books.google.com/books?id=vkuCkQEACAAJ&dq=%22johanna+dohnal%22|isbn=9783854764076|titlu=Johanna Dohnal: ein politisches Lesebuch|kunjom=Dohnal|isem=Johanna|sena=2003}} == Aktar qari == * {{Ċita ktieb|kunjom=Feigl|isem=Susanne|sena=2002|titlu=Was gehen mich seine Knöpfe an?: Johanna Dohnal ; eine Biografie|url=https://books.google.com/books?id=xMMiAQAAIAAJ&q=%22johanna+dohnal%22&dq=%22johanna+dohnal%22|isbn=9783800038787}} * {{Ċita ktieb|kunjom=Dohnal|isem=Johanna|sena=2008|titlu=Johanna Dohnal - Innensichten österreichischer Frauenpolitiken: Innsbrucker Vorlesungen|url=https://books.google.com/books?id=LVGFNwAACAAJ&dq=%22johanna+dohnal%22|isbn=9783706546362}} == Rabtiet esterni == * [http://www.johanna-dohnal.at/ Sit uffiċjali] (wara l-mewt) == Referenzi == {{DEFAULTSORT:Dohnal, Johanna}} [[Kategorija:Mietu fl-2010]] [[Kategorija:Twieldu fl-1939]] [[Kategorija:Politiċi Awstrijaċi]] g3kpmmpg76bhvkfppu54o5w6que916w Susanna Amatuni 0 26515 330828 325758 2026-07-01T06:55:16Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330828 wikitext text/x-wiki {{infobox bijografija}} '''Susanna (Shushanik) Amatuni''' (Շուշանիկ (Սուսաննա) Բակենի Ամատունի, 28 ta' Frar 1924, Yerevan - 20 ta' Marzu 2010, Yerevan) kienet [[kritiku tal-arti|kritika tal-arti]] [[Armenja|Armenjana]] Sovjetika, [[mużikoloġist|mużikoloġista]], Dottoressa tal-Arti (1988), professura (1997), Għalliema Onorata tal-Unjoni Sovjetika(1966). [[File:Amatuni Susanna, Geghuni Chitchyan et al.jpg|thumb|Amatuni Susanna, Geghuni Chitchyan et al.]] == Bijografija== Susanna (Shushanik) Babken Amatuni twieldet fl-1924 f'[[Yerevan]], l-Armenja. Fl-1943 iggradwat mill-[[Istitut Pedagoġiku tal-Istat Gyumri|Università tal-Istat Shirak]] f'[[Gyumri|Leninakan]], Armenia, mid-dipartiment tal-Fiżika u tal-Matematika u fl-1944 mill-kulleġġ tal-mużika Kara-Murza f'Leninakan. Studjat Teorija tal-Mużika u Komponiment fl-[[Istitut tal-Mużika u tal-Pedagoġija Gnesin]], magħruf bħala l-itqal fil-post. Fl-1951 marret lura l-Armenja u sa l-1968 għallmet suġġetti teoretiċi fl-iskola tal-mużika Chaikovsky, Yerevan. Fl-1961 ġiet mistiedna biex tgħallem fil-[[Konservatorju tal-Istat Yerevan|Konservatorju tal-Istat Komitas ta' Yerevan]] fejn fasslet metodu uniku u għallmet kors speċjali dwar l-analiżi tal-mużika għad-Dipartiment tat-Teorija. Amatuni għallmet ukoll kif tgħallem il-pjanu fors korsijiet oħra. Fl-1988 ġiet onorata Dottoressa tal-Arti għall-monografija "[[Arno Babajanian]]. Kompożizzjonijiet Strumentali". == Xogħlijiet== Prof. Amatuni kitbet 'il fuq minn 50 artikli xjentifiċi. Ipparteċipat f'numru ta' konferenzi xjentifiċi fi bliet differenti tal-Unjoni Sovjetika: Moska, Leningrad, Tbilisi, Yerevan. Kitbet ukoll bosta xogħlijietbħal per eżempju «Arno Babajanian. Kompożizzjonijiet Strumentali»,<ref>{{ċita web |url=https://books.google.com/books?id=4NiStgAACAAJ |skript-titlu=ru:Арно Бабаджанян: инструментальное творчество: исследование |isem=Сусанна |kunjom=Аматуни |data=1985-01-23 |pubblikatur=Изд-во "Советакан грох" |lingwa=ru}}</ref> «Il-Ħajja u Xogħlijiet ta' Geghuni Chitchian» <ref>{{ċita web |url=https://search.rsl.ru/ru/record/01002460587 |skript-titlu=ru:Аматуни, Сусанна Бабкеновна. - Жизнь и творчество Гегуни Читчян - Search RSL |sit=search.rsl.ru |lingwa=ru |data-aċċess=2021-05-31 |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20180125015745/https://search.rsl.ru/ru/record/01002460587 |arkivju-data=2018-01-25 |url-status=dead }}</ref>(Yerevan, 2003), kotba tal-iskola «Music Literature for 6-th grade of Music School», «Music Literature for 7-th grade of Music School» (l-1el u t-2ni edizzjonijiet), u sensiela ta' brochures. Ir-riċerka xjentifika tagħha tinkludi l-analiżi tad-differenzi stilistiċi u melodiċi tax-xogħlijiet ta' Sayat-Nova, Komitas, Arno Babajanian, Anushavan Ter-Ghevondyan, Haro Stepanyan, Geghuni Chitchian u kompożituri oħra.<ref>{{ċita web |url=http://www.golosarmenii.am/article/22554/vspominaya-susannu-amatuni |skript-titlu=ru:ВСПОМИНАЯ СУСАННУ АМАТУНИ |sit=www.golosarmenii.am |lingwa=ru |data-aċċess=2021-05-31 |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20140819222503/http://www.golosarmenii.am/article/22554/vspominaya-susannu-amatuni |arkivju-data=2014-08-19 |url-status=dead }}</ref> == Referenzi == {{Reflist}} == Sorsi == * {{ċita ktieb |editur-kunjom1=Մնացականի Այվազյան |editur-isem1=Հովհաննես |skript-titlu=hy:Ով Ով է հայեր: Կենսագրական հանրագիտարան |volum=1 |data=2005 |pubblikatur=Հայկական հանրագիտարան հրատարակչություն |lingwa=hy |isbn=9785897000265}} {{Awtorità}} {{DEFAULTSORT:Amatuni, Susanna}} [[Kategorija:Twieldu fl-1924]] [[Kategorija:Mietu fl-2010]] [[Kategorija:Nies Armeni]] [[Kategorija:Pedagoġija]] 6p719bmlf6r1jwwnbfzajxba0nx3be5 Villa Romana del Casale 0 27789 330831 313105 2026-07-01T07:43:04Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330831 wikitext text/x-wiki [[Stampa:Mosaïque des bikinis, Piazza Armerina.jpg|daqsminuri|278x278px|Il-mużajk famuż tal-atleti]] Il-'''Villa Romana del Casale''' (bl-Isqalli: ''Villa Rumana dû Casali'') hija villa [[Imperu Ruman|Rumana]] elaborata jew palazz madwar tliet kilometri 'l bogħod mir-raħal ta' [[Piazza Armerina]], [[Sqallija]]. Permezz ta' skavi ħarġet fid-dieher waħda mill-ikbar u mill-iktar kollezzjonijiet rikki u varjati ta' [[mużajk]] Ruman fid-[[Id-Dinja|dinja]].<ref>R. J. A. Wilson: ''Piazza Armerina''. In: Akiyama, Terakazu (Ed.): ''The Dictionary of Art. Vol. 24: Pandolfini to Pitti.'' Oxford 1998, <nowiki>ISBN 0-19-517068-7</nowiki>.</ref> Għal din ir-raġuni, is-sit tniżżel fil-lista ta' [[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/832/|titlu=Villa Romana del Casale|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-02-20}}</ref> Il-villa u l-opri ta[[L-Arti|l-arti]] ta' ġo fiha jmorru lura għall-bidu tas-seklu 4 W.K. Il-mużajk u l-''opus sectile'' ta' mal-art ikopru xi 3,500 metru kwadru u huma kważi uniċi fl-istat eċċellenti ta' preservazzjoni tagħhom minħabba ċediment tal-art u għargħar li kienu radmu u għattew il-fdalijiet.<ref>Unesco, "Advisory Body Evaluation (ICOMOS)", 1997.</ref> Għalkemm huma inqas magħrufa, hemm kollezzjonijiet straordinarja ta' affreski li kienu jkopru mhux biss il-kmamar minn ġewwa iżda anke minn barra fuq il-ħitan tagħhom. == Storja == [[Stampa:Villa-del-Casale-plan-color-bjs-1.jpg|xellug|daqsminuri|Pjanta tal-Villa Romana del Casale]] Il-fdalijiet viżibbli tal-villa nbnew fl-ewwel kwart tas-seklu 4 W.K. fuq il-fdalijiet ta' ''villa rustica'' iktar antika, li huma l-''pars dominica'', jew ir-residenza tal-imgħallem, ta' ''latifundium'' kbir jew villa agrikola. L-identità tas-sid ilha tiġi diskussa u ġew ifformulati bosta ipoteżi differenti. Xi karatteristiċi bħall-armi militari Tetrarkiċi u d-data Tetrarkika probabbli tal-mużajk wasslu biex xi studjużi jissuġġerixxu sid imperjali bħal [[Massimjanu]]. Madankollu, fl-2011 l-istudjużi bdew jemmnu li l-villa kienet iċ-ċentru ta' proprjetà kbira ta' xi ħadd aristokratiku ta' livell għoli mis-Senat.<ref>{{Ċita web|url=https://www.penn.museum/documents/publications/expedition/PDFs/53-2/Pensabene.pdf|titlu=Pensabene, Patrizio; Gallocchio, Enrico (2011). "The Villa del Casale of Piazza Armerina" (PDF). Expedition Magazine. University of Pennsylvania Museum of Archaeology and Anthropology. 53 (2): 35.|data-aċċess=2022-02-20|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210831023343/https://www.penn.museum/documents/publications/expedition/PDFs/53-2/Pensabene.pdf|arkivju-data=2021-08-31|url-status=dead}}</ref> Ġew identifikati tliet fażijiet ta' kostruzzjoni suċċessivi; l-ewwel fażi kienet tinvolvi l-peristil kwadrangolari u l-kmamar ta' faċċata tagħhom. Il-kumpless ta' banjijiet privati mbagħad ġie miżjud fuq assi mit-Tramuntana għall-Punent. Fit-tielet fażi, il-villa ngħatat bixra pubblika: il-banjijiet ingħataw daħla ġdida u latrina kbira. Inbniet daħla [[Monument|monumentali]] grandjuża, barra l-assi lejn il-peristil iżda allinjata mad-daħla l-ġdida tal-banjijiet f'arranġament formali mal-arkata ellittika u s-sala l-kbira bi tliet apsidi. Din is-sala kienet tintuża għad-divertiment u għar-rilassament tal-mistednin speċjali u ssostitwiet iż-żewġ swali statali tal-peristil (is-“sala tal-kaċċa ż-żgħira” u d-“''diaeta'' ta' Orfeo”). Il-bażilika twessgħet u ġiet iddekorata b'irħam sabiħ u eżotiku. Il-kumpless baqa' abitat għal mill-inqas 150 sena. Madwaru żviluppa villaġġ imsejjaħ ''Platia'' (isem il-villaġġ oriġina mill-kelma ''palatium'' (li tfisser palazz). [[Stampa:Villa del Casale (9528003795).jpg|daqsminuri|Il-Peristil]] Fis-sekli 5 u 6, il-villa ġiet iffortifikata għal skopijiet difensivi bit-tħaxxin tal-ħitan tal-perimetru tagħhu u bl-għeluq tal-arkati tal-akkwedott li kienu jagħtu għall-banjijiet. Il-villa ġarrbet xi ħsarat u x'aktarx saħansitra nqerdet matul id-dominju qasir tal-[[Vandali]] bejn l-469-478. Il-binjiet ta' barra baqgħu jintużaw, mill-inqas parzjalment, matul il-perjodi tal-[[Biżantini]] u tal-[[Għarab]]. L-insedjament inqered fl-1160-1161 matul ir-renju ta' [[William I]]. Is-sit ġie abbandunat fis-seklu 12 W.K. wara li ċediment tal-art radam il-villa u għattiha. Dawk li baqgħu ħajjin marru jgħixu fil-post fejn issa hemm Piazza Armerina. [[Stampa:Villa romana di Piazza Armerina - Sicilia.JPG|xellug|daqsminuri|235x235px|Il-mużajk ta' żewġ kaċċaturi fix-xena tal-kaċċa l-kbira]] Il-villa kważi ntesiet għalkollox, għalkemm uħud mill-itwal partijiet tal-fdalijiet baqgħu dejjem viżibbli 'l fuq mill-art. Iż-żona ġiet ikkultivata għall-għelejjel. Fil-bidu tas-seklu 19, instabu biċċiet tal-mużajk u xi kolonni. L-ewwel skavi arkeoloġiċi twettqu iktar 'il quddiem f'dak is-seklu. L-ewwel skavi professjonali twettqu minn [[Paolo Orsi]] fl-1929, segwiti mix-xogħol ta' [[Giuseppe Cultrera]] fl-1935–1939. Saru skavi maġġuri għall-ħabta tal-1950–1960 immexxija minn [[Gino Vinicio Gentili]], u mbagħad inbniet għata protettiva fuq il-mużajk. Fis-snin 70 tas-seklu 20, [[Andrea Carandini]] wettaq skavi fis-sit. Ix-xogħol kompla sa żminijietna mill-Università ta' [[Ruma]], La Sapienza. Fl-2004 instab insedjament [[Medjuevu|Medjevali]] kbir tas-sekli 10-12. Minn dak iż-żmien 'l hawn ġew żvelati iktar kmamar lussużi tal-villa. == ''Latifundium'' u l-villa == [[Stampa:Ambulatory of the Big Game Hunt (looking south) - Villa Romana del Casale - Italy 2015.JPG|daqsminuri|Il-Kuritur bil-mużajk tal-Kaċċa l-Kbira]] Fl-aħħar ta' żmien il-qedem, ir-Rumani qasmu l-biċċa l-kbira tal-art fuq ġewwa ta' Sqallija f'proprjetajiet agrikoli enormi msejħa "''latifundia''". Il-''latifundium'' tal-villa ġiet ikkwotata fl-''Itinerarium Antonini'' u hija magħrufa bħala l-''Filosofiana''. Il-''pars rustica'' tal-villa, jew is-sezzjoni agrikola, ġiet skoperta fil-Punent taż-żona tad-daħla, kif jidher ċar minn kamra maqsuma fi tliet partijiet permezz ta' pilastri għall-ħażna tal-prodotti agrikoli. Id-daqs tal-villa u l-ammont u l-kwalità tal-opri tal-arti tagħha jindikaw li kienet il-''pars dominica'' ta' tali ''latifundium''. Il-villa tant kienet kbira li kienet tinkludi diversi kmamar statali u ta' riċeviment. Dan jirrifletti l-ħtieġa li jiġu ssodisfati għadd ta' funzjonijiet differenti u li tinkludi spazji għall-immaniġġjar tal-proprjetà kif ukoll tal-villa stess. B'hekk il-villa ġiet ittrasformata f'qisha belt fiċ-ċokon. Il-villa x'aktarx li kienet residenza permanenti jew semipermanenti tas-sid; kienet il-post fejn is-sid, fir-rwol tiegħu bħala patrun, kien jilqa' lill-klijenti lokali tiegħu. Il-villa kienet binja b'sular wieħed, iċċentrata fuq il-peristil, u fil-madwar kienu organizzati l-biċċa l-kbira tal-kmamar pubbliċi u privati ewlenin. Id-daħla monumentali tagħti mill-atriju mill-Punent. Il-banjijiet termali jinsabu fil-Majjistral; il-kmamar tas-servizz u x'aktarx il-kmamar tal-mistednin jinsabu fit-Tramuntana; l-appartamenti privati u bażilika enormi fil-Lvant; u kmamar bi skop mhux magħruf fin-Nofsinhar. Kemxejn għaliha, u kważi qisha idea ta' kostruzzjoni li twettqet wara, hemm żona separata fin-Nofsinhar li fiha peristil ellittiku, kmamar tas-servizz, u ''triclinium'' (kamra taċ-ċeni formali) enormi. [[Stampa:General view - Two apses room - Villa Romana del Casale - Italy 2015.JPG|xellug|daqsminuri|257x257px|Il-''Palaestra'' b'żewġ apsidi]] Il-pjanta kumplessiva tal-villa kienet dettata minn diversi fatturi: kostruzzjonijiet iktar antiki fis-sit, kemxejn pendil fejn inbniet il-villa, u l-mogħdija tax-xemx u tal-irjieħ prevalenti. L-art iktar għolja fil-Lvant fiha l-Bażilika l-Kbira, l-appartamenti privati, u l-Kuritur tal-Kaċċa l-Kbira; l-art medja fiha l-Peristil, il-kmamar tal-mistednin, iż-żona tad-daħla, il-Peristil Ellittiku, u t-''triclinium''; filwaqt li l-art iktar baxxa fil-Punent fiha l-banjijiet termali. Il-kumpless kollu huwa pjuttost mhux tas-soltu, peress li huwa organizzat tul tliet assi maġġuri; l-assi primarju huwa l-linja (kemxejn mgħawġa) li tgħaddi mill-atriju, mit-''tablinum'', mill-peristil u mill-bażilika l-kbira (u tinzerta mal-mogħdija li jgħaddu minnha l-viżitaturi). Il-banjijiet termali u l-peristil ellittiku mat-''triclinium'' huma ċċentrati fuq assi separati. Ma tantx nafu wisq fuq il-villa iktar antika, iżda milli jidher kienet xi residenza kbira fil-kampanja li x'aktarx inbniet lejn il-bidu tas-seklu 2 W.K. Permezz ta' skavi reċenti nstab kumpless ieħor ta' banjijiet qrib l-imħażen fid-daħla li jmur lura għall-aħħar fażi ta' żmien il-qedem, u nstab mużajk rari mal-ħitan li kienu parti minn baċir jew funtana. [[Stampa:Mosaic remains - Polygonal court - Villa Romana del Casale - Italy 2015.JPG|daqsminuri|Il-mużajk tal-qorti poligonali]] === Daħla monumentali === L-aċċess għall-villa kien minn daħla bi tliet arkati, iddekorata bil-funtani u pitturi militari, qisha xi arkata trijonfali. Din kienet tagħti lejn bitħa b'għamla ta' nagħla mdawra b'kolonni tal-irħam b'kapitelli Joniċi u funtana kwadra fin-nofs. Fuq in-naħa tal-Punent tal-bitħa kien hemm latrina, kif ukoll aċċess separat għall-banjijiet u għall-kumplament tal-villa. === Ġnien bil-peristil u l-kmamar tan-Nofsinhar === Il-ġnien bil-peristil eleganti huwa mżejjen b'funtana bi tliet baċiri, u fin-nofs tagħha hemm dekorazzjonijiet ta' ħut jgħum qalb il-mewġ. Il-kmamar 33 u 34 kienu ddedikati għal funzjonijiet ta' servizz u fihom mużajk b'motivi ġeometriċi, filwaqt li l-kamra 34 fiha wkoll mużajk li sar fuq l-art oriġinali tal-villa preċedenti, li juri kompetizzjonijiet atletiċi femminili, u għalhekk tissejjaħ "il-kamra tal-palestriti". Fin-naħa tan-Nofsinhar ukoll hemm l-hekk imsejħa ''diaeta ta' Orfeo'', li hija kampra b'apsida mżejna b'mużajk notevoli ta' Orfeo. Kif kien drawwa, il-mużajk juri lil Orfeo jdoqq il-lira taħt siġra u jimmansa kull xorta ta' [[annimal]] bil-[[mużika]] tiegħu. X'aktarx, din il-kamra kienet tintuża bħala kamra taċ-ċeni fis-sajf, jew abbażi tas-suġġett tal-mużajk, għat-tgawdija tal-mużika. [[Stampa:Villa del Casale (9528013749).jpg|daqsminuri|Il-Bażilika]] === Bażilika === Din is-sala grandjuża b'apsida kienet sala tal-udjenzi u l-iżjed kamra formali fil-villa, aċċessata minn daħla monumentali kbira maqsuma b'żewġ kolonni tal-granit [[Eġittu|Eġizzjan]] roża. Fid-daħla hemm art miksija b'''opus sectile'' polikromatiku ta' tipi differenti tal-irħam minn kull naħa tal-[[Mediterran]], li hija l-iktar dekorazzjoni rikka fil-villa u kienet miksija wkoll mal-ħitan. Dan it-tip ta' irħam, iktar milli l-mużajk, kien materjal bl-ikbar prestiġju fid-dinja Rumana. L-iskavi wrew li l-volta tal-apsida kienet imżejna b'mużajk tal-[[ħġieġ]]. === ''Triclinium'' u peristil ellittiku === [[Stampa:Floor - Basilica - Villa Romana del Casale - Italy 2015 (3).JPG|daqsminuri|Panewijiet tal-art bl-''opus sectile'']] Fuq in-naħa tan-Nofsinhar tal-villa hemm peristil ellittiku, b'''nymphaeum'' f'għamla ta' semiċirku fuq in-naħa tal-Punent. Fil-bitħa miftuħa kien hemm funtani ħerġin mill-pavimentar bil-mużajk. Il-peristil ellittiku jifforma introduzzjoni spettakolari għat-''triclinium'' lussuża bi tliet apsidi, is-sala l-kbira li tiftaħ lejn il-Lvant. Din fiha sensiela mill-isbaħ ta' mużajk, iddominata fin-nofs mill-għedewwa li ltaqa' magħhom [[Erkole]] fit-tnax-il biċċa xogħol li kellu jwettaq. Fl-apsida tat-Tramuntana hemm l-apoteożi tiegħu kkurunata b'[[Ġove (mitoloġija)|Ġove]], filwaqt li lejn il-Lvant hemm il-Ġganti b'riġlejn qishom tas-[[Serp|sriep]] fl-aħħar ta' ħajjithom wara li Erkole laqathom bil-vleġeġ. Fl-apsida tan-Nofsinhar hemm il-mit ta' Likurgu li pprova joqtol in-ninfea Ambrosia, iżda li ġie ċċirkondat bid-dwieli u ġie attakkat minn folla ta' Minadi. == Mużajk == === Kompetizzjoni atletika === Fl-1959-1960, Gentili skava mużajk fuq l-art ta' kamra li ġiet identifikata bħala l-"Kamra tal-Ġinnasti", u mlaqqma wkoll bħala l-"Kamra tal-Għaxar Tfajliet" (''Sala delle Dieci Ragazze'' bit-[[Lingwa Taljana|Taljan]]). Is-suġġetti tal-opra tal-arti jidhru f'mużajk li l-istudjużi tawh l-isem ta' "Inkurunazzjoni tar-Rebbieħ". Diversi atleti nisa jidhru jikkompetu fl-[[Sport|isport]] bħall-erfigħ tal-piżijiet, it-tfigħ tad-discus, il-ġiri, u logħbiet bil-ballun. Fuq in-naħa t'isfel fuq ix-xellug hemm uffiċjal liebes toga li qed iżomm it-trofej tar-rebbieħ (kuruna u fergħa tal-palm), u r-rebbieħa stess tidher inkurunata fin-nofs tal-mużajk. Ingħatat ħafna attenzjoni lill-ilbies tal-kompetituri b'żewġ biċċiet li qishom il-bikinis moderni.<ref>{{Ċita web|url=http://www.valdinoto.com/english/villa_romana_del_casale.htm|titlu=Villa Romana del Casale - Sicilian Unesco World Heritage|sit=www.valdinoto.com|data-aċċess=2022-02-20}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.ancientworldmagazine.com/articles/roman-girls-bikinis-mosaic-villa-romana-del-casale-sicily/|titlu=Roman girls in “bikinis” - A mosaic from the Villa Romana del Casale|kunjom=Brouwers|isem=Josho|sit=Ancient World Magazine|lingwa=en|data-aċċess=2022-02-20|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20220220122627/https://www.ancientworldmagazine.com/articles/roman-girls-bikinis-mosaic-villa-romana-del-casale-sicily/|arkivju-data=2022-02-20|url-status=dead}}</ref> [[Stampa:Mosaic in Villa Romana del Casale, by Jerzy Strzelecki, 06.jpg|daqsminuri|315x315px|Il-mużajk tal-Kaċċa ż-Żgħira]] === Il-Kaċċa ż-Żgħira === Mużajk ippreservat ieħor fih xena tal-kaċċa, li tinkludi rġiel jikkaċċjaw bil-[[Kelb|klieb]] u jaqbdu varjetà ta' annimali slavaġ. == Sit ta' Wirt Dinji == Il-Villa Romana del Casale ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.<ref name=":0" /> Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (i)''' "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-'''kriterju (ii)''' "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".<ref name=":0" /> [[Stampa:Transport d'animaux exotiques, villa de Casale, Piazza Armerina, Sicile, Italie.jpg|nofs|daqsminuri|673x673px|Il-mużajk tat-trasport ta' annimali eżotiċi wara l-Kaċċa l-Kbira]] == Referenzi == [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]] [[Kategorija:Sqallija]] [[Kategorija:Siti arkeoloġiċi]] [[Kategorija:Imperu Ruman]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fl-Italja]] j2r0sl8auxvlp0q5x6xnxap8e6856ic Park Nazzjonali ta' Teide 0 27899 330827 315684 2026-07-01T05:21:24Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330827 wikitext text/x-wiki [[Stampa:Las Cañadas del Teide (25579905815).jpg|daqsminuri|262x262px|Il-Park Nazzjonali ta' Teide]] Il-'''Park Nazzjonali ta' Teide''' (bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]: ''Parque nacional del Teide'', pronunzjata [ˈpaɾke naθjoˈnal de ˈtejðe]) huwa park nazzjonali li jinsab f'[[Tenerife]], il-[[Gżejjer Kanarji]], [[Spanja]]. Il-park nazzjonali huwa ċċentrat fuq il-[[Vulkan (diżambigwazzjoni)|vulkan]] [[Teide]], l-ogħla muntanja ta' Spanja (għolja 3,718 metru) kif ukoll l-ogħla vulkan fil-gżejjer tal-[[Oċean Atlantiku]] u t-tielet l-ogħla vulkan fid-[[Id-Dinja|dinja]] mill-bażi tiegħu fil-qiegħ tal-oċean (għoli 7,500 metru). [[Pico Viejo]], inkluż ukoll fil-limiti tal-park nazzjonali, huwa t-tieni l-ogħla vulkan fil-Gżejjer Kanarji b'quċċata ta' 3,135 metru. Il-vulkani Teide u Pico Viejo huma l-unika żewġ qċaċet fil-Gżejjer Kanarji li jaqbżu l-livell ta' 3,000 metru. Il-park għandu erja ta' 18,990 ettaru u jinsab fil-muniċipalità ta' La Orotava. Sar [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] fit-28 ta' Ġunju 2007.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1258/|titlu=Teide National Park|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> Mill-aħħar tal-2007, ġie meqjus bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja. Fuq irdum, fil-Lvant ta' Teide, hemm it-[[Teleskopju|teleskopji]] tal-Osservatorju ta' Teide. Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa l-iżjed park nazzjonali viżitat fi Spanja u sal-2015 kien it-tmien l-iktar wieħed li żaruh nies fid-dinja<ref>{{Ċita web|url=https://www.elespanol.com/ciencia/20160318/110489216_0.html|titlu=En las entrañas del volcán|data=2016-03-21|sit=El Español|lingwa=es|data-aċċess=2022-03-19}}</ref>, b'madwar tliet miljun viżitatur fis-sena. Fl-2016, żaruh 4,079,823 viżitatur u turist, li kien rekord storiku li qatt ma ntlaħaq qabel.<ref>{{Ċita web|url=https://www.epe.es/es/|titlu=El Periódico de España {{!}} epe.es|kunjom=España|isem=El Periódico de|sit=elperiodicodeespana|lingwa=es|data-aċċess=2022-03-19}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.europapress.es/islas-canarias/noticia-teide-bate-record-visitantes-2016-mas-cuatro-millones-20170411151629.html|titlu=El Teide bate su récord de visitantes en 2016, con más de cuatro millones|kunjom=Press|isem=Europa|data=2017-04-11|sit=www.europapress.es|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> Kuljum, filgħodu u filgħaxija, jiġu organizzati mawriet fil-park nazzjonali bil-karozzi tal-linja, u jitilqu minn diversi żoni fin-Nofsinhar tal-irħula turistiċi ta' Tenerife. L-aċċess sal-quċċata jirrikjedi permess b'xejn li jeħtieġ jiġi rriżervat bil-quddiem.<ref>{{Ċita web|url=https://www.volcanoteide.com/en/teide_cable_car/prices_and_opening_times|titlu=Mount Teide Cable Car Prices and Timetable {{!}} Volcano Teide|sit=www.volcanoteide.com|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> == Storja == [[Stampa:Teide 3d - version2.gif|xellug|daqsminuri|Veduta tridimensjonali tal-Park Nazzjonali ta' Teide]] Il-Park Nazzjonali ta' Teide għandu valur storiku kbir. Dan il-post kellu importanza spiritwali importanti għall-aboriġini ''[[Guanches]]'' u ġew skoperti siti arkeoloġiċi importanti fil-park. Għall-Guanches, Teide kien post ta' qima, u kienu jemmnu li kien id-daħla għall-infern (''Echeyde'').<ref>Carracedo, Juan Carlos; Troll, Valentin R., eds. (2013). ''Teide Volcano: Geology and Eruptions of a Highly Differentiated Oceanic Stratovolcano''. Active Volcanoes of the World. Berlin Heidelberg: Springer-Verlag. ISBN <bdi>978-3-642-25892-3</bdi>.</ref> L-istatus ta' park nazzjonali ġie ddikjarat fit-22 ta' Jannar 1954, u kien it-tielet wieħed fi Spanja. Fl-1981 il-park ġie kklassifikat mill-ġdid u ġie stabbilit b'reġim legali speċjali. Fl-1989, il-[[Kunsill tal-Ewropa]] tatu l-ogħla premju tagħha, id-Diploma Ewropea taż-Żoni Protetti. Dan ir-rikonoxximent u l-ġestjoni tal-konservazzjoni ġew imġedda sussegwentement fl-1994, fl-1999 u fl-2004. Bħala ċelebrazzjoni tal-50 anniversarju tat-trasformazzjoni tiegħu f'park nazzjonali, fl-2002 tfasslet id-dokumentazzjoni biex il-park jiġi ddikjarat Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fit-28 ta' Ġunju 2007, wara ħames snin ta' ħidma u sforzi, l-UNESCO ddeċidiet li tiddikjara l-Park Nazzjonali ta' Teide bħala Sit ta' Wirt Dinji fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO li saret f'[[Christchurch]], in-[[New Zealand]]. Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddikjarat ukoll bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja fl-aħħar tal-2007. Il-Park Nazzjonali ta' Teide huwa komplementari għall-[[Park Nazzjonali tal-Vulkani ta' Hawaii]].<ref>Carracedo, J. C. (Juan Carlos). ''The geology of the Canary Islands''. Troll, V. R. [[Amsterdam]], in-[[Pajjiżi l-Baxxi|Netherlands]]. ISBN <bdi>978-0-12-809664-2</bdi>.</ref> Dan l-iktar għaliex fiż-żewġ parks jiġu rrappreżentati l-istrutturi vulkaniċi u l-formazzjonijiet inqas evoluti tal-magma ta' gżejjer ([[Hawaii]]) u iktar evoluti u differenzjati (Teide).<ref>{{Ċita web|url=http://acceda.ulpgc.es/bitstream/10553/1070/1/4543.pdf|titlu=El Parque Nacional del Teide, Patrimonio Mundial: Valores geológicos determinantes}}</ref> Barra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jikkondividi karatteristiċi xeniċi simili mal-[[Park Nazzjonali tal-Grand Canyon]] f'Arizona, l-[[Stati Uniti|Istati Uniti]]. == Ġeografija u klima == Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġeneralment għandu klima niexfa u miti, b'ħafna [[xemx]]. Il-klimi ewlenin li jinstabu fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-klima [[Mediterran|Mediterranja]] (''Csa''/''Csb'') u l-klima semiarida (''BSk'').<ref>{{Ċita web|url=http://www.aemet.es/en/serviciosclimaticos/datosclimatologicos/valoresclimatologicos|titlu=Standard climate Values - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government|kunjom=Meteorología|isem=Agencia Estatal de|sit=www.aemet.es|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> L-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña, li jinsab 2,371 metru (7,779 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar jirreġistra temperatura medja annwali ta' 10.2 °C (50.4 °F) u kważi 3,500 siegħa ta' xemx fis-sena. Il-biċċa l-kbira tal-jiem tas-sajf ikunu b'sema bla sħab.<ref>{{Ċita web|url=http://www.aemet.es/en/serviciosclimaticos/datosclimatologicos/valoresclimatologicos|titlu=Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government|kunjom=Meteorología|isem=Agencia Estatal de|sit=www.aemet.es|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> {| class="wikitable mw-collapsible" ! colspan="14" |''Data'' klimatika għall-Osservatorju ta' Izaña (altitudni: 2,371 metru (7,779 pied)) |- !Xahar !Jan !Fra !Mar !Apr !Mej !Ġun !Lul !Aww !Set !Ott !Nov !Diċ !Sena |- !Temp. għolja rekord high f'°C (°F) |18.3 (64.9) |19.9 (67.8) |22.0 (71.6) |23.0 (73.4) |26.0 (78.8) |27.7 (81.9) |30.4 (86.7) |29.6 (85.3) |27.2 (81.0) |23.0 (73.4) |20.8 (69.4) |20.1 (68.2) |30.4 (86.7) |- !Temp. medja f'°C (°F) |7.5 (45.5) |8.0 (46.4) |10.2 (50.4) |11.8 (53.2) |14.5 (58.1) |18.9 (66.0) |23.0 (73.4) |22.6 (72.7) |18.6 (65.5) |14.3 (57.7) |11.1 (52.0) |8.8 (47.8) |14.1 (57.4) |- !Temp. medja kuljum f'°C (°F) |4.3 (39.7) |4.7 (40.5) |6.4 (43.5) |7.6 (45.7) |10.1 (50.2) |14.4 (57.9) |18.5 (65.3) |18.2 (64.8) |14.5 (58.1) |10.6 (51.1) |7.8 (46.0) |5.6 (42.1) |10.2 (50.4) |- !Temp. baxxa medja f'°C (°F) |1.1 (34.0) |1.3 (34.3) |2.7 (36.9) |3.5 (38.3) |5.8 (42.4) |9.9 (49.8) |14.0 (57.2) |13.8 (56.8) |10.4 (50.7) |6.9 (44.4) |4.5 (40.1) |2.4 (36.3) |6.4 (43.5) |- !Temp. baxxa relord f'°C (°F) |−8.0 (17.6) |−9.8 (14.4) |−9.1 (15.6) |−8.2 (17.2) |−5.1 (22.8) |−1.4 (29.5) |−0.2 (31.6) |1.2 (34.2) |0.0 (32.0) |−3.0 (26.6) |−4.0 (24.8) |−6.8 (19.8) |−9.8 (14.4) |- !Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) |47 (1.9) |67 (2.6) |58 (2.3) |18 (0.7) |7 (0.3) |1 (0.0) |0 (0) |5 (0.2) |13 (0.5) |37 (1.5) |54 (2.1) |60 (2.4) |367 (14.5) |- !Medja ta' jiem ta' preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) |5 |4 |4 |3 |1 |0 |0 |1 |2 |4 |4 |6 |34 |- !Umdità relattiva medja (%) |50 |54 |48 |45 |40 |32 |25 |30 |43 |55 |54 |52 |44 |- !Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar |226 |223 |260 |294 |356 |382 |382 |358 |295 |259 |220 |218 |3,473 |- | colspan="14" |Sors: medji tal-1981-2010 u estremi tal-1920-2021. L-Aġenzija Statali tal-Meteoroloġija.<ref>{{Ċita web|url=http://www.aemet.es/en/serviciosclimaticos/datosclimatologicos/valoresclimatologicos|titlu=Izaña: Izaña - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government|kunjom=Meteorología|isem=Agencia Estatal de|sit=www.aemet.es|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref><ref>{{Ċita web|url=http://www.aemet.es/en/serviciosclimaticos/datosclimatologicos/efemerides_extremos*|titlu=Izaña: Izaña - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government|kunjom=Meteorología|isem=Agencia Estatal de|sit=www.aemet.es|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> |} == Flora u fawna == [[Stampa:Caldera de las Cañadas - Echium wildpretii - 04.jpg|daqsminuri|''Echium wildpretii'']] Il-flussi tal-[[lava]] fuq ix-xaqlibiet tal-vulkan Teide jittieklu sa ma jsiru saff irqiq ħafna ta' ħamrija mimlija nutrijenti u minerali. Din il-ħamrija ssostni għadd kbir ta' speċijiet ta' pjanti. Il-flora vaskulari tikkonsisti minn 168 speċi ta' pjanti; 33 minnhom huma endemiċi għal Tenerife.<ref name=":1">Dupont, Yoko L., Dennis M., Olesen, Jens M., Structure of a plant-flower-visitor network in the high altitude sub-alpine desert of Tenerife, Canary Islands, Ecography. 26(3), 2003, pp. 301–310.</ref> Foresti taż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (''Pinus canariensis'') jokkorru f'altitudni ta' 1,000-2,100 metru, u jiksu x-xaqlibiet medji tal-vulkan, b'kopertura Alpina 1,000 metru iktar baxxa minn dik tal-muntanji kontinentali b'latitudni simili.<ref>Gieger, Thomas and Leuschner, Christoph, Altitudinal change in needle water relations of the Canary pine (Pinus Canariensis) and possible evidence of a drought-induced alpine timberline on Mt. Teide, Tenerife, Flora - Morphology, Distribution, Functional Ecology of Plants, 199(2), 2004, pp. 100-109.</ref> F'altitudnijiet ogħla, il-krater ta' Las Cañadas jipprovdi biżżejjed kenn biex jikbru speċijiet iktar fraġli bħaċ-ċedru tal-Gżejjer Kanarji (''Juniperus cedrus'') u ż-żnuber tal-Gżejjer Kanarji (''Pinus canariensis'').<ref name=":2">J.M. Fernandez-Palacios, Climatic response of plant species on Tenerife, the Canary islands, J. Veg. Sci. 3, 1992, pp. 595–602.</ref> L-iżjed speċijiet ta' pjanti dominanti fil-Park Nazzjonali ta' Teide huma l-ġinestra bajda ta' Teide (''Spartocytisus supranubius''), li tarmi fjuri bojod u roża; il-ġiżi tal-Gżejjer Kanarji (''Erysimum scoparium''), li tarmi fjuri bojod u vjola; u l-buglossa ta' Teide (''Echium wildpretii''), li tarmi fjuri ħomor li jiffurmaw piramida għolja sa tliet metri. Il-margerita ta' Teide (''Argyranthemum teneriffae'') tista' tinstab f'altitudnijiet qrib it-3,600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Il-vjola ta' Teide (''Viola cheiranthifolia'') tista' tinstab sal-quċċata tal-vulkan, u b'hekk hija l-pjanta li tarmi fjuri fl-ogħla altitudni fi Spanja.<ref>J.M. Fernandez-Palacios and J.P de Nicolas, Altitudinal pattern of vegetation variation on Tenerife, J. Veg. Sci. 6, 1995, pp. 183–190.</ref> Dawn il-pjanti adattaw għall-kundizzjonijiet ambjentali diffiċli tal-vulkan bħall-altitudni għolja, ix-xemx qawwija, il-varjazzjonijiet estremi fit-temperaturi, u n-nuqqas ta' ndewwa. L-adattamenti jinkludu l-għamliet semisferiċi tagħhom, l-għata 'l isfel jew bix-xama' tagħhom, it-tnaqqis tal-weraq espost tagħhom, u l-produzzjoni kbira ta' fjuri tagħhom.<ref name=":2" /><ref>C. Leuschner, Timberline and alpine vegetation on the tropical and warm-temperate oceanic islands of the world: elevation, structure and floristics, Vegetatio 123, 1996, pp. 193–206.</ref> Dawn l-ispeċijiet ta' pjanti jarmu l-fjuri lejn l-aħħar tar-rebbiegħa jew fil-bidu tas-sajf, fix-xhur ta' Mejju u ta' Ġunju.<ref name=":1" /> Il-Park Nazzjonali ta' Teide fih firxa wiesgħa ta' invertebrati, u iktar minn 40 % minnhom huma speċijiet endemiċi. 70 speċi jinstabu biss fil-park nazzjonali. Fost dawn l-invertebrati hemm [[Brimba|brimb]], [[Ħanfusa|ħanfus]], dipterani, emipterani, u imenopteri.<ref name=":3">Thorpe, R.S., McGregor, D.P., Cumming, A.M., and Jordan, W.C., DNA evolution and colonisation sequence of island lizards in relation to geological history: MTDNA RFLP, cytochrome B, cytochrome oxidase, 123 RRNA sequence, and nuclear RAPD analysis, evolution, 48(2), 1994, pp. 230-240.</ref> [[Stampa:Eidechsen Teide.jpg|xellug|daqsminuri|Il-gremxula tan-Nofsinhar ta' Tenerife (''Gallotia galloti galloti'')]] B'kuntrast ma' dan, il-Park Nazzjonali ta' Teide għandu varjetà limitata ta' vertebrati. Għaxar speċijiet ta' [[Għasfur|għasafar]] ibejtu fil-park. Dawn jinkludu l-isponsun tal-Gżejjer Kanarji (''Fringilla teydea teydea''); id-diżż ta' Berthelot (''Anthus berthelotii berthelotii''); il-kanarin tal-Atlantiku (''Serinus canaria''); u sottospeċi ta' spanjulett (''Falco tinnunculus canariensis'').<ref name=":3" /><ref>Lack, D., and H.N. Southern. 1949. Birds of Tenerife. Ibis, 91:607-626.</ref><ref>P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.</ref> Fil-park hemm ukoll tliet speċijiet ta' rettili endemiċi – il-gremxula tal-Gżejjer Kanarji (''Gallotia galloti galloti''), il-wiżgħa tal-Gżejjer Kanarji (''Tarentola delalandii''), u x-xaħmet l-art tal-Gżejjer Kanarji (''Chalcides viridanus viridanus'').<ref name=":3" /><ref>P.R. Grant, "Ecological compatibility of bird species on islands", Amer. Nat., 100(914), 1966, pp. 451–462.</ref> L-unika [[Mammiferu|mammiferi]] nativi tal-park huma l-[[Farfett il-lejl|friefet il-lejl]]. L-iżjed speċi komuni huwa l-farfett il-lejl ta' Leisler (''Nyctalus leisleri''). Mammiferi oħra bħall-muflun ([[nagħġa]] selvaġġa), il-[[fenek]], il-[[ġurdien]], il-far iswed, il-[[qattus]] selvaġġ, u l-[[qanfud]] [[Alġerija|Alġerin]] kollha ġew introdotti fil-park.<ref>Nogales, M., Rodríguez-Luengo, J.L. & Marrero, P. (2006) "Ecological effects and distribution of invasive non-native mammals on the Canary Islands" Mammal Review, 36, 49–65.</ref> == Sit ta' Wirt Dinji == Il-Park Nazzjonali ta' Teide ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.<ref name=":0" /> Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (vii)''' "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-'''kriterju (viii)''' "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".<ref name=":0" /> [[Stampa:Caldera de las Cañadas 01.jpg|nofs|daqsminuri|571x571px|Veduta tal-Caldera de las Cañadas fil-Park Nazzjonali ta' Teide]] == Għeliem xjentifiku == Is-similarità bejn il-kundizzjonijiet ambjentali u ġeoloġiċi fil-Park Nazzjonali ta' Teide u l-pjaneta [[Marte (pjaneta)|Marte]] wasslu biex dan il-park jitqies bħala punt ta' referenza vulkanika b'rabta mal-pjaneta l-ħamra.<ref name=":4">{{Ċita web|url=https://www.elmundo.es/elmundo/2010/11/03/ciencia/1288783782.html|titlu=Tenerife se convierte en un laboratorio marciano {{!}} Ciencia {{!}} elmundo.es|sit=www.elmundo.es|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> Din is-similarità bejniethom wasslu biex il-park jitqies bħala post ideali għall-ittestjar tal-istrumenti li jintbagħtu lejn Marte biex jiżvelaw xi ħajja tal-imgħoddi jew tal-preżent fuq il-pjaneta l-ħamra. Fl-2010, tim tar-riċerka f'Las Cañadas del Teide ttestja l-istrument ta' Raman li mbagħad intuża fl-ispedizzjoni ExoMars tal-[[ESA]]-[[NASA]] lejn Marte.<ref name=":4" /> Fl-2017, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ittestjat vetturi (rovers) planetarji f'żona tal-park magħrufa bħala Las Minas de San José.<ref>{{Ċita web|url=https://www.esa.int/Enabling_Support/Space_Engineering_Technology/Rovers_drive_through_Tenerife_darkness|titlu=Rovers drive through Tenerife darkness|sit=www.esa.int|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> == Parks ġemellati == * [[Park Nazzjonali ta' Rapa Nui]], iċ-[[Ċili|Ċilì]].<ref>{{Ċita web|url=http://otros.conaf.cl/shop_image/CFFCN/Convenios%203/Documentos/PROYECTO%20ESPA%D1A.pdf|titlu=España: Cooperación en Parques Nacionales}}</ref><ref name=":5">{{Ċita web|url=http://www.magrama.gob.es/es/red-parques-nacionales/la-red/gestion/Mem_Red_11_13_tcm7-283479.pdf|titlu=Cooperación internacional entre parques nacionales|data-aċċess=2022-03-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20131004215742/http://www.magrama.gob.es/es/red-parques-nacionales/la-red/gestion/Mem_Red_11_13_tcm7-283479.pdf|arkivju-data=2013-10-04|url-status=dead}}</ref> Barra minn hekk, il-Park Nazzjonali ta' Teide jipparteċipa f'programmi internazzjonali differenti u jiskambja l-konsulenzi ma' parks nazzjonali oħra fid-dinja, speċjalment fl-[[Amerka Ċentrali]], fl-[[L-Amerika t'Isfel|Amerka t'Isfel]] u fl-[[Ewropa]]. In regard to international cooperation, the Teide National Park has provided technical support to the Souss-Massa National Park located in southwestern of Morocco.<ref name=":5" /> == Films li nġibdu fil-park u kurżitajiet == * Brian May kiteb il-kanzunetta tal-[[Queen]] "Tie Your Mother Down" fl-Osservatorju ta' Teide ta' Izaña (f'altitudni ta' 7,770 pied), fil-ħarifa tal-1971, waqt li kien qed jaħdem fuq it-teżi tal-lawrja tiegħu.<ref>{{Ċita web|url=https://www.answers.com/redirectSearch|titlu=Answers - The Most Trusted Place for Answering Life's Questions|sit=Answers|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> * Dan ix-xenarju drammatiku deher f'films bħal ''One Million Years B.C.'' (1966), ''Intacto'' (2002), ''Clash of the Titans'' (2010) u ''Wrath of the Titans'' (2012). * Il-poster ta' [[Raquel Welch]] ta' ''One Million Years B.C.'' li taħdem rwol sinifikanti fil-film tal-1994 ''The Shawshank Redemption'' inġibed fil-vulkan Teide. * [[Mike Oldfield]] inkluda fil-kompilazzjoni tiegħu ''The Complete fel'' tal-1985, il-kanzunetta ''Mount Teide'' ddedikata lill-vulkan famuż ta' Tenerife. * Fit-8 ta' Diċembru 2008, fuq inizjattiva mill-komunità [[Ġudaiżmu|Lhudija]] tal-Gżejjer Kanarji, bandiera ta' [[Iżrael]] tpoġġiet ħdejn il-quċċata tal-vulkan Teide.<ref>{{Ċita web|url=https://israelgrafico.typepad.com/mi_webblog/2008/12/la-bandera-de-israel-ondea-en-el-teide-islas-canarias.html|titlu=La bandera de Israel ondea en el Teide (Islas Canarias)|sit=ישראל גרפית ISRAEL GRÁFICO|data-aċċess=2022-03-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20220526102736/https://israelgrafico.typepad.com/mi_webblog/2008/12/la-bandera-de-israel-ondea-en-el-teide-islas-canarias.html|arkivju-data=2022-05-26|url-status=dead}}</ref> * Il-park għandu [[kappella]] żgħira ddedikata lill-Madonna tal-Borra (bl-Ispanjol: ''Virgen de las Nieves'') li hija l-ogħla kapppella/knisja [[Kristjaneżmu|Kristjana]] fi Spanja. * Tenerife kien il-post fejn [[L. Ron Hubbard]] (il-fundatur tal-Knisja tax-[[Xjentoloġija]]) sejjaħ xi materjali li ġabar bħala ''"materjali OT-III"'', li skont din id-duttrina juru li wieħed mill-vulkani li nxteħtu fit-''tetani'' 75 miljun sena ilu kien il-vulkan Teide, flimkien ma' vulkani oħra fid-dinja, l-iktar minn Hawaii. * Fl-24 ta' Ġunju 1989, l-istazzjon tar-[[radju]] Espacio en Blanco tar-Radiocadena Española sejjaħ ''"Allerta tal-UFOs"'' fil-Park Nazzjonali ta' Teide sabiex jikseb xi tip ta' kuntatt ma' ħlejqiet ekstraterrestri. Dan l-avveniment attendew għalih madwar erbgħin elf ruħ. * Fit-8 ta' Jannar 1998, membri ta' setta mmexxija mill-psikologu [[Ġermanja|Ġermaniż]] [[Heide Fittkau Garthe]] ġew arrestati, meta ppruvaw iwettqu suwiċidju ritwali fuq il-vulkan Teide. * Il-[[kompożitur]] tal-Kanarji [[Benito Cabrera]] ġie ispirat mill-pajsaġġ tal-vulkan Teide għall-kanzunetta famuża tiegħu ''Nube de Hielo''.<ref>{{Ċita web|url=http://canariasenhora.com/|titlu=Benito Cabrera: "Hay tantos Teide como estados de ánimo|data=2016-07-18|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-03-19|arkivju-url=https://archive.today/20160317005337/http://canariasenhora.com/%23!/amaro-pargo-el-pirata-bueno|arkivju-data=2016-03-17|url-status=bot: unknown}}</ref> * Is-sitt film ta' ''The Fast and the Furious'' tal-protagonista [[Vin Diesel]] u tar-[[reġista]] [[Justin Lin]], uża l-vulkan Teide għall-biċċa l-kbira tal-vjaġġi bl-ajruplani. * Il-Park Nazzjonali ta' Teide sar post popolari għat-taħriġ qalb iċ-ċiklisti professjonisti ewlenin, peress li jippermettilhom jitħarrġu f'altitudni filwaqt li jkollhom aċċess ukoll għal terren fuq il-livell tal-baħar għal taħriġ ta' intensità kbira, f'kundizzjonijiet stabbli tat-temp, bi ftit distrazzjonijiet minħabba l-pożizzjoni iżolata tiegħu. Xi timijiet użaw il-park għat-taħriġ, fosthom Team Sky, Liquigas u Team [[Astana]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.theguardian.com/sport/2012/may/23/bradley-wiggins-tour-de-france|titlu=Volcano gives Bradley Wiggins the fire for assault on Tour de France|data=2012-05-22|sit=the Guardian|lingwa=en|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> * Fl-2017, il-Park Nazzjonali ta' Teide kien it-tmien l-iktar sit li żaruh nies virtwalment fuq il-pjattaforma ''Google Street View'', b'total ta' 8.6 miljun viżitatur, u ħaqqaqha ma' postijiet famużi oħra bħat-[[Taj Mahal]], [[Mont Blanc]], il-[[Piramidi Eġizzjani]], [[Angkor Wat]] jew [[Stonehenge]]. * Fl-2018, it-territorju madwar il-Park Nazzjonali ta' Teide ospita parti mill-ġbid tal-film Amerikan ''Rambo: Last Blood'', li ħadmu fih [[Sylvester Stallone]] u [[Paz Vega]] fost oħrajn.<ref>{{Ċita web|url=https://www.europapress.es/islas-canarias/noticia-rambo-dejara-tenerife-mas-ocho-millones-euros-20181113140555.html|titlu='Rambo V' dejará en Tenerife más de ocho millones de euros|kunjom=Press|isem=Europa|data=2018-11-13|sit=www.europapress.es|data-aċċess=2022-03-19}}</ref> == Referenzi == [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Naturali]] [[Kategorija:Spanja]] [[Kategorija:Vulkani]] [[Kategorija:Parks Nazzjonali]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fi Spanja]] 9xsinuakw8dzoslta73a7utimkl5vhv Yuri Lysianskyi 0 28066 330833 276108 2026-07-01T08:03:09Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330833 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Yuri Fedorovych Lysianskyi''' (spellut ukoll '''Urey Lisiansky''' jew '''Lisianski''' jew '''Lysyansky'''; bl-[[Lingwa Ukrena|Ukren]]: Юрій Федорович Лисянський, ''Jurij Fedorovyč Lysjanskyj''; bir-[[Lingwa Russa|Russu]]: Ю́рий Фёдорович Лися́нский, ''Jurij Fëdorovič Lisjanskij'', twieled fl-1/fit-13 ta' April 1773 – miet fis-6 ta' Marzu 1837) kien uffiċjal fil-Flotta Navali tar-[[Russja]] Imperjali u esploratur ta' oriġini [[Ukreni|Ukrena]]. Huwa kien fit-tmun tal-ewwel ċirkumnavigazzjoni Russa abbord il-bastiment ''Neva'' u kien fost l-esploraturi bikrin tal-Punent li żaru l-gżira ta' [[Rapa Nui]], iċ-[[Ċili|Ċilì]]. Hemm diversi postijiet li ssemmew għalih. == Bijografija == Lysiansky twieled f'[[Nizhyn]] (illum fl-Ukrajna; dak iż-żmien fl-Imperu Russu) fil-familja ta' qassis Ortodoss u kien dixxendent ta' familja Cossack antika. Fl-1786 huwa ggradwa mill-Korp tal-Kadetti tal-Flotta Navali u ħa sehem fil-Gwerra bejn ir-Russja u l-[[Żvezja|Iżvezja]] tal-1788-1790. Matul l-1790-1793 huwa kien jagħmel parti mill-Flotta Baltika. Matul 1793-1799 huwa baħħar fuq vapuri [[Renju Unit|Brittaniċi]] madwar id-[[Id-Dinja|dinja]] kollha. Bejn l-1793 u l-1795 huwa kien voluntier abbord l-HMS ''Oiseau'' b'36 tagħmir tal-artillerija taħt il-kaptan tal-bastiment, [[Robert Murray]]. Lysiansky fakkar fil-memorji tiegħu, l-esperjenzi li kellu fl-Istazzjon tal-[[L-Amerika ta' Fuq|Amerka ta' Fuq]] jopera kontra l-konvojs u l-bastimenti armati [[Franza|Franċiżi]], u kif meta kien fl-Indji tal-Punent laqqat id-deni isfar, u fakkar kif Murray għenu jirkupra, u saħansitra kien ċedielu parti mill-akkomodazzjoni tiegħu meta kien marid.<ref>Lisyansky. ''A Voyage Round the World in 1803, 4, 5 & 6 ... in the Ship Neva''. pp. xvii–xviii.</ref> Fl-1803-1806, Lysiansky kien l-uffiċjal kmandant tal-bastiment merkantili tal-Kumpanija Russa-[[Stati Uniti|Amerikana]] ''Neva'' u ħa sehem fl-ewwel ċirkumnavigazzjoni Russa tad-Dinja. L-ispedizzjoni kienet taħt il-kmand tal-Konti [[Nikolay Petrovich Rezanov]], Plentipotenzjarju ta' [[Alessandru I]] għall-kolonji tal-Lvant u tal-Punent Imbiegħed tal-Imperu Russu, u l-Kaptan [[Adam Johann von Krusenstern]] fil-bastiment ''Nadezhda''. Il-vapuri kienu jinkludu wkoll in-naturalist, [[Wilhelm Gottlieb Tilesius]], u l-astronomu [[Johan Caspar Horner]] (1734-1834).<ref>Smith, Abigail M.; Jones, Mary E. Spencer; Jackson, Patrick N. Wyse (2014). "Bryozoans of the Krusenstern Expedition(1803-1806)". ''Annals of Bryology''. '''4''': 183–194.</ref> Salpaw minn [[Kronstadt]], iżda l-vapuri nfirdu wara li żaru [[Hawaii]], u l-Konti Nikolay Rezanov u Lysianskyi reħewlha lejn l-Amerka Russa (l-[[Alaska]]). Fl-1804 il-bastiment ''Neva'' żar il-gżira ta' Rapa Nui, u iktar tard dik is-sena, kien essenzjali fir-rebħa kontra t-[[Tlingit]] fil-[[Battalja ta' Sitka]], l-Alaska.<ref>Katherine Routledge tirreferi għall-paġna 58 tal-ktieb tiegħu "Voyage round the world in the Ship ''Neva'' Lysianskyi", [[Londra]], 1814.</ref> Fl-1805 huwa reġa' ltaqa' ma' Krusenstern f'[[Macau]], iżda malajr isseparaw minn xulxin. Barra minn hekk, fl-1805 ukoll, huwa kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-bumerin ta' Hawaii fuq il-gżira li issa ngħatat kunjomu.<ref>{{Ċita web|url=https://www.monachus-guardian.org/factfiles/hawai01.htm|titlu=Hawaiian Monk Seal, Neomonachus schauinslandi|sit=www.monachus-guardian.org|data-aċċess=2022-04-08|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230728070302/https://www.monachus-guardian.org/factfiles/hawai01.htm|arkivju-data=2023-07-28|url-status=dead}}</ref> Eventwalment, il-bastiment ''Neva'' kien l-ewwel li rritorna lejn Kronstadt fit-22 ta' Lulju 1806. Għall-kisbiet tiegħu, Lysiansky ingħata diversi premjijiet, inkluż l-Ordni ta' San Vladimir tat-tielet grad. Lysiansky indifen fiċ-Ċimiterju ta' Tikhvin tal-Monasteru ta' Alexander Nevsky, f'[[San Pietruburgu]], ir-Russja. == Imfakar == Għadd ta' postijiet issemmew għalih: il-Gżira ta' Lisianski fil-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii, [[peniżola]] tal-Gżira ta' Baranof, l-Alaska, bajja, strett, xmara u kap fl-Amerka ta' Fuq, muntanja taħt il-baħar fil-[[Baħar ta' Okhotsk]], u peniżola mal-Baħar ta' Okhotsk. Hemm monument u [[mużew]] ta' mafkar ta' U. Lysianskyi fir-raħal Ukren ta' Nizhyn. == Referenzi == {{DEFAULTSORT:Lysianskyi, Yuri}} [[Kategorija:Twieldu fl-1773]] [[Kategorija:Mietu fl-1837]] [[Kategorija:Nies Ukreni]] 5z5dayu5k8ogmf5utwexexwml5pad4q Fabbriki tal-Wied ta' Derwent 0 29570 330824 315808 2026-07-01T01:39:55Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330824 wikitext text/x-wiki [[Stampa:Arkwright Masson Mills.jpg|daqsminuri|263x263px|Il-Fabbrika ta' Masson fil-Wied ta' Derwent.]] Il-'''Fabbriki tal-Wied ta' Derwent''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Derwent Valley Mills'') huma [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] tul ix-xmara [[Derwent]] f'Derbyshire, l-[[Renju Unit|Ingilterra]], li tniżżlu fil-lista f'Diċembru 2001.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1030/|titlu=Derwent Valley Mills|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> Is-sit huwa amministrat mis-Sħubija tal-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent (bl-Ingliż: ''Derwent Valley Mills Partnership''). Is-sistema ta' fabbriki moderni twieldet hemmhekk fis-seklu 18 sabiex takkomoda t-teknoloġija l-ġdida għall-għażil tal-qoton żviluppata minn [[Richard Arkwright]]. Bl-avvanzi fit-teknoloġija, sar possibbli li l-qoton jiġi prodott b'mod kontinwu. Is-sistema ġiet adottata fil-wied kollu, u iktar 'il quddiem infirxet tant li sal-1788 kien hemm iktar minn 200 fabbrika tat-tip ta' Arkwright fir-Renju Unit. L-invenzjonijiet ta' Arkwright u s-sistema tiegħu ta' organizzazzjoni tax-xogħol ġew esportati lejn l-[[Ewropa]] u l-[[Stati Uniti|Istati Uniti]]. Is-sistema tal-enerġija mill-ilma ġiet introdotta għall-ewwel darba fl-Ingilterra minn [[John Lombe]] fil-fabbrika tal-ħarir tiegħu f'[[Derby]] fl-1719, iżda kien Richard Arkwright li applika din is-sistema għall-proċess tal-produzzjoni tal-qoton fis-snin 70 tas-seklu 18. Il-privattiva tiegħu ta' qafas tal-ilma ppermettiet li l-qoton jingħażel b'mod kontinwu, u dan kien ifisser li seta' jiġi prodott minn ħaddiema mingħajr [[sengħa]]. Il-Fabbrika ta' Cromford kienet is-sit fejn inbniet l-ewwel fabbrika ta' Arkwright, u dak iż-żmien il-villaġġ ta' Cromford fil-qrib tkabbar b'mod sinifikanti għall-forza tax-xogħol il-ġdida; din is-sistema ta' produzzjoni u ta' abitazzjonijiet tal-ħaddiema ġiet ikkopjata fil-wied kollu. Sabiex tiġi żgurata l-preżenza ta' forza tax-xogħol, kien meħtieġ li jinbnew l-abitazzjonijiet għall-ħaddiema tal-fabbrika. Għalhekk ġew stabbiliti insedjamenti ġodda mis-sidien tal-fabbriki qrib il-fabbriki stess – xi kultant billi żviluppaw komunità preeżistenti – bil-faċilitajiet tagħhom stess bħal skejjel, [[Kappella|kappelli]] u swieq. Il-biċċa l-kbira tal-abitazzjonijiet għadhom jeżistu u għadhom jintużaw. Dawn jiffurmaw parti mis-sit flimkien mal-infrastruttura tat-trasport. L-infrastruttura tat-trasport inbniet sabiex jinfetħu swieq ġodda għall-prodotti tal-fabbriki. Il-fabbriki u l-insedjamenti tal-ħaddiema ġew stabbiliti f'[[Belper]], f'[[Darley Abbey]] u f'[[Milford]] mill-kompetituri ta' Arkwright. Il-fabbriki tat-tip ta' Arkwright tant kellhom suċċess li xi kultant kienu jiġu kkopjati mingħajr ma jitħallsu r-royalties lil Richard Arkwright. L-industrija tal-qoton fil-Wied ta' Derwent qabdet it-triq tan-niżla fl-ewwel kwart tas-seklu 19 meta s-suq xaqleb lejn [[Lancashire]] li kienet tinsab f'pożizzjoni aħjar b'rabta mas-swieq u mal-materja prima. Il-fabbriki u l-binjiet assoċjati magħhom huma ppreservati sew u ntużaw mill-ġdid wara d-deklin tal-industrija tal-qoton. Ħafna mill-binjiet fi ħdan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma binjiet elenkati u [[Monument|Monumenti]] Skedati. Uħud mill-fabbriki issa fihom [[Mużew|mużewijiet]] u huma miftuħa għall-pubbliku. It-Trust tal-Wied ta' Derwent issa hija involuta fil-ħolqien ta' mogħdija għar-roti tul is-Sit ta' Wirt Dinji kollu sabiex jiġu promossi t-turiżmu u l-ivvjaġġar sostenibbli.<ref>{{Ċita web|url=https://www.derwentvalleytrust.org.uk/|titlu=HOME|sit=Derwent Valley Trust|lingwa=en-GB|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230111142146/https://www.derwentvalleytrust.org.uk/|arkivju-data=2023-01-11|url-status=dead}}</ref> == Pożizzjoni u daqs == Il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jkopru erja ta' 12.3 km2 (4.7 mili kwadri)<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 13.</ref> u huma estiżi fuq medda ta' 24 kilometru (15-il mil) tal-Wied ta' Derwent, f'Derbyshire, minn Matlock Bath fit-Tramuntana saċ-ċentru tal-belt ta' Derby fin-Nofsinhar. Fi ħdan is-sit hemm kumplessi ta' fabbriki, insedjamenti inkluż l-abitazzjonijiet tal-ħaddiema, digi tul ix-xmara Derwent, u n-network tat-trasport li kien jappoġġa l-fabbriki fil-wied.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 10.</ref> Is-sit jikkonsisti mill-komunitajiet ta' Cromford, Belper, Milford u Darley Abbey, u jinkludi 838 binja elenkata, magħmula minn 16-il binja tal-Grad I, 42 binja tal-Grad II* u 780 binja tal-Grad II. Disa' strutturi oħra huma Monumenti Antiki Skedati. Il-binjiet huma taħlita ta' fabbriki, abitazzjonijiet tal-ħaddiema u strutturi assoċjati mal-komunitajiet tal-fabbriki. Il-Kanal ta' Cromford u l-Linja Ferrovjarja ta' Cromford u High Peak, li għenu l-industrijalizzazzjoni tal-inħawi, huma parti wkoll mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 32.</ref> == Storja == [[File:Derby_cotton_mill_2006.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Derby_cotton_mill_2006.jpg|xellug|daqsminuri|242x242px|Il-fabbrika tal-ħarir ta' Lombe.]] Fl-aħħar tas-[[seklu 17]] il-produzzjoni tal-ħarir kibret minħabba li żdiedet id-domanda għall-ħarir għall-ilbies tal-moda. F'tentattiv li tiżdied il-produzzjoni permezz tal-użu tal-enerġija mill-ilma, [[Thomas Cotchett]] ikkummissjona l-inġinier [[George Sorocold]] biex jibni fabbrika qrib iċ-ċentru ta' Derby fuq gżira fix-xmara Derwent. Għalkemm l-esperiment ma rnexxiex, ikkonvinċa lil [[John Lombe]] – impjegat ta' Cotchett – li jekk l-enerġija mill-ilma setgħet tiġi pperfezzjonata kien hemm suq għall-produzzjoni. Huwa kien involut fi spjunaġġ industrijali u kiseb il-pjanijiet ta' magni [[Italja|Taljani]]. Huwa rreġistra l-privattiva tad-disinn fl-1719 u bena fabbrika ta' ħames sulari (33.5 metru × 12-il metru (110 piedi × 39 pied) ħdejn il-fabbrika ta' Crotchett. Sal-1763, 30 sena wara li kienet skadiet il-privattiva ta' Lombe, kienu nbnew seba' fabbriki tat-tip ta' Lombe biss minħabba li s-suq tal-ħarir kien żgħir, iżda Lombe kien introduċa forma vijabbli ta' makkinarju mħaddem bl-enerġija mill-ilma u kien stabbilixxa mudell għall-organizzazzjoni tax-xogħol li l-industrijalisti iktar 'il quddiem segwew.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 93-94.</ref> Peress li l-ħarir kien prodott lussuż, is-suq kien żgħir u faċilment saturat minn oġġetti prodotti bil-magni. L-innovazzjoni li kien imiss fit-tessuti prodotti bil-magni waslet fl-industrija tal-qoton li kellha suq ferm ikbar u kienet tipproduċi oġġetti iktar għall-but ta' kulħadd. L-għażil tal-qoton kien proċess iktar kumpless mill-produzzjoni tal-ħarir.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 94.</ref> Il-qafas tal-ilma għall-għażil tal-qoton ġie żviluppat minn Richard Arkwright li rreġistra privattiva fl-1769. Il-magni setgħu jagħżlu r-raden b'mod kontinwu u b'hekk minflok il-ħaddiema tas-sengħa ġew impjegati superviżuri mingħajr sengħa li kellhom jiżguraw li l-magni ma jinkisrux. L-oqfsa tal-ilma kienu jvarjaw bħala daqs minn erba' sa 96 magħżel. Għal dawn ir-raġunijiet, il-qafas tal-ilma sar popolari u mifrux.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 96.</ref> Fl-1771, Richard Arkwright kera art f'Cromford. Sal-1774, l-ewwel fabbrika tiegħu kienet operattiva, u fl-1776 huwa beda l-kostruzzjoni tat-tieni fabbrika f'Cromford. Matul dan iż-żmien, huwa żviluppa magni għall-għażil minn qabel u fl-1775 irreġistra t-tieni privattiva tiegħu.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 94-95.</ref> Bl-għażil mekkanizzat, il-proċessi l-oħra involuti fil-produzzjoni tal-qoton ma setgħux ilaħħqu u kellhom bżonn jiġu mekkanizzati wkoll. Huwa pproduċa magna għat-tqardix, il-proċess li bih il-fibri tal-qotob kienu jinfirxu b'mod parallel, madankollu mhux l-invenzjonijiet kollha tiegħu kellhom suċċess u t-tindif tal-qoton kien isir bl-idejn sas-snin 90 tas-seklu 18 meta mbagħad ġiet ivvintata magna effettiva.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 96-97.</ref> [[File:Waterframe.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Waterframe.jpg|daqsminuri|Mudell ta' qafas tal-ilma fil-Mużew Storiku ta' Wuppertal.]] Arkwright fittex l-assistenza finanzjarja, u [[Peter Nightingale]] – sid tal-art lokali (u proziju ta' [[Florence Nightingale]]) – xtara l-proprjetà ta' Cromford għal £20,000 (£3 miljun skont l-istimi tal-2023). Nightingale bena wkoll Rock House bħala residenza għal Arkwright, li tħares lejn il-fabbrika, u tah £2,000 (£270,000) oħra biex jibni t-tieni fabbrika u £1,750 (£240,000) għall-abitazzjonijiet tal-ħaddiema. Bejn l-1777 u l-1783, Arkwright u l-familja tiegħu xtraw fabbriki f'Bakewell, f'Cressbrook, f'Rocester u f'Wirksworth, mifruxa madwar Derbyshire u Staffordshire. [[Jedediah Strutt]], li kien sħab ma' Arkwright fl-ewwel Fabbrika ta' Cromford, bena fabbriki f'Belper u f'Milford fl-1776-1781. [[Thomas Evans]], sid tal-art f'Darley Abbey, xtara 7.1 ettari (18-il akru) oħra fl-inħawi madwar Darley Abbey għal £1,140 (£150,000) u fl-1782 bena fabbrika tal-qoton fil-villaġġ. Arkwright tħallas ir-royalties minn dawk li kkopjaw il-magni tiegħu, għalkemm kien hemm min issogra li jitħarrek minħabba li qabad u kkopjahom mingħajr ħlas.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 106.</ref> Il-kostruzzjoni tal-Fabbrika ta' Masson f'Matlock Bath bdiet fl-1783, istigata minn Arkwright. Għall-ħabta tal-espansjoniżmu ta' Arkwright, Jedediah Strutt daħal fl-industrija tal-għażil tal-qoton. Strutt kellu l-vantaġġ li Arkwright kien diġà wettaq l-isperimentazzjoni kollha meħtieġa bil-makkinarju, u b'hekk ma kellux għalfejn jinvesti fir-riċerka ta' teknoloġija ġdida. Huwa stabbilixxa fabbrika f'Belper, madwar tmien mili (13-il kilometru) fin-Nofsinhar ta' Cromford; x'aktarx tlestiet fl-1781. Is-sit tkabbar biż-żieda tat-tieni fabbrika fl-1784. Strutt bena fabbrika wkoll f'Milford, madwar żewġ mili (tliet kilometri) fin-Nofsinhar ta' Belper. Sal-1793, żdiedu żewġ fabbriki oħra għall-istampar u għat-tbajjid. Il-familja Strutt stmat li sal-1789 kienet investiet £37,000 (£5,000,000) fil-fabbriki tagħha f'Belper u f'Milford (£26,000 f'Belper u £11,000 f'Milford), u kellha rikavat ta' £36,000 (£5,000,000) fis-sena.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 101-102.</ref> [[File:Cromford_workers_cottages.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cromford_workers_cottages.jpg|xellug|daqsminuri|240x240px|L-abitazzjonijiet tal-ħaddiema f'Cromford.]] Arkwright kellu reputazzjoni bħala impjegatur paternalistiku li kien jieħu ħsieb il-benesseri tal-impjegati tiegħu u tal-familji tagħhom. Skola tal-Ħadd inbniet f'Cromford fl-1785 u kienet tipprovdi l-[[edukazzjoni]] lil 200 tifel u tifla. Sal-1789, is-sjieda tal-proprjetà ta' Cromford reġgħet f'idejn il-familja Arkwright, li b'mod attiv influwenzaw l-istruttura u l-kostruzzjoni tagħha. F'Cromford inbena suq bħala l-qalba l-ġdida tal-villaġġ. Arkwright organizza s-suq kull nhar ta' Ħadd u bħala inċentiv għall-attendenza, kien jagħti premjijiet annwali lil dawk li kienu jattendu l-iktar ta' sikwit. Wara li Arkwright miet fl-1792, ibnu [[Richard Arkwright]] iż-żgħir, ħa t-tmexxija f'idejh u bigħ il-biċċa l-kbira tal-fabbriki tal-qoton li kellu barra Cromford u Matlock Bath. Il-fabbriki f'Cromford u f'Matlock Bath x'aktarx inżammu biex jappoġġaw il-proprjetà ta' Willersley. Fi Cromford inħolqu soċjetajiet u klabbs. L-affarijiet [[Reliġjon|reliġjużi]] tal-komunità kienu inqas ta' interess għal Arkwright, u Arkwright iż-żgħir baqa' ma beniex il-Knisja ta' Cromford qabel l-1797; missieru kellu l-ħsieb li tkun [[kappella]] privata għall-familja Arkwright fil-Kastell ta' Willersley. It-tentattivi tal-familja biex Cromford isostni lilu nnifsu bħala villaġġ bil-ħolqien ta' suq irnexxew, u l-villaġġ baqa' jikber sal-ħabta tal-1840. Dan baqa' jseħħ saħansitra wara li l-fabbriki ma baqgħux daqshekk importanti u qabdu t-triq tan-niżla f'dan il-perjodu.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 100.</ref> Richard Arkwright iż-żgħir ma kienx interessat fin-negozju tal-qoton, u wara l-mewt ta' missieru, il-familja Arkwright ma baqgħetx tinvesti fl-industrija. Minflok, il-familja Strutt kompliet tinvesti bis-saħħa tal-profitti ġġenerati mill-fabbriki tagħha f'Milford u f'Belper. Huma baqgħu jibnu l-fabbriki sas-snin 10 tas-seklu 19, u sal-1833 in-negozju tagħhom kien jimpjega 2,000 ruħ u kellu d-dominju tal-industrija tal-qoton fil-Wied ta' Derwent.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 102-104.</ref> Bħalma kien għamel Arkwright f'Cromford, il-familja Strutt ipprovdiet l-abitazzjonijiet għall-impjegati tagħha. Belper diġà kien villaġġ stabbilit bis-suq tiegħu stess qabel ma Jedediah Strutt beda jibni l-fabbriki, b'hekk ma kellux għalfejn ikollu rwol attiv fl-iżvilupp tal-komunità f'entità li ssostni lilha nnifisha bħalma kellu Richard Arkwright f'Cromford.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 103.</ref> Il-familja Strutt ipprovdiet l-edukazzjoni, u fl-1817 650 u 300 tifel u tifla attendew l-Iskejjel tal-Ħadd f'Belper u f'Milford rispettivament.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 105.</ref> Meta mqabbla ma' Cromford, li l-popolazzjoni tiegħu kienet tlaħħaq madwar 1,200 ruħ fil-bidu tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta' Belper żdiedet minn 4,500 ruħ fl-1801 għal 7,890 ruħ fl-1831 minħabba l-prosperità tan-negozju.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 100-104.</ref> Darley Abbey kiber ukoll bħala insedjament tal-ħaddiema għalkemm ma kellu l-ebda suq tiegħu, għaldaqstant il-provvista tal-ikel għall-abitanti kienet problematika. Id-daqs tal-insedjament irdoppja bejn l-1788 u l-1801, u bejn l-1801 u l-1831 il-popolazzjoni żdiedet minn 615 għal 1,170 ruħ bis-saħħa li kienu żdiedu bosta mill-abitazzjonijiet tal-ħaddiema. Ġiet stabbilita Skola tal-Ħadd għal 80 tifel u tifla f'waħda mill-fabbriki u nbnew knisja u skola oħra fl-1819 u fl-1826 rispettivament.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 110.</ref> [[File:Cromford_1775_mill.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cromford_1775_mill.jpg|lemin|daqsminuri|322x322px|Il-pedamenti tal-Fabbrika ta' Cromford li nqerdet min-nirien fl-1890, b'kompartiment għar-rota tal-ilma fuq il-lemin.]] Minkejja li kienet qawwa kbira tal-industrija tal-qoton fl-ewwel kwart tas-seklu 19, il-kumpanija tal-familja Strutt bdiet tmajna minħabba l-kompetizzjoni tal-irħula bil-fabbriki ta' Lancashire. Il-problema taċ-ċaqliq tas-swieq affettwat il-Wied ta' Derwent kollu; Lancashire kellha pożizzjoni aħjar minn Derbyshire fir-rigward tal-materja prima u s-swieq ġodda. Il-fabbriki mmexxija mill-familja Strutt batew ukoll minħabba nuqqas ta' mmodernizzar; għalkemm kienu minn ta' quddiem fit-teknoloġija kontra n-nirien fil-bidu tas-seklu 19, filwaqt li l-magni li kienu jintużaw fil-fabbriki baqgħu dejjem jikbru u jiżdiedu fil-qawwa tagħhom, il-familja Strutt baqgħet xorta waħda tinsisti li tħaddem lit-tfal, mentri l-użu tal-makkinarju kien iktar xogħol tal-adulti. Il-kumpanija marret lura u fit-tieni nofs tas-seklu 19 uħud mill-fabbriki tagħha nkrew jew inbigħu lil kumpaniji oħra.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), pp. 32, 102-103.</ref> Minkejja li l-industrija tal-qoton fil-Wied ta' Derwent majnat, ħafna mill-istrutturi assoċjati mal-proċessi industrijali marbuta mal-produzzjoni tal-qoton u l-abitazzjonijiet tal-ħaddiema għadhom jeżistu u b'kollox hemm 848 binja elenkata fi ħdan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.<ref name=":0" /> == Sit ta' Wirt Dinji == Il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.<ref name=":0" /> Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (ii)''' "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-'''kriterju (iv)''' "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".<ref name=":0" /> == Trasport == === Kanal ta' Cromford === [[File:Cromford_Wharf_2008.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cromford_Wharf_2008.jpg|xellug|daqsminuri|238x238px|Il-Maħżen ta' Cromford tul il-Kanal ta' Cromford.]] Il-Kanal ta' Erewash, li nbeda fl-1777, kien maħsub primarjament għat-trasport tal-faħam. Kien inixxi mix-xmara Trent f'Sawley sal-Fabbrika ta' Langley, 14-il mil (23 kilometru) fin-Nofsinhar ta' Cromford. Fl-1788, Richard Arkwright staqsa lil [[William Jessop]] jagħmel stima tal-kost tal-kostruzzjoni ta' kanal li jikkollega l-fabbriki f'Cromford mal-Fabbrika ta' Langley. Jessop ħareġ biċ-ċifra ta' £42,000 (£6 miljun bil-valur tal-2023) li nġabru fi żmien ftit ġimgħat. Is-sidien tal-fabbriki lokali Jedediah Strutt u Thomas Evans kienu kontra l-kanal propost, għaliex beżgħu li seta' jinterferixxi mal-provvista tal-ilma għall-fabbriki tagħhom, iżda fl-1789 il-Parlament ta l-permess għall-kostruzzjoni tal-kanal.<ref>Cooper (1983), p. 191.</ref> Meta l-Kanal ta' Cromford infetaħ fl-1794, kien sewa kważi d-doppju tal-istima oriġinali ta' Jessop. Bejn il-Fabbrika ta' Langley u l-Maħżen ta' Cromford, fejn il-kanal kien jintemm fil-kumpless tal-fabbrika, il-kanal kien jgħaddi tul żewġ akkwedotti, kien jgħaddi minn 3,000 jarda (2,700 metru) ta' mini taħt xi fabbriki tal-[[ħadid]] f'Bull Bridge, u minn erbatax-il magħlaq. Tliet kwarti tal-merkanzija ttrasportata fuq il-kanal kienet faħam u kokk, filwaqt li l-kumplament kien jikkonsisti minn żrar, minerali tal-ħadid u ċomb.<ref>Cooper (1983), p. 192.</ref> Meta Jessop u Benjamin Outram lestew il-Kanali ta' Derby u ta' [[Nottingham]] fl-1796, dawn bdew jipprovdu rotot diretti lejn iċ-ċentri importanti tat-tessuti ta' Derby u ta' Nottingham. F'Jannar 1845, il-Kumpanija tal-Kanal ta' Cromford iddeċidiet li tibni pompa permanenti biex tkun tista' tipprovdi biżżejjed ilma matul kundizzjonijiet ta' nixfa. Dan ix-xogħol sar minn Graham & Company fil-Fabbrika tal-Ħadid ta' Milton, Elsecar. Il-kanal kien suċċess sa nofs is-seklu 19 meta l-Linja Ferrovjarja ta' [[Manchester]], [[Buxton]], Matlock u l-Midlands ġiet estiża lejn in-Nofsinhar tal-kanal. Fl-1852, il-kanal inbigħ lill-kumpanija tal-linja ferrovjarja u b'hekk id-deklin tiegħu kien iktar mgħaġġel. Sal-1889, il-kanal kien jintuża l-iktar għat-traffiku lokali. Eventwalment ingħalaq fl-1944 peress li l-kostijiet tal-manutenzjoni u tat-tiswija tiegħu kienu għoljin wisq. Il-Kunsill tal-Kontea ta' Derbyshire akkwista l-kanal fl-1974 u s-Soċjetà tal-Kanal ta' Cromford ħadet ħsieb ir-restawr tiegħu.<ref>Cooper (1983), p. 193.</ref> === Linja Ferrovjarja ta' Cromford u High Peak === [[File:Chpr_workshop.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Chpr_workshop.jpg|lemin|daqsminuri|Il-binjiet tax-xogħol u l-uffiċċji ta' High Peak Junction – l-istazzjoni tan-Nofsinhar fejn qabel kien hemm il-Linja Ferrovjarja tal-Midlands, li issa hija l-Linja Ferrovjarja tal-Wied ta' Derwent.]] Fil-bidu tas-seklu 19 kien ġie propost kanal li jikkollega l-Kanal ta' Peak Forest, li kien jintemm f'Whaley Bridge, mal-Kanal ta' Cromford, u b'hekk jipprovdi rotta diretta bejn is-swieq f'Lancashire u f'Derbyshire. Madankollu, il-kostijiet kienu għoljin wisq u l-pjan ġie abbandunat. [[Josias Jessop]], iben William Jessop, kien jemmen li linja għall-vaguni kienet ferm orħos minn kanal.<ref>Cooper (1983), pp. 199-200.</ref> Fit-2 ta' Mejju 1825 għadda Att tal-Parlament għall-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja minn Cromford sa Whaley Bridge. Il-proposta – appoġġata minn [[William Cavendish]], is-sitt Duka ta' Devonshire, Richard Arkwright iż-żgħir, u diversi bankiera ta' Manchester – kienet ambizzjuża; kien mistenni li fuq il-linja kienu se jintużaw ferroviji li jaħdmu bl-istim, minkejja li t-teknoloġija kienet għadha fil-bidu tagħha u [[George Stephenson]] ma beniex ir-''Rocket'' rivoluzzjonarju tiegħu qabel l-1829. Il-parti tan-Nofsinhar tal-linja ferrovjarja, mill-Maħżen ta' Cromford sa Hurdlow, fix-Xlokk ta' Buxton, fetħet fid-29 ta' Mejju 1830, u fis-6 ta' Lulju 1831 infetħet il-bqija tal-linja sa Whaley Bridge.<ref>Cooper (1983), p. 200.</ref> L-ewwel ferroviji li taħdem bl-istim ġiet introdotta fuq il-linja fl-1841; qabel dik id-data, it-traffiku kien magħmul għalkollox mill-vaguni.<ref>Cooper (1983), p. 202.</ref> Il-linja ferrovjarja kienet titla' minn 277 pied (84 metru) 'il fuq mil-livell tal-baħar fil-Maħżen ta' Cromford sa għoli ta' 1,264 pied (385 metru) 'il fuq mil-livell tal-baħar f'Ladmanlow, qabel ma kienet tinżel sa 747 pied (228 metru) fl-imħażen tal-Kanal ta' Peak Forest. Il-bidliet fl-għoli, li kienu jeħtieġu bosta mgħalaq għal kanal, ma kinux problema għal linja ferrovjarja. Madankollu, għal xi żmien il-Linja Ferrovjarja ta' Cromford u High Peak kellha l-iżjed kurva qawwija fost il-linji ferrovjarji kollha fir-Renju Unit u l-iżjed telgħa wieqfa għall-vetturi li ma kinux jaħdmu bl-istim.<ref>Cooper (1983), pp. 200, 202.</ref> Il-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja swiet £180,000, iktar mill-istima oriġinali ta' £155,000 (£14-il miljun u £12-il miljun rispettivament skont il-valur tal-2023) iżda ferm inqas mill-£500,000 li kien il-kost previst għall-kostruzzjoni tal-kanal (£38 miljun skont il-valur tal-2023).<ref>Cooper (1983), pp. 200, 203.</ref> Peress li nbnew biex jikkollegaw il-Kanali ta' Peak Forest u ta' Cromford, l-andament tal-linji ferrovjarji kien marbut mill-qrib ma' dak tal-kanali. Il-linja ma kinitx qed tagħmel profitt peress li sakemm infetħet it-traffiku kien naqas tul il-Kanal ta' Cromford.<ref>Cooper (1983), pp. 203, 205.</ref> Fl-1855, Att tal-Parlament ippermetta lil-linja tittrasporta l-passiġġieri kif ukoll il-merkanzija.<ref>Cooper (1983), p. 203.</ref> Għalkemm it-trasport tal-passiġġieri sar iktar importanti għal-linja ferrovjarja, xorta waħda batta u l-linja ngħalqet fil-21 ta' April 1967.<ref>Cooper (1983), p. 206.</ref> == Legat == [[File:SlaterMillcropped.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:SlaterMillcropped.JPG|xellug|daqsminuri|321x321px|Il-Fabbrika ta' Slater Mill f'Pawtucket, Rhode Island, li kienet tinkorpora bosta elementi tas-sistema tal-fabbriki żviluppata fil-Wied ta' Derwent, u li kienet inbniet minn [[Samuel Slater]] minn Belper.]] Il-Wied ta' Derwent jitqies bħala l-post fejn twieldet is-sistema tal-fabbriki. Il-magni li żviluppaw fil-Wied ta' Derwent bħall-qafas tal-ilma ppermettew il-produzzjoni kontinwa. Il-Fabbrika ta' Cromford ta' Richard Arkwright u l-insedjament assoċjat tal-ħaddiema servew bħala mudell għall-komunitajiet industrijali, mhux biss fil-wied iżda fuq livell internazzjonali. Ir-raġuni li nbena insedjament fl-istess żmien li nbniet il-Fabbrika ta' Cromford kienet biex il-ħaddiema jkollhom abitazzjonijiet fejn setgħu jgħixu; l-unika mod kif seta' jiġi żgurat li jkun hemm il-ħaddiema meħtieġa mill-fabbrika kien li jiġu pprovduti d-djar għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom. Is-suċċess tal-mudell ta' Arkwright wassal biex industrijalisti oħra jikkopjawh. Imprendituri bħal Peter Nightingale, Jedediah Strutt u Thomas Evans stabbilew l-insedjamenti ta' Belper, ta' Milford u ta' Darley Abbey fi ħdan il-Wied ta' Derwent għall-impjegati tagħhom. Minbarra l-importanza ekonomika li tiġi żgurata l-provvista tal-ħaddiema, l-industrijalisti kienu jieħdu ħsieb lill-impjegati u lill-familji tagħhom għaliex donnu kellhom sens ta' paternaliżmu.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 27.</ref> L-innovazzjonijiet ta' Arkwright ma kinux biss marbuta mal-iżvilupp tal-insedjamenti tal-ħaddiema; huwa rreġistra wkoll privattivi fir-rigward ta' bosta teknoloġiji li ntużaw għall-għażil imħaddem bl-enerġija mill-ilma. Tant kellhom suċċess li l-industrijalisti rivali ssograw azzjoni legali minħabba li kkopjaw id-disinni tiegħu. Il-privattivi tiegħu skadew fl-1785, u sal-1788 iktar minn 200 fabbrika tat-tip ta' Arkwright kienu ġew stabbiliti fir-Renju Unit. [[New Lanark]] fl-[[Skozja|Iskozja]] – Sit ta' Wirt Dinji ieħor tal-UNESCO<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/429/|titlu=New Lanark|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-11}}</ref> – kien influwenzat direttament minn Richard Arkwright u mill-iżviluppi fil-Wied ta' Derwent; Lanark ġie identifikat bħala sit potenzjali għal fabbrika waqt żjara minn [[David Dale]] u Arkwright fl-1784. Dale iktar 'il quddiem stabbilixxa erba' fabbriki fi New Lanark; strutturalment kienu simili għall-Fabbrika ta' Masson ta' Arkwright u mill-inqas tnejn mill-fabbriki kienu jużaw teknoloġija li ġiet żviluppata fil-Wied ta' Derwent, minkejja li s-sistema tal-fabbriki kienet differenti minn dik użata fil-Wied ta' Derwent. New Lanark ġie akkwistat minn [[Robert Owen]] fl-1799 u dan kompla jiżviluppa l-paternaliżmu iktar milli kien sar fil-Wied ta' Derwent, filwaqt li sperimenta bl-edukazzjoni għal kulħadd u bil-kontroll soċjali. [[Saltaire]] – Sit ta' Wirt Dinji ieħor tal-UNESCO<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1028/|titlu=Saltaire|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-11}}</ref> – ġie stabbilit fl-1853 u kellu abitazzjonijiet u faċilitajiet għall-ħaddiema, kif ukoll elementi oħra tas-sistema tal-fabbriki żviluppata minn Arkwright.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 30.</ref> Fl-1774, il-gvern Brittaniku għadda att li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' "għodod jew utensili" li jintużaw fl-industriji tal-qoton u tal-għażel. B'hekk, l-unika mod li bih it-teknoloġiji l-ġodda żviluppati fir-Renju Unit setgħu jinfirxu f'pajjiżi oħra kien permezz tal-ispjunaġġ industrijali. [[Carl Delius]] ħadem fl-Ingilterra u ta l-pjanijiet ta' ħafna mill-invenzjonijiet ta' Arkwright lil [[Johann Gottfried Brugelmann]]; Brugelmann uża l-informazzjoni biex jistabbilixxi fabbrika f'[[Ratingen]], qrib [[Düsseldorf]], il-[[Ġermanja]], li bdiet il-produzzjoni fl-1784. Huwa ta l-isem ta' Cromford lill-insedjament assoċjat mal-fabbrika. Il-fabbrika kienet l-ewwel fabbrika tat-tip ta' Arkwright fl-[[Ewropa]] kontinentali. It-tekniki għall-għażil tal-qoton li ġew żviluppati fil-Wied ta' Derwent infirxu wkoll fl-[[Stati Uniti|Amerka]]. Fl-1790, l-Istati Uniti kellhom inqas minn 2,000 magħżel imħaddma bit-tagħmir tal-għażil bl-idejn, imqabbel maż-2.4 miljun magħżel mekkanizzat li kien hemm dak iż-żmien fir-Renju Unit. Il-fabbrika tat-tip ta' Arkwright ġiet introdotta fl-Amerka minn migranti mill-Ingilterra, u bosta minnhom ma kinux tas-sengħa. Fosthom kien hemm [[Samuel Slater]] li kien mill-Wied ta' Derwent u kien apprendist ta' Jedediah Strutt. Huwa stabbilixxa l-Fabbrika ta' Slater f'Pawtucket, Rhode Island. Ħafna mit-teknoloġiji żviluppati fil-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent baqgħu jintużaw u ġew adottati għal industriji oħra tat-tessuti; sa nofs is-seklu 20, it-tqardix kien għadu jsir bil-makkinarju vvintat minn Richard Arkwright. Is-sistema tal-fabbriki għamlitha possibbli li jiġu prodotti tessuti u lbies irħas. == Preservazzjoni == [[File:Cromford_Mill_2008.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cromford_Mill_2008.jpg|lemin|daqsminuri|250x250px|Il-Fabbrika ta' Cromford, inxtrat mis-Soċjetà ta' Arkwright fl-1979 wara li s-sit kien ġie abbandunat mis-sidien preċedenti tiegħu li kellhom kumpanija tal-kuluri u taż-żebgħa.]] Is-Soċjetà ta' Arkwright (bl-Ingliż: ''The Arkwright Society'') ġiet iffurmata waqt il-Festival ta' Arkwright tal-1971. Il-kumpless tal-Fabbrika ta' Cromford inxtara mis-Soċjetà ta' Arkwright fl-1979, u b'hekk il-binjiet assoċjati mal-fabbrika ġew salvati mill-qerda. Is-soċjetà xtrat is-sit bl-iskop li tikkonservah u bl-intenzjoni li tibda twettaq ir-restawr tiegħu. Il-fabbriki kienu ġew ikkontaminati mill-proċessi industrijali li jinvolvu l-kuluri u ż-żebgħa li kienu maħżuna fil-fabbriki wara li ma baqgħux jipproċessaw il-qoton. Bl-għajnuna tal-kunsilli lokali, tal-Aġenzija għall-Iżvilupp tal-Lvant tal-Midlands, tal-English Heritage, tal-Heritage Lottery Fund, u għal kost totali ta' £5 miljun, il-fabbriki ġew irrestawrati u dekontaminati. Issa l-Fabbrika ta' Cromford qed tintuża minn negozji żgħar u tintuża wkoll għall-edukazzjoni.<ref>{{Ċita web|url=http://www.arkwrightsociety.org.uk/cromford/index.php|titlu=Arkwright|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20080624142827/http://www.arkwrightsociety.org.uk/cromford/index.php|arkivju-data=2008-06-24|url-status=bot: unknown}}</ref><ref>{{Ċita web|url=http://www.arkwrightsociety.org.uk/education|titlu=archive.ph|sit=archive.ph|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://archive.is/20120722195442/http://www.arkwrightsociety.org.uk/education|arkivju-data=2012-07-22|url-status=dead}}</ref> Bosta mill-fabbriki li nbnew fil-Wied ta' Derwent għall-industrija tal-qoton għadhom jeżistu u reġgħu ntużaw wara d-deklin tal-industrija. Il-biċċa l-kbira tal-abitazzjonijiet tal-ħaddiema għadhom jeżistu wkoll u għadhom jintużaw bħala djar. Matul is-snin 70 u 80 tas-seklu 20, l-awtoritajiet lokali fi sħubija mal-English Heritage għamlu ħilithom biex jipprevjenu d-deterjorament tad-djar u tal-fabbriki billi taw pariri lis-sidien u billi użaw għotjiet finanzjarji biex isir xogħol ta' konservazzjoni. Meta saret l-applikazzjoni biex is-sit jitqies għad-deżinjazzjoni bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000, 26 mit-838 binja elenkata fl-inħawi kienu mdaħħla fir-Reġistru tal-Bini fil-Periklu tal-English Heritage u kienu żdingati.<ref>Derwent Valley Mills Partnership (2000), p. 134.</ref> Fis-sena 2000, il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent ġew innominati biex isiru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Flimkien mal-[[Pajsaġġ Industrijali ta' Blaenavon]]<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/984/|titlu=Blaenavon Industrial Landscape|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-11}}</ref>, New Lanark u Saltaire (kollha kemm huma Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO), is-sit ġie propost biex tiżdied ir-rappreżentanza tal-wirt industrijali fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-proposta ntlaqgħat u fl-2001 il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent tniżżlu fil-lista.<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/news/143/|titlu=World Heritage Committee Inscribes 31 New Sites on the World Heritage List|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> L-għan ta' din id-deżinjazzjoni hu li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sit peress li jitqies li għandu "valur universali straordinarju għall-umanità".<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/about/|titlu=World Heritage|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=whc.unesco.org|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> Il-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent kienu pijunieri fl-abitazzjonijiet għall-ħaddiema kif ukoll għall-biċċa l-kbira tat-teknoloġija żviluppata minn Richard Arkwright, li pproduċa pajsaġġ industrijali u rħula industrijali. Is-Sħubija tal-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent hija responsabbli, f'isem il-gvern Brittaniku, għall-ġestjoni tas-sit. F'Ġunju 2009, il-Fabbrika ta' Bath Street f'Derby ġarrbet xi ħsarat minħabba nirien. Il-binja kienet parti mis-Sit ta' Wirt Dinji u kienet tmur lura għas-seklu 18.<ref>{{Ċita aħbar|data=2009-06-16|titlu=Historic mill is damaged by fire|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/uk_news/england/derbyshire/8103925.stm|lingwa=en-GB|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> Fl-2018, ir-"Raggruppament Kreattiv tal-Fabbriki ta' Cromford u l-Proġett ta' Promozzjoni tas-Sit ta' Wirt Dinji" ġew elenkati bħala finalist għall-"Aqwa Riġenerazzjoni Maġġuri ta' Binja Storika jew Post Storiku" fil-Premjijiet Angel għall-Postijiet Storiċi tal-Ingilterra.<ref>{{Ċita web|url=http://historicengland.org.uk/campaigns/angel-awards/|titlu=Historic England Angel Awards {{!}} Historic England|sit=historicengland.org.uk|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> Fl-2019, is-Soċjetà ta' Arkwright kienet timpjega 100 ruħ fis-sit tal-Fabbriki ta' Cromford;<ref>{{Ċita web|url=https://www.cromfordmills.org.uk/about/|titlu=About Cromford Mills|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> in-nefqa għar-restawr sa dak iż-żmien kienet tlaħħaq it-£48 miljun.<ref>{{Ċita aħbar|data=2020-01-31|titlu=Inside the £130m ‘conservation challenge of the century’|url=https://www.ft.com/content/622816a8-3d1f-11ea-a01a-bae547046735|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> === Mużewijiet === * Il-Fabbrika ta' Masson ta' Richard Arkwright issa hija mużew operattiv tat-tessuti bl-ikbar kollezzjoni ta' ċombini u rkiekel fid-[[Id-Dinja|dinja]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.derwentvalleymills.org/history/key-sites/62-masson-mill|titlu=Masson Mill|data=2011-09-27|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110927032035/http://www.derwentvalleymills.org/history/key-sites/62-masson-mill|arkivju-data=2011-09-27|url-status=dead}}</ref> * L-Impjant tal-Pompa ta' Leawood issa huwa mużew operattiv li għadu jippompja l-ilma mill-Kanal ta' Derwent għal dak ta' Cromford; jiftaħ f'diversi tmiem il-ġimgħa partikolari. * F'Belper, filwaqt li l-biċċa l-kbira tas-sit ġie kkonvertit għal użi ta' negozji oħra, il-binja tal-Fabbrika tat-Tramuntana ta' Belper tospita ċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Wied ta' Derwent, li fih wirjiet ta' makkinarju u oġġetti oħra assoċjati mal-[[Storja|istorja]] tal-industrija tat-tessuti tal-Wied ta' Derwent.<ref>{{Ċita web|url=https://www.belpernorthmill.org.uk/|titlu=Strutts North Mill Museum Belper|sit=|lingwa=en-GB|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> * Fit-tarf nett tan-Nofsinhar tas-sit, il-Fabbrika tal-Ħarir ta' Lombe issa tospita l-Mużew Industrijali ta' Derby.<ref>{{Ċita web|url=http://www.derby.gov.uk/LeisureCulture/MuseumsGalleries/Derby_Industrial_Museum.htm|titlu=The Silk Mill|data=2009-02-21|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20090221113752/http://www.derby.gov.uk/LeisureCulture/MuseumsGalleries/Derby_Industrial_Museum.htm|arkivju-data=2009-02-21|url-status=dead}}</ref> Dan il-mużew għalaq fit-3 ta' April 2011 u baqa' magħluq għal iktar minn sentejn.<ref>{{Ċita web|url=http://www.thisisderbyshire.co.uk/news/Don-t-allow-valuable-museum-sacrificed/article-3268056-detail/article.html|titlu=Mużew|sit=archive.ph|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://archive.ph/20120527085009/http://www.thisisderbyshire.co.uk/news/Don-t-allow-valuable-museum-sacrificed/article-3268056-detail/article.html|arkivju-data=2012-05-27|url-status=dead}}</ref> * F'Ottubru 2013 inbeda programm biex tiġi pproġettata fabbrika tal-ħarir għas-seklu 21, li tinkorpora l-prinċipji tax-[[xjenza]], tat-teknoloġija, tal-inġinerija, tal-[[arti]] u tal-[[matematika]]. Il-mużew issa jiftaħ erbat ijiem fil-ġimgħa.<ref>{{Ċita web|url=http://www.derbymuseums.org/thesilkmill/|titlu=THE SILK MILL {{!}} Derby Museums|data=2013-12-10|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-10|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20131210221707/http://www.derbymuseums.org/thesilkmill/|arkivju-data=2013-12-10|url-status=bot: unknown}}</ref> * Il-Mużew Industrijali ta' Derby ingħata isem ġdid f'Novembru 2021 u sar il-Mużew tal-Manifattura. Jospita sensiela ta' wirjiet dwar l-istorja tal-Fabbriki tal-Wied ta' Derwent u l-kuntest usa' tal-manifattura.<ref>{{Ċita web|url=https://www.derbymuseums.org/museum-of-making/|titlu=Museum of Making {{!}} Derby Museums|sit=www.derbymuseums.org|data-aċċess=2023-01-10}}</ref> == Biblijografija == * Conrad Jr, James L. (January 1995), "Drive That Branch": Samuel Slater, the Power Loom, and the Writing of America's Textile History", Technology and Culture, 36 (1): 1–28. * Cooper, Brian (1983), Transformation of a Valley: The Derbyshire Derwent, [[Londra]]: Heinemann. * Derwent Valley Mills Partnership (2000), Nomination of the Derwent Valley Mills for inscription on the World Heritage List, Derwent Valley Mills Partnership. * Mason, J. J. (2004), "Strutt, Jedediah", Oxford Dictionary of National Biography (edizzjoni online), Oxford University Press. == Referenzi == [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]] [[Kategorija:Renju Unit]] [[Kategorija:Industrija]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fir-Renju Unit]] hh1w6gi05hbyu23vf72xodl515pawob Ethel Anderson 0 30536 330823 292961 2026-07-01T01:30:38Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330823 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ethel Campbell Louise Anderson''' (kunjomha xebba Mason; twieldet fis-16 ta' Marzu 1883 – mietet fl-4 ta' Awwissu 1958) kienet [[poeta]], saġġista, rumanziera u pittriċi [[Awstralja|Awstraljana]] tal-bidu tas-seklu 12. Hi kienet tikkunsidra lilha nnifisha l-iktar bħala poeta, iżda issa hija apprezzata l-iktar għall-istejjer ironiċi u interessanti tagħha.<ref>Adelaide, Debra (1988). ''Australian women writers: a bibliographic guide''. Australian literary heritage. [[Londra]]; Sydney: Pandora. ISBN <bdi>978-0-86358-148-9</bdi>.</ref> Anderson ġiet deskritta bħala "[[Kittieb|awtriċi]], artista, kummentatriċi tal-[[arti]] u emissarja tal-[[Moderniżmu]] ta' livell għoli".<ref>Harding, Lesley; Cramer, Sue (2010). ''Cubism & Australian Art''. Carlton, Victoria: The Miegunyah Press. p. 75. ISBN <bdi>978-0-522-85673-6</bdi>.</ref> == Ħajja == Ethel Anderson twieldet f'Lillington, subborg ta' Leamington, f'Warwickshire, l-[[Renju Unit|Ingilterra]], u kellha ġenituri mwielda l-Awstralja: [[Cyrus Mason]] u [[Louise Campbell]]. Hija twieldet fis-16 ta' Marzu 1883.<ref>Rutledge, Martha (1993). "Anderson, Ethel Campbell Louise (1883–1958)". ''Australian Dictionary of Biography''. Vol. 13. National Centre of Biography, Australian National University. ISSN 1833-7538.</ref> Il-familja tagħha ftit wara reġgħet marret tgħix fl-Awstralja u hi trabbiet f'[[Sydney]] fil-proprjetà ta' nannuha, Rangamatty, qrib Picton, New South Wales. Hi ngħatat l-[[edukazzjoni]] tagħha d-dar u fl-Iskola tal-Grammatika tal-Bniet tal-Knisja tal-Ingilterra f'Sydney (issa magħrufa bħala SCEGGS Darlinghurst).<ref>''Australian Verse: An Illustrated Treasury'', editjat minn Beatrice Davis, <nowiki>https://search.sl.nsw.gov.au/permalink/f/1ocrdrt/ADLIB110055838</nowiki> Library of New South Wales Press], 1996.</ref> Fit-8 ta' Ottubru 1904 hija żżewġet lill-Brigadier-Ġeneral [[Austin Thomas Anderson]] (1868-1949) f'Ahmednagar, [[Mumbai|Bombay]] fejn kienet akkumpanjatu fl-istazzjonament tiegħu. Fl-1907 kellhom lil binthom, Bethia.<ref>{{Ċita web|url=http://www.portrait.gov.au/people/ethel-anderson-1883/|titlu=Ethel Anderson, b. 1883|sit=National Portrait Gallery people|data-aċċess=2023-08-04}}</ref> Fil-bidu ta[[l-Ewwel Gwerra Dinjija]], ir-[[raġel]] tagħha ġie stazzjonat fi [[Franza]] u Anderson marret tgħix f'Cambridge, l-Ingilterra, fejn studjat it-tpinġija fil-Kulleġġ ta' Downing u wriet ftit mix-xogħol tagħha. Meta kienet tgħix l-Ingilterra (1914-1924), Edith Anderson ingħaqdet mal-Grupp ta' Cambridge u tħalltet ma' artisti bħal Sir [[William Rothenstein]]. Hi pittret l-affreski għall-knejjes Ingliżi u stabbiliet il-Klabb tal-Arti u tal-Artiġjanat għaż-Żgħażagħ ta' Worcestershire.<ref>{{Ċita web|url=https://www.daao.org.au/bio/ethel-anderson/biography/|titlu=Ethel Anderson :: biography at :: at Design and Art Australia Online|sit=www.daao.org.au|data-aċċess=2023-08-04|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230804061314/https://www.daao.org.au/bio/ethel-anderson/biography/|arkivju-data=2023-08-04|url-status=dead}}</ref> Anderson iktar 'il quddiem marret tgħix f'Worcestershire flimkien ma' żewġha. Meta dan tal-aħħar irtira mill-armata fl-1924, il-familja marret tgħix f'Turramurra, New South Wales, l-Awstralja. Mill-1927 il-Brigadier-Ġeneral Anderson sar segretarju ta' diversi Gvernaturi Statali. F'Sydney Ethel bdiet tappoġġa ferm lill-arti moderna u lill-pitturi Modernisti bħal [[Grace Cossington Smith]], [[Dorrit Black]], [[Roland Wakelin]] u [[Roy de Maistre]], billi kitbet dwar ix-xogħlijiet tagħhom, ospitat wirjiet f'darha, organizzat wirjiet f'postijiet oħra u fetħet diversi wirjiet. Hija kitbet artikli dwar l-arti moderna u dwar l-artisti Modernisti f'diversi pubblikazzjonijiet Awstraljani. Wirja tax-xogħol ta' Roland Wakelin ġiet ospitata f'darha. Fl-1930 neħħiet l-għamara kollha minn darha biex tospita wirja tal-pitturi ta' Wakelin. F'Turramurra, Ethel Anderson stabbiliet l-Unjoni tal-Pitturi tal-Affreski ta' Turramurra fl-1927. Ġiet mistoqsija mir-rettur tal-Knisja ta' San Ġakbu ta' Sydney tgħin iżżejjen il-Kappella tat-Tfal u hi ddisinjat skema ta' affreski għaliha li twettqet mill-grupp ta' artisti tagħha fl-1929.<ref>Speer, Anne. (1994). ''Anne Speer - Ethel Anderson: Pioneer Supporter of Sydney's Post-Impressionists, 1994''. State Library of New South Wales. MLMSS 5951.</ref> Fis-16 ta' Marzu 1932, fetħet il-wirja inawgurali taċ-Ċentru tal-Arti Moderna stabbilit minn Dorrit Black f'Margaret Street, Sydney, biex tgħallem u tippromwovi l-ideat [[Kubiżmu|Kubisti]] li Black kienet tgħallmet matul il-vjaġġ ta' studju tagħha fi Franza. Anderson kitbet ukoll dwar ix-xogħol ta' artisti kontemporanji għal rivisti bħal ''Art in Australia'' u ''Home'', filwaqt li l-poeżiji u l-istejjer tagħha ġew ippubblikati f'''The Spectator'', ''Punch'', ''Cornhill Magazine'', ''The Atlantic Monthly'', ''The Sydney Morning Herald'' u ''The Bulletin''. Il-poeżija tagħha kienet influwenzata mill-għarfien li kellha dwar il-letteratura Franċiża u x-xogħol tal-Moderniżmu, bi sperimentazzjoni formali u metrika konsiderevoli. Il-poeżija tagħha ''The Song of Hagar'' saret [[mużika]] permezz ta' [[John Antill]]. Il-[[mewt]] tar-raġel tagħha fl-1949 kienet tfisser li kellha ssostni lilha nnifisha, u hija għamlet dan permezz tal-kitba tagħha, u kkonvertiet l-ewwel rumanz tagħha ''At Parramatta'' f'sensiela f'''The Bulletin''. Hija mietet fl-4 ta' Awwissu 1958 f'Sydney. == Xogħlijiet == '''[[Poeżija]]''' * ''Squatter's Luck and Other Poems'' (1942) * ''Sunday At Yarralumla: A Symphony'' (1947) * ''The Song of Hagar to the Patriarch Abraham'' (1957) '''Nonfizzjoni''' * ''Adventures In Appleshire'' (1944) * ''Timeless Garden'' (1945) * ''Joy of Youth: The Letters of Patrick Hore-Ruthven'' (1950, ed.) '''Fizzjoni''' * ''Indian Tales'' (1948) * ''At Parramatta'' (1956) * ''The Little Ghosts'' (1959) * ''The Best of Ethel Anderson'' (1973, ed. minn J. D. Pringle) '''[[Pittura]]''' * Affreski fil-[[Kappella]] tat-Tfal tal-Knisja ta' San Ġakbu, Sydney (flimkien ma' oħrajn) == Biblijografija == * Adelaide, Debra (1986) ''Australian Women Writers: A Bibliographic Guide'', [[Londra]], Pandora. * Foott, Bethia, ''Ethel and the Governors' General, a biography of Ethel Anderson (1883-1958) and Brigadier-General A.T. Anderson (1868-1949)'', Rainforest, NSW. * E. Morris Miller & Frederick T. Macartney (1956), ''Australian Literature'', Angus and Robertson, Sydney, p. 37. * Speer, Anne (1994) ''Ethel Anderson: pioneer supporter of Sydney's Post-Impressionists''. * William H. Wilde, Joy Hooton & Barry Andrews (1986) ''The Oxford Companion to Australian Literature'', OUP, Melbourne, p. 25. == Referenzi == {{DEFAULTSORT:Anderson, Ethel}} [[Kategorija:Poeti Awstraljani]] [[Kategorija:Kittieba Awstraljani]] [[Kategorija:Twieldu fl-1883]] [[Kategorija:Mietu fl-1958]] e0svmdw86hai14wvz50bcwwv6vzuyw4 Trondheim 0 32446 330830 314989 2026-07-01T07:25:56Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330830 wikitext text/x-wiki {{Infobox city|name=Trondheim}} '''Trondheim''' {{MSAPI|/ˈtrɔ̂nː(h)æɪm/}} , ''Tråante'' fin-Nofsinhar ''tas'' -Sámi ), qabel '''Nidaros''' ( '''Nidrosie''' bil-Franċiż), hija belt u muniċipalità [[Norveġja|Norveġiża]] li tinsab fil- Kontea ta' Trøndelag, li tagħha tikkostitwixxi ċ-ċentru amministrattiv. Kellha {{nombre|198219|habitants}} fi{{Data|1 octobre 2019}} għal erja ta’ {{unité|342|km|2}} . Trondheim, li tinsab ġeografikament fin-nofs tal-pajjiż, hija t-tielet l-akbar belt fin [[Norveġja|-Norveġja]] wara [[Oslo]] u [[Bergen (Norveġja)|Bergen]] . Hija dar għal università ewlenija, l- Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija . Il-gazzetta lokali, ''Addressavisen'', imwaqqfa fl- 1767, hija l-eqdem gazzetta ta' kuljum tan-Norveġja li għadha taħdem. == Ġeografija == Trondheim tinsab fil-bokka tan-Nidelva li tgħaddi fit-Trondheimsfjord, u tifforma port b'post protett. Ix-xmara kienet ta’ fond biżżejjed għall-biċċa l-kbira tal-bastimenti fil-Medju Evu. Fluss ta’ tajn u ġebel ikkumplikat in-navigazzjoni u għamel parti mill-port inutilizzabbli f’nofs is-seklu 17. [[Stampa:Nidelva-Trondheim-foliage.JPG|alt=Il-banek tal-Nidelva fil-ħarifa.|nofs|daqsminuri|Il-banek tal-Nidelva fil-ħarifa.]] L-ogħla punt tal-muniċipalità hija l-għoljiet Storheia b'altitudni ta '565 metru. Fis-solstizju tas-sajf, ix-xemx titla’ fit-3 a.m. u tinżel fil-11:40 p.m., tibqa’ eżatt taħt l-orizzont. M'hemm l-ebda dlam totali mill-20 ta' Mejju sal-20 ta' Lulju. Fis-solstizju tax-xitwa, ix-xemx titla’ fl-10 a.m., tibqa’ baxxa ħafna fuq l-orizzont u tinżel fis-2:30 p.m. == Trasport == '''Trasport bit-triq''' [[Stampa:Byggingen av den nye firefeltsveien på Tiller i Trondheim 2017 (04).jpg|alt=L-E6 fin-Nofsinhar ta' Trondheim.|nofs|daqsminuri|L-E6 fin-Nofsinhar ta' Trondheim.]] Il-belt tinqasam mir-rotta Ewropea 6, u tinsab fit-tmiem tar-rotot 14 u 39. L-E14 bbenefikat fl-2011 minn għajnuna mill-Ewropa (Interreg, l-hekk imsejjaħ proġett "Green Highway") għal tagħmir fuq 400 km bejn Trondheim u Sundsvall ta’ stazzjonijiet ta’ servizz li jippermettu l-iċċarġjar elettriku (elettriku rinnovabbli u nadif biss, prinċipalment ta’ oriġini idroelettrika), bijogass, bijodiżil u etanol. Il-belt ta’ Trondheim mgħammra lilha nnifisha b’vetturi “ħodor” li jistgħu jibbenefikaw minn dan in-netwerk. '''Arja''' Trondheim għandha ajruport internazzjonali, Trondheim Værnes, li jinsab fi Stjørdal. Hija r-raba’ fil-pajjiż f’termini ta’ traffiku tal-passiġġieri. '''Ferrovija''' [[Stampa:Trondheim tram 1.jpg|alt=Tramm li jivvjaġġa fi Trondheim.|nofs|daqsminuri|Tramm li jivvjaġġa fi Trondheim.]] Il-linji ferrovjarji ewlenin huma dawk li jwasslu lejn it-tramuntana (il-linja Nordlandsbanen li twassal għal Mo i Rana mill-1942, Fauske mill-1958 u Bodø mill-1962), lejn il-lvant li jwasslu għall-Isvezja permezz ta’ Storlien (linja Meråkerbanen, miftuħa mill-1882), u żewġ linji interni li jwasslu għall- nofsinhar u Oslo (bil-Rørosbanen mill-1877 u Dovrebanen mill-1921). '''Baħar''' Il-vapuri tal-espress kostali (Hurtigruten) li jagħmel il-konnessjoni bil-baħar minn [[Bergen (Norveġja)|Bergen]] sa Kirkenes tul il-kosta jieqfu fi Trondheim. Ħafna bastimenti tal-kruċieri jagħmlu l-istess matul l-istaġun tas-sajf. == Storja == Ir-reġjun ilu okkupat għal eluf ta 'snin, kif jixhdu l-petroglifi tan-Norveġja ċentrali (kulturi Nøstvet u Lihult u kultura ta' oġġetti b'wajer). Il-belt twaqqfet mir-re Viking Olaf Tryggvason fl-997 u semmiet Nidaros: "il-bokka tal-Bejta" (il-Bejta huwa l-isem tax-xmara Nidelva). Is-sit intgħażel minħabba l-kundizzjonijiet favorevoli tiegħu, kemm għall-installazzjoni ta’ port kif ukoll għad-difiża tal-post. [[Stampa:Nidarosdom 1857.jpg|alt=Il-katidral fl-1857, qabel il-bidu tax-xogħol ta 'rikostruzzjoni fl-1869.|nofs|daqsminuri|Il-katidral fl-1857, qabel il-bidu tax-xogħol ta 'rikostruzzjoni fl-1869.]] Ir-reġjun imbagħad kien iddominat mill-jarls qawwija ta 'Hlaðir, li d-dominju tagħhom estiż fuq Trøndelag u li ħakmu minn Lade, illum distrett tal-belt ta' Trondheim. Fi żminijiet tal-qedem, ir-rejiet tan-Norveġja ġew ipproklamati fi Trondheim fl-Øretinget, il-post tal-laqgħa tal-irġiel ħielsa kollha, fil-bokka tan-Nidelva. Harald I (865–933), l-ewwel sultan tan-Norveġja, ġie pproklamat sultan hemmhekk, kif kien ibnu Håkon I. Oriġinarjament użata bħala post militari, il-belt kienet dar għat-tron tar-re u kienet il-kapitali tan-Norveġja sal-1217. Leif Ericson, iben Erik l-Aħmar, probabbilment l-ewwel Ewropew li żbarka fl-Amerika ta’ Fuq, għex fi Trondheim madwar is-sena 1000 bħala membru tal-gwardja tar-Re Olaf. Il-Battalja ta’ Kalvskinnet seħħet fi Trondheim fl-1179: ir-Re Sverre tan-Norveġja u l-ġellieda tiegħu għelbu lil Erling Skakke, rivali għat-tron. Fl-1349, il-Mewt l-Iswed laqtet il-belt, u qatlet żewġ terzi tal-popolazzjoni tagħha. Imsemmija mill-ġdid Trondheim ("Residenza ta' Trond") fl-aħħar tal-Medju Evu, il-belt ilha s-sede tal-Arċisqof ta' Nidaros mill-1152. Bl-introduzzjoni tal-Protestantiżmu Luteran fl-1537, l-aħħar arċisqof, Olav Engelbrektsson, kellu jaħrab lejn il- L-Olanda Kattolika fejn miet fil-belt Belġjana attwali ta’ Lier fl-1538. [[Stampa:Munkholmen2.jpg|alt=Ħallihom fortizza Munkholmen.|nofs|daqsminuri|Ħallihom fortizza Munkholmen.]] Mibnija l-aktar mill-injam, il-belt inħarbat maż-żmien minn nirien kbar li laqtu l-belt fl-1598, 1651, 1681, 1708, 1717 (darbtejn), 1742, 1788, 1841 u 1842. In-nar tal-1651 kien l-aktar devastanti. , peress li n-nar qered 90% tal-bini fil-limiti tal-belt. Dan id-diżastru wassal għal rikostruzzjoni kważi totali ta’ Trondheim. Ix-xogħol isir taħt is-superviżjoni tal-Ġeneral Johan Caspar von Cicignon, suldat oriġinarjament mill-Lussemburgu, fis-servizz tar-Renju tad-Danimarka u n-Norveġja. Toroq wesgħin, bħall-Munkegaten tal-lum, jinfetħu biex jipprevjenu t-tixrid tan-nirien fil-futur. Wara t-Trattat ta' Roskilde fl-1658, Trondheim u Trøndelag kollha daħlu fil-qosor taħt il-ħakma Svediża, iżda ġew ritornati lin-Norveġja fit-Trattat ta' Kopenħagen fl-1660<ref>{{Ċita web|url=http://www.trondheim.no/content.ap?thisId=519505|titlu=3Trondheim - the official website - Coat of Arms|data=2008-12-08|sit=web.archive.org|data-aċċess=2024-08-06|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20081208055210/http://www.trondheim.no/content.ap?thisId=519505|arkivju-data=2008-12-08|url-status=bot: unknown}}</ref>. Matul it-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], il-belt kienet okkupata mid-9 ta’ April 1940, l-ewwel jum tal-invażjoni tan-Norveġja, sat-tmiem tal-gwerra. Il-Ġermaniżi bnew bażi navali hemmhekk, Dora, li laqgħet it-13-il flottilla taħt il-baħar bejn Ġunju 1943 u Mejju 1945. Minħabba l-post strateġiku favorevoli tagħha, [[Adolf Hitler|Hitler]] ikkunsidra li jwaħħal il-belt mar-Reich u talab lill-perit tagħha Albert Speer biex ifassal pjanijiet għall- l-akbar bażi navali Ġermaniża, li tkun tinkludi, minbarra t-tarzni u l-baċiri, akkomodazzjoni għal 250,000 Ġermaniż. == Edukazzjoni == Fost il-11-il skola sekondarja tal-belt, it-Trondheim katedralskole, imwaqqfa fl-1152, hija l-eqdem ta’ dan il-livell fin-Norveġja, filwaqt li l-Brundalen videregående skole hija dik ewlenija fir-reġjun ta’ Sør-Trøndelag (li saret Trøndelag mir-riforma territorjali tal-2018) . Trondheim hija dar għall-Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija (Norges Teknisk-Naturvitenskapelige Universitet jew NTNU) li fl-2016 assorbiet l-Iskola Ogħla Sør-Trøndelag (Høgskolen i Sør-Trøndelag jew HiST)<ref>{{Ċita web|url=https://www.sintef.no/en/sintef-group/this-is-sintef/|titlu=About SINTEF - Applied research, technology and innovation|sit=SINTEF|lingwa=en|data-aċċess=2024-08-06}}</ref>. [[Stampa:Hovedbygget ntnu.jpg|alt=Il-bini ewlieni tal-Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija.|nofs|daqsminuri|Il-bini ewlieni tal-Università Norveġiża tax-Xjenza u t-Teknoloġija.]] Dan il-kumpless universitarju jilqa’ 41,970 student fl-2019, li ġejjin minn madwar il-pajjiż u minn barra. Għadd minnhom joqogħdu fir-raħal tal-istudenti ta’ Steinan<ref>{{Ċita web|url=https://www.regjeringen.no/no/dokumenter/sammenslaing-av-ntnu-hogskolen-i-sor-trondelag-hogskolen-i-gjovik-og-hogskolen-i-alesund/id2423958/|titlu=Sammenslåing av NTNU, Høgskolen i Sør-Trøndelag, Høgskolen i Gjøvik og Høgskolen i Ålesund|kunjom=Kunnskapsdepartementet|data=2015-06-19|sit=Regjeringen.no|lingwa=nb-NO|data-aċċess=2024-08-06}}</ref>. [[SINTEF]], l-akbar ċentru ta’ riċerka indipendenti fl-Iskandinavja, jiġbor flimkien aktar minn 2,000 impjegat, inklużi 1,400 fi Trondheim. L-Iskola Royal Norwegian Air Force tinsab ukoll fi Trondheim. == Sport == '''Futbol''' Il-klabb ewlieni tal-futbol tal-belt huwa Rosenborg BK li huwa wkoll l-aktar klabb ta' suċċess tan-Norveġja u jikkompeti regolarment fil-[[UEFA Champions League]]. '''Sport tax-xitwa''' Il-prattika tal-isports tal-bord hija mifruxa ħafna fi Trondheim. Hemm traċċi ta' ski cross-country f'Bymarka u ski jump fi Granåsen. Huwa wkoll possibbli li tinżel skiing f'Vassfjellet. Trondheim ospitat il-Kampjonati tad-Dinja tal-Iski Nordiku fl-1997. Il-belt tospita regolarment stadju tat-tazza tad-dinja tal-qbiż bl-iski. F'Marzu 2007, Tromsø intgħażlet fuq Trondheim biex tkun l-offerta tan-[[Norveġja]] biex tospita l-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2018<ref>{{Ċita aħbar|titlu=Finner du ikke det du leter etter?|url=http://www.idrett.no/t2.aspx?p=65242&x=1&a=194496|lingwa=nb-NO|data-aċċess=2024-08-06|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20090201180151/http://www.idrett.no/t2.aspx?p=65242&x=1&a=194496|arkivju-data=2009-02-01|url-status=dead}}</ref>. == Kultura u patrimonju == Ħafna miċ-ċentru tal-belt huwa magħmul minn ħwienet żgħar speċjalizzati. Xi ċentri tax-xiri jeżistu wkoll madwar Nordre gate u Olav Tryggvasons gate toroq. Fl-aħħar tas-snin disgħin, iż-żona ta' madwar il-baċiri niexfa u t-tarzni ta' qabel ta' Trondhjems mekaniske Værksted fid-distrett ta' Nedre Elvehavn, li llum m'għadhiex taħdem, ġiet rinnovata u mibdula f'żona residenzjali u kummerċjali. '''Postijiet u monumenti''' [[Stampa:Nidarosdomen.jpg|alt=Katidral ta’ Nidaros.|nofs|daqsminuri|Katidral ta’ Nidaros.]] Fost il-monumenti ta’ Trondheim l-aktar magħruf huwa l-hekk imsejjaħ “Nidaros Cathedral”, monument ewlieni tal-arkitettura Gotika fin-Norveġja. Inbniet fl-1070 u rrestawrat fl-1814. Kien l-aktar post importanti ta’ pellegrinaġġ fl-Iskandinavja fil-Medju Evu u għadu jospita l-inkurunazzjoni tar-rejiet tan-Norveġja llum. Ħdejn il-katidral hemm il-Palazz tal-Arċisqof fejn jinżammu l-ġojjelli tal-kuruna tan-Norveġja. Il-Fortizza Kristiansten, mibnija fl-1681-1684, tiddomina ċ-ċentru minn fuq għoljiet tal-belt. Hija rrepeltat invażjoni Svediża fl-1718 iżda ġiet demobilizzata fl-1816 mill-Prinċep Reġent Charles John. Statwa ta’ Olav Tryggvason, il-fundatur tal-belt, tinsab fil-pjazza ċentrali ta’ Trondheim, fuq obelisk. Il-bażi tal-istatwa fiha wkoll arloġġ tax-xemx. Statwa ta’ Leif Erikson tinsab fuq ix-xatt, ħdejn il-bini antik tad-dwana. L-istatwa hija replika tal-oriġinali li tinsab fil-Port ta’ [[Seattle]]. Fl-1997, inbniet statwa ħdejn Museumsplass bħala ġieħ lil Cissi Klein, tfajla tal-iskola maqtula f’[[Auschwitz]] fl-1943<ref>{{Ċita web|url=https://trondheim.com/|titlu=Trondheim City|sit=trondheim.com|lingwa=en|data-aċċess=2024-08-06|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20240804043733/https://www.trondheim.com/|arkivju-data=2024-08-04|url-status=dead}}</ref>. Il-gżira ta’ [[Munkholmen]], li tinsab faċċata tal-port, hija żona turistika u ta’ divertiment. Darba serva bħala sit ta’ eżekuzzjoni, monasteru, fortizza, ħabs u bażi kontra l-ajruplani matul it-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]]. [[Stampa:Oldbridgetrondheim.jpg|alt=Il-pont il-qadim jew Gamle Bybro.|nofs|daqsminuri|Il-pont il-qadim jew ''Gamle Bybro''.]] Il-Palazz Stiftsgården, oriġinarjament mibni fl-1774, bil-140 kamra tiegħu fuq 4,000 m2 huwa wieħed mill-akbar kostruzzjonijiet tal-injam fit-Tramuntana tal-Ewropa. Hija serviet bħala residenza rjali mill-1800. Fl-aħħarnett, Dora hija bażi preċedenti Ġermaniża li kienet tospita t-13. Unterseebootsflottille, flottilla sottomarina, matul it-Tieni Gwerra Dinjija matul l-okkupazzjoni tan-Norveġja. Illum, il-bunkers fihom bosta arkivji, notevolment dawk tal-belt u tal-università. Riċentement, il-bażi ospitat ukoll kunċerti. == Ġemellaġġ == * {{Flagicon|GER}} [[Darmstadt]] ([[Ġermanja]]) ; * {{Flagicon|SCO}} [[Dunfermline]] ([[Skozja]], [[Renju Unit]]) ; * {{Flagicon|AUT}} [[Graz]] ([[Awstrija]]) ; * {{Flagicon|FRO}} [[Klaksvík]] ([[Gżejjer Faroe]]) ; * {{Flagicon|ISL}} [[Kópavogur]] ([[Iżlanda]]) ; * {{Flagicon|SWE}} [[Norrköping]] ([[Żvezja]]) ; * {{Flagicon|DEN}} [[Odense]] ([[Danimarka]]) ; * {{Flagicon|ISR}} [[Petah Tikva]] ([[Iżrael]]) ; * {{Flagicon|PLE}} [[Ramallah]] ([[Palestina]]) ; * {{Flagicon|CRO}} [[Split]] ([[Kroazja]]) ; * {{Flagicon|FIN}} [[Tampere]] ([[Finlandja]]) ; * {{Flagicon|MDA}} [[Tiraspol]] ([[Moldova]]) ; * {{Flagicon|USA}} [[Vallejo]] ([[Stati Uniti]]). == Referenza == 87nywopdcmn7pyt8eoh7iyujkc5fagk Torri ta' Xutu 0 32478 330829 310874 2026-07-01T07:18:12Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330829 wikitext text/x-wiki {{Databox}} It-'''Torri ta' Xutu''', magħrufa wkoll bħala t-'''Torru ta' Xuta''' jew it-'''Torri ta' Wied iż-Żurrieq''', huwa [[torri tal-għassa]] żgħir fil-[[Qrendi]], [[Malta]]. Il-bini tiegħu tlesta fl-1638 bħala l-ħames [[Torrijiet ta' Lascaris|torri ta' Lascaris]]. Fit-tieni deċenzju tas-seklu 21, it-torri ġie restawrat minn [[Din l-Art Ħelwa]]. == Storja == It-Torri tas-Xuru inbena bejn l-1637 u l-1638 f'Wied iż-Żurrieq, u jinsab fil-konfini tal-Qrendi, fuq is-sit ta' post ta' għassa medjevali.<ref>{{Ċita rivista|kunjom1=Zammit|isem1=Vincent|sena=1984|titlu=Fortifications in the Middle Ages|rivista=Civilization|lingwa=en|volum=1|post=Malta|pubblikatur=PEG Ltd|paġni=33}}</ref> Huwa serva bħala l-prototip għat-[[Torrijiet ta' de Redin|torrijiet De Redin]], li nbnew bejn l-1658 u 1659.<ref>{{Ċita web|url=http://afm.gov.mt/file.aspx?f=496|titlu=The De Redin Tower|isem=David P.|awtur=Attard|sit=[[Armed Forces of Malta]]|url-status=live|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150531095315/http://afm.gov.mt/file.aspx?f=496|arkivju-data=31 May 2015}}</ref> Wara li l-Ingliżi ħadu Malta f'idejhom fl-1800, it-Torri ta' Xutu baqa' jintuża u kien immexxi mir-[[Royal Malta Fencible Regiment]] u aktar tard mir-[[Royal Malta Fencible Artillery]]. Kien ġie abbandunat fl-1873 iżda kien immexxi mill-Pulizija tal-Kosta għal darb'oħra matul [[it-Tieni Gwerra Dinjija]]. It-torri sussegwentement intuża bħala għassa tal-pulizija sal-2002. Kanun oriġinali, minn żmien l-Ordni, għadu jinsab fuq il-bejt tat-torri. == Illum == [[Stampa:Torri_ta’_Xutu_2009.JPG|daqsminuri| It-torri, kif jidher mil-lvant]] F'Marzu tal-2013, il-Gvern ta' Malta għadda l-konservazzjoni ta' dan it-torri lil [[Din l-Art Ħelwa]] għal perjodu ta' 10 snin.<ref>{{Ċita aħbar|data=6 March 2013|titlu=Din l-Art Helwa to manage Wied iż-Żurrieq Tower|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20130306/local/din-l-art-helwa-to-manage.460364|pubblikazzjoni=[[Times of Malta]]|data-aċċess=20 April 2014}}</ref> F’Settembru tal-2014, it-torri u l-inħawi tal-madwar tnaddaf mill-iskart u l-fdalijiet mill-voluntiera ta’ Din l-Art Ħelwa kif ukoll mill-Iscouts tal-Qrendi.<ref>{{Ċita aħbar|data=7 September 2014|titlu=Wied iz Zurrieq tower gets much-needed clean-out|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20140907/local/wied-iz-zurrieq-tower-gets-much-needed-clean-out.534755|pubblikazzjoni=[[Times of Malta]]|data-aċċess=16 September 2014}}</ref> It-torri għadda minn konservazzjoni ta' restawr sal-2016, u ġie inawgurat u miftuħ għall-pubbliku fl-2019.<ref>{{Ċita web|url=http://corporate.maltairport.com/en/corporate-social.htm|titlu=Corporate Responsibility|sit=Malta International Airport|data-aċċess=17 May 2015|url-status=dead|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150408055653/http://corporate.maltairport.com/en/corporate-social.htm|arkivju-data=8 April 2015}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://dinlarthelwa.org/news/ta-xutu-tower-in-wied-iz-zurrieq-is-restored-and-open-for-visitors/|titlu=TA' XUTU TOWER IN WIED IŻ-ŻURRIEQ IS RESTORED AND OPEN FOR VISITORS|data=25 July 2019|sit=Din l-Art Ħelwa|data-aċċess=22 March 2020|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20200322160642/https://dinlarthelwa.org/news/ta-xutu-tower-in-wied-iz-zurrieq-is-restored-and-open-for-visitors/|arkivju-data=22 March 2020|url-status=dead}}</ref> == Referenzi == {{Referenzi}} == Ħoloq esterni == * [https://web.archive.org/web/20160124145008/http://www.culturalheritage.gov.mt/filebank/inventory/Knights%20Fortifications/1388.pdf Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin] {{Torrijiet tal-Għassa Storiċi ta' Malta}} [[Kategorija:Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin]] [[Kategorija:Torrijiet ta' Lascaris]] [[Kategorija:Qrendi]] 478n6tp3i7bmi7bngl69r3reabqlv1f Ċiru l-Kbir 0 34495 330813 330812 2026-06-30T12:48:37Z Trigcly 17859 added [[Category:Monarki]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330813 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] 0hzmxpghdfxd9657obwp4kuegweh5wn 330814 330813 2026-06-30T12:48:53Z Trigcly 17859 added [[Category:Persja]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330814 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Persja]] 06r2avfh7tsfsi1v1o7r5uyhmcg8x5i 330815 330814 2026-06-30T12:49:23Z Trigcly 17859 removed [[Category:Persja]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330815 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] 0hzmxpghdfxd9657obwp4kuegweh5wn 330816 330815 2026-06-30T12:49:32Z Trigcly 17859 added [[Category:Iran]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330816 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] h9njgbsumdai55iebyr1ksxyhu5gvr6 330817 330816 2026-06-30T12:49:47Z Trigcly 17859 added [[Category:Twieldu fis-600 Q.K.]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330817 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] pfweamsqd3uo2hbfbzv9gznn6jlunxk 330818 330817 2026-06-30T12:50:01Z Trigcly 17859 added [[Category:Mietu fil-530 Q.K.]] using [[Help:Gadget-HotCat|HotCat]] 330818 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== In the 19th century, a number of prominent Indian Muslim scholars began theorizing that Ċiru l-Kbir is the individual mentioned in the Quran by the name Dhu al-Qarnayn, who is described as travelling west and east (towards the "setting and rising places of the Sun") and erecting a large barrier to separate a troubled people from "Ya'juj and Ma'juj" in exchange for tribute, with this barrier destined to keep them sealed until their release signals the end of the world and the Day of Judgement. It was first promoted by Syed Ahmad Khan (1817–1898) and then by Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), subsequently generating wider acceptance among some Muslim communities over the years. This theory had been proposed in 1855 by the German philologist Gustav Moritz Redslob [de], but it was largely dismissed in the Western world. Most Western scholars of religion have instead lent credence to more popular theories in traditional Islamic mythology that identify Dhu al-Qarnayn as either the Greek king Alexander the Great or a certain pre-Islamic Arabian king. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] [[Kategorija:Mietu fil-530 Q.K.]] 0hqhch0p6bxq1komsczstswrtwnxcn4 330819 330818 2026-06-30T12:57:37Z Trigcly 17859 /* Allużjoni teorika fl-iskrittura Iżlamika */ 330819 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]]. Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K. Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]]. Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem. B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija, huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod. Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]]. Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż. == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== Fis-seklu 19, għadd ta' studjużi Musulmani Indjani prominenti bdew joħorġu b'teoriji li Ċiru l-Kbir huwa l-individwu msemmi fil-[[Koran]] bħala Dhu al-Qarnayn, li jiġi deskritt bħala wieħed li jivvjaġġa lejn il-Punent u lejn il-Lvant (lejn il-"postijiet fejn tinżel u titla' x-xemx") u jtella' barriera kbira li tissepara poplu mħasseb minn "Ya'juj u Ma'juj" għall-ħlas ta' tribut, u din il-barriera donnha kienet destinata li żżommhom issiġillati sal-ħelsien tagħhom li jservi bħala sinjal ta' tmiem id-dinja u Jum il-Ħaqq. Din it-teorija ġiet promossa għall-ewwel darba minn Syed Ahmad Khan (1817–1898) u mbagħad minn Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), u sussegwentement iġġenerat aċċettazzjoni usa' fost xi komunitajiet Musulmani matul is-snin. Din it-teorija ġiet proposta fl-1855 mill-filologu Ġermaniż [[Gustav Moritz Redslob]], iżda fil-biċċa l-kbira ma ntlaqgħetx fid-dinja tal-Punent. Il-maġġoranza tal-istudjużi tal-Punent tar-reliġjon minflok appoġġaw teoriji iktar popolari fil-mitoloġija Iżlamika tradizzjonali li jidentifikaw lil Dhu al-Qarnayn jew bħala r-re Grieg Alessandru Manju jew ċertu re [[Għarab|Għarbi]] pre-Iżlamiku. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] [[Kategorija:Mietu fil-530 Q.K.]] 31vmds7crobbtpxww9rofeykkxv7ipe 330820 330819 2026-06-30T13:03:05Z Trigcly 17859 żieda referenzi 330820 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]].<ref>Schmitt, Rüdiger (1983). "Achaemenid dynasty". ''Encyclopaedia Iranica''. Vol. 3. Londra: Routledge.</ref> Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K.<ref>Beckwith, Christopher I. (2009). ''Empires of the Silk Road''. Princeton University Press. p. 63. ISBN <bdi>978-0-691-13589-2</bdi>.</ref> Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]].<ref>Bassett, Sherylee R. (1999). "The Death of Cyrus the Younger". ''The Classical Quarterly''. '''49''' (2): 473–483. doi:10.1093/cq/49.2.473. ISSN 0009-8388. JSTOR 639872. <nowiki>PMID 16437854</nowiki>.</ref> Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem.<ref>Dandamayev, Muhammad A. (1993). "Cyrus iii. Cyrus II The Great". ''Encyclopaedia Iranica, Vol. IV, Fasc. 7''. pp. 516–521.</ref> B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija,<ref>{{Ċita web|url=http://www.livius.org/men-mh/messiah/messiah_04.html|titlu=Messiah (4): From Josiah to Cyrus|kunjom=Lendering|isem=Jona|sit=www.livius.org|data-aċċess=2026-06-30}}</ref> huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod.<ref>{{Ċita web|url=http://members.bib-arch.org/publication.asp?PubID=BSBR&Volume=19&Issue=5&ArticleID=3|titlu=Cyrus the Messiah {{!}} The BAS Library|kunjom=The Biblical Archaeology Society|sit=members.bib-arch.org|lingwa=en|data-aċċess=2026-06-30}}</ref> Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]].<ref>Curtis, Vesta Sarkhosh; Stewart, Sarah (2005). ''Birth of the Persian Empire''. I. B. Tauris. p. 7. ISBN <bdi>978-1-84511-062-8</bdi>.</ref><ref>Kuhrt, Amelie (3 December 2007). ''The Persian Empire: A Corpus of Sources from the Achaemenid Period''. Routledge. p. 47. ISBN <bdi>978-1-134-07634-5</bdi>.</ref><ref>Holliday, Shabnam J. (2011). ''Defining Iran: Politics of Resistance''. Ashgate. pp. 38–40. ISBN <bdi>978-1-4094-0524-5</bdi>.</ref> Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż.<ref>Llewellyn-Jones, Lloyd (2017). "The Achaemenid Empire". In Daryaee, Touraj (ed.). ''King of the Seven Climes: A History of the Ancient Iranian World (3000 BC – 651 CE)''. UCI Jordan Center for Persian Studies. p. 67. ISBN <bdi>978-0-692-86440-1</bdi>.</ref> == [[Etimoloġija]] == L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== Fis-seklu 19, għadd ta' studjużi Musulmani Indjani prominenti bdew joħorġu b'teoriji li Ċiru l-Kbir huwa l-individwu msemmi fil-[[Koran]] bħala Dhu al-Qarnayn, li jiġi deskritt bħala wieħed li jivvjaġġa lejn il-Punent u lejn il-Lvant (lejn il-"postijiet fejn tinżel u titla' x-xemx") u jtella' barriera kbira li tissepara poplu mħasseb minn "Ya'juj u Ma'juj" għall-ħlas ta' tribut, u din il-barriera donnha kienet destinata li żżommhom issiġillati sal-ħelsien tagħhom li jservi bħala sinjal ta' tmiem id-dinja u Jum il-Ħaqq. Din it-teorija ġiet promossa għall-ewwel darba minn Syed Ahmad Khan (1817–1898) u mbagħad minn Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), u sussegwentement iġġenerat aċċettazzjoni usa' fost xi komunitajiet Musulmani matul is-snin. Din it-teorija ġiet proposta fl-1855 mill-filologu Ġermaniż [[Gustav Moritz Redslob]], iżda fil-biċċa l-kbira ma ntlaqgħetx fid-dinja tal-Punent. Il-maġġoranza tal-istudjużi tal-Punent tar-reliġjon minflok appoġġaw teoriji iktar popolari fil-mitoloġija Iżlamika tradizzjonali li jidentifikaw lil Dhu al-Qarnayn jew bħala r-re Grieg Alessandru Manju jew ċertu re [[Għarab|Għarbi]] pre-Iżlamiku. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] [[Kategorija:Mietu fil-530 Q.K.]] d6rzws9zwnwijcuo5cavtdtjwdrini2 330821 330820 2026-06-30T13:35:20Z Trigcly 17859 żieda stampi 330821 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]].<ref>Schmitt, Rüdiger (1983). "Achaemenid dynasty". ''Encyclopaedia Iranica''. Vol. 3. Londra: Routledge.</ref> Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K.<ref>Beckwith, Christopher I. (2009). ''Empires of the Silk Road''. Princeton University Press. p. 63. ISBN <bdi>978-0-691-13589-2</bdi>.</ref> Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]].<ref>Bassett, Sherylee R. (1999). "The Death of Cyrus the Younger". ''The Classical Quarterly''. '''49''' (2): 473–483. doi:10.1093/cq/49.2.473. ISSN 0009-8388. JSTOR 639872. <nowiki>PMID 16437854</nowiki>.</ref> Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem.<ref>Dandamayev, Muhammad A. (1993). "Cyrus iii. Cyrus II The Great". ''Encyclopaedia Iranica, Vol. IV, Fasc. 7''. pp. 516–521.</ref> B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija,<ref>{{Ċita web|url=http://www.livius.org/men-mh/messiah/messiah_04.html|titlu=Messiah (4): From Josiah to Cyrus|kunjom=Lendering|isem=Jona|sit=www.livius.org|data-aċċess=2026-06-30}}</ref> huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod.<ref>{{Ċita web|url=http://members.bib-arch.org/publication.asp?PubID=BSBR&Volume=19&Issue=5&ArticleID=3|titlu=Cyrus the Messiah {{!}} The BAS Library|kunjom=The Biblical Archaeology Society|sit=members.bib-arch.org|lingwa=en|data-aċċess=2026-06-30}}</ref> Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]].<ref>Curtis, Vesta Sarkhosh; Stewart, Sarah (2005). ''Birth of the Persian Empire''. I. B. Tauris. p. 7. ISBN <bdi>978-1-84511-062-8</bdi>.</ref><ref>Kuhrt, Amelie (3 December 2007). ''The Persian Empire: A Corpus of Sources from the Achaemenid Period''. Routledge. p. 47. ISBN <bdi>978-1-134-07634-5</bdi>.</ref><ref>Holliday, Shabnam J. (2011). ''Defining Iran: Politics of Resistance''. Ashgate. pp. 38–40. ISBN <bdi>978-1-4094-0524-5</bdi>.</ref> Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż.<ref>Llewellyn-Jones, Lloyd (2017). "The Achaemenid Empire". In Daryaee, Touraj (ed.). ''King of the Seven Climes: A History of the Ancient Iranian World (3000 BC – 651 CE)''. UCI Jordan Center for Persian Studies. p. 67. ISBN <bdi>978-0-692-86440-1</bdi>.</ref> == [[Etimoloġija]] == [[Stampa:Cyrus II (The Great) (cropped).jpg|daqsminuri|''Il-figura tal-gwardjan b'erba' ġwienaħ'' li jaf tirreferi għal Ċiru, magħrufa minn bassoriljiev fuq pilastru ta' daħla f'Pasargadae. Kitba mnaqqxa tgħid: "Jiena Ċiru r-Re, Akemenidu". L-istudjużi li jiddubitaw jekk turix lil Ċiru jinnotaw li l-kitba tnaqqxet f'perjodu iktar tard u li l-istess kitba mnaqqxa tinsab f'palazzi oħra fil-kumpless.]] L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. [[Stampa:I am Cyrus, Achaemenid King - Pasargady01.jpg|daqsminuri|"Jien Ċiru r-Re, Akemenidu" bil-Persjan Antik, bl-Elamit u bl-Akkadjan. Din il-kitba mnaqqxa hija magħrufa bħala l-"kitba mnaqqxa CMa", u hija mnaqqxa f'kolonna tal-Palazz P f'Pasargadae. Dawn il-kitbiet imnaqqxa f'isem Ċiru x'aktarx li saru iktar 'il quddiem minn Darius I sabiex jafferma n-nisel tiegħu, billi juża l-kitba tal-Persjan Antik li kien iddisinja.]] Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === [[Stampa:Jean Charles Nicaise Perrin - Cyrus and Astyages - WGA17209.jpg|daqsminuri|[[Pittura]] ta' [[Jean-Charles Nicaise Perrin]] tar-re Astyages li jibgħat lil Harpagus biex joqtol lil Ċiru meta kien żgħir.]] Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. [[Stampa:Painting of Cyrus the Great in battle.png|daqsminuri|Detall ta' ''Ċiru Jikkaċċja Ċingjal'' ta' Claude Audran iż-Żgħir, il-[[Palazz ta' Versailles]].]] Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === [[Stampa:Defeat of Croesus 546 BCE.jpg|daqsminuri|Rebħa ta' Ċiru kontra Croesus ta' Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-546 Q.K.]] Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. [[Stampa:Kroisos stake Louvre G197.jpg|daqsminuri|Anfora ta' Croesus, 500–490 Q.K., Louvre (G 197).]] Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === [[Stampa:Ancient near east 540 bc.svg|daqsminuri|Il-Lvant Qarib tal-qedem għall-ħabta tal-540 Q.K., qabel l-invażjoni tal-Babilonja minn Ċiru l-Kbir.]] Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === [[Stampa:Achaemenid soldiers against Scythians.jpg|daqsminuri|Is-suldati Akemenidi (xellug) jiġġieldu kontra x-Xitjani, is-seklu 5 Q.K. Il-marka ta' siġill ċilindriku (tpinġija).]] Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. [[Stampa:Queen Tomyris and the head of Cyrus the Great.jpg|daqsminuri|Ir-Reġina Tomyris tal-Massageti tirċievi ras Ċiru.]] Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === [[Stampa:Pasargad Tomb Cyrus3.jpg|daqsminuri|Il-qabar ta' Ċiru f'Pasargadae, l-Iran.]] Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === [[Stampa:Cyrus II le Grand et les Hébreux.jpg|daqsminuri|Fil-Bibbja jingħad li Ċiru l-Kbir illibera l-Lhud mill-jasar Babiloniż biex jerġgħu jinsedjaw u jibnu Ġerusalemm, u b'hekk għandu post onorevoli fil-Ġudaiżmu.]] L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== [[Stampa:Bust of Cyrus from Duesternstrasse 43-51, Hamburg.jpg|daqsminuri|Bust tas-[[seklu 17]] ta' Ċiru l-Kbir f'[[Amburgu]], il-[[Ġermanja]].]] Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== [[Stampa:KINGS of LYDIA. Time of Cyrus to Darios I. Circa 545-520 BC.jpg|daqsminuri|Il-verżjoni Akemenida tal-Croeseid, izzekkat f'Lidja, taħt it-tmexxija ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš'') lil Darius I (bil-Persjan Antik: 𐎭𐎠𐎼𐎹𐎺𐎢𐏁 ''Dārayavaʰuš''), għall-ħabta tal-545–520 Q.K. Il-munita tiżen 8.06 grammi biss, meta mqabbla mal-10.7 grammi standard tal-Croeseid oriġinali, li kienet l-ewwel munita tad-deheb fl-istorja tad-dinja, izzekkata mir-re Lidjan Croesus.]] L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== [[Stampa:Cyrus Cylinder.jpg|daqsminuri|Iċ-Ċilindru ta' Ċiru fil-Mużew Brittaniku.]] Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== [[Stampa:Cyrus the Great with General Harpagus (18th century).jpg|daqsminuri|Ċiru l-Kbir (fin-nofs), flimkien mal-ġeneral tiegħu, Harpagus, warajh, kien jingħata s-sottomissjoni tar-re ta' Medija Astyages (tapizzerija tas-seklu 18).]] L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). [[Stampa:Rembrandt Harmensz. van Rijn (Dutch - Daniel and Cyrus before the Idol Bel - Google Art Project.jpg|daqsminuri|Pittura ta' Danjel u Ċiru quddiem id-divinità Bel.]] In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== Fis-seklu 19, għadd ta' studjużi Musulmani Indjani prominenti bdew joħorġu b'teoriji li Ċiru l-Kbir huwa l-individwu msemmi fil-[[Koran]] bħala Dhu al-Qarnayn, li jiġi deskritt bħala wieħed li jivvjaġġa lejn il-Punent u lejn il-Lvant (lejn il-"postijiet fejn tinżel u titla' x-xemx") u jtella' barriera kbira li tissepara poplu mħasseb minn "Ya'juj u Ma'juj" għall-ħlas ta' tribut, u din il-barriera donnha kienet destinata li żżommhom issiġillati sal-ħelsien tagħhom li jservi bħala sinjal ta' tmiem id-dinja u Jum il-Ħaqq. Din it-teorija ġiet promossa għall-ewwel darba minn Syed Ahmad Khan (1817–1898) u mbagħad minn Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), u sussegwentement iġġenerat aċċettazzjoni usa' fost xi komunitajiet Musulmani matul is-snin. Din it-teorija ġiet proposta fl-1855 mill-filologu Ġermaniż [[Gustav Moritz Redslob]], iżda fil-biċċa l-kbira ma ntlaqgħetx fid-dinja tal-Punent. Il-maġġoranza tal-istudjużi tal-Punent tar-reliġjon minflok appoġġaw teoriji iktar popolari fil-mitoloġija Iżlamika tradizzjonali li jidentifikaw lil Dhu al-Qarnayn jew bħala r-re Grieg Alessandru Manju jew ċertu re [[Għarab|Għarbi]] pre-Iżlamiku. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] [[Kategorija:Mietu fil-530 Q.K.]] s6ql36sh360bnhv35pj9yhk5i1i67pf 330834 330821 2026-07-01T08:08:51Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 330834 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} '''Ċiru II tal-Persja''' (twieled fis-600 – miet fil-530 [[Ante Christum natum|Q.K]].), magħruf l-iktar bħala '''Ċiru l-Kbir''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Cyrus the Great''), kien il-fundatur tal-[[Imperu tal-Akemenidi]].<ref>Schmitt, Rüdiger (1983). "Achaemenid dynasty". ''Encyclopaedia Iranica''. Vol. 3. Londra: Routledge.</ref> Art twelidu kienet Persis u wassal id-dinastija tal-Akemenidi fil-poter billi għeleb l-Imperu Medjan u ħaddan l-istati ċivilizzati preċedenti kollha tal-Lvant Qarib tal-qedem, kabbar l-imperu b'mod vast tul il-biċċa l-kbira tal-Punent tal-[[Asja]] u l-biċċa l-kbira tal-Asja Ċentrali, u ħoloq dak li f'qasir żmien sar l-ikbar imperu fl-[[Storja|istorja]] ta' dak iż-żmien. L-ikbar daqs territorjali tal-Imperu tal-Akemenidi nkiseb taħt [[Darius I|Darius il-Kbir]], li rrenja f'imperu estiż mix-Xlokk tal-[[Ewropa]] u l-Grigal tal-[[Afrika]] fil-Punent sal-Wied tal-Indus fil-Lvant. Wara li assorba l-Imperu Medjan, Ċiru ħakem lil Lidja u eventwalment l-Imperu Neo-Babiloniż, u b'hekk kiseb il-kontroll tal-Anatolja u n-Nieqa Għammiela, rispettivament. Huwa mexxa wkoll spedizzjoni ewlenija fl-Asja Ċentrali, fejn l-armata tiegħu wasslet biex "kull nazzjon tissottometti ruħha mingħajr l-ebda eċċezzjoni" qabel ma allegatament miet fil-battalja mal-Massageti, poplu nomadiku tal-Lvant tal-[[Iran]], tul is-Syr Darya f'Diċembru 530 Q.K.<ref>Beckwith, Christopher I. (2009). ''Empires of the Silk Road''. Princeton University Press. p. 63. ISBN <bdi>978-0-691-13589-2</bdi>.</ref> Madankollu, skont Xenophon ta' [[Ateni]], Ċiru ma mietx waqt il-ġlied u minflok kien reġa' lura lejn il-[[belt kapitali]] ta' [[Pasargadae]].<ref>Bassett, Sherylee R. (1999). "The Death of Cyrus the Younger". ''The Classical Quarterly''. '''49''' (2): 473–483. doi:10.1093/cq/49.2.473. ISSN 0009-8388. JSTOR 639872. <nowiki>PMID 16437854</nowiki>.</ref> Kienet x'kienet id-data ta' [[Mewt|mewtu]], is-suċċessur tiegħu kien ibnu [[Cambyses II]], li wettaq kampanji militari li wasslu għall-ħakmiet tal-[[Eġittu]], tan-Nubja u taċ-Ċirenajka matul ir-renju qasir tiegħu. Għall-Griegi, huwa kien magħruf bħala ''Ċiru x-Xiħ'' (bil-[[Lingwa Griega|Grieg]]: Κῦρος ὁ Πρεσβύτερος, ''Kŷros ho Presbýteros'') u kien partikolarment magħruf fost l-istudjużi kontemporanji minħabba l-[[politika]] abitwali ta' tolleranza għad-drawwiet u għar-[[Reliġjon|reliġjonijiet]] tal-popli fl-artijiet li ħakem.<ref>Dandamayev, Muhammad A. (1993). "Cyrus iii. Cyrus II The Great". ''Encyclopaedia Iranica, Vol. IV, Fasc. 7''. pp. 516–521.</ref> B'mod simili, fil-[[Ġudaiżmu]] jiġi mfaħħar għar-rwol tiegħu fil-liberazzjoni tal-poplu [[Lhud|Lhudi]] mill-Babiloniżi billi ħareġ l-Editt tar-Restawr wara l-ħakma [[Persjani|Persjana]] tal-[[Babilonja]]. Dan l-avveniment jiġi deskritt fil-[[Bibbja]] bl-[[Ebrajk]] bħala r-ritorn lejn Zion (għolja f'[[Ġerusalemm]]), fejn il-Lhud spostati ġew ripatrijati lejn dak li kien ir-Renju ta' Ġuda, u b'hekk iffaċilita l-istabbiliment mill-ġdid tas-sovranità tal-Lhud fl-Art ta' [[Iżrael]]. Ċiru ffaċilita wkoll l-aspirazzjonijiet tal-Lhud għal tempju ġdid f'Ġerusalemm fil-provinċja ta' Yehud tal-Imperu tal-Akemenidi, fejn qabel kien hemm it-Tempju ta' Salamun oriġinali qabel ma nqered matul l-assedju Babiloniż ta' Ġerusalemm. L-isforzi tiegħu rriżultaw fit-tlestija tat-Tieni Tempju, li mmarkat il-bidu tal-perjodu tat-Tieni Tempju u tal-Ġudaiżmu tat-Tieni Tempju. Skont il-Ktieb ta' Iżaija,<ref>{{Ċita web|url=http://www.livius.org/men-mh/messiah/messiah_04.html|titlu=Messiah (4): From Josiah to Cyrus|kunjom=Lendering|isem=Jona|sit=www.livius.org|data-aċċess=2026-06-30|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20100713165951/http://www.livius.org/men-mh/messiah/messiah_04.html|arkivju-data=2010-07-13|url-status=dead}}</ref> huwa ndilek minn Yahweh u ġie ddeżinjat espliċitament bħala l-"messija" għal dan il-kompitu; Ċiru huwa l-unika figura mhux Lhudija li jingħata ġieħ b'dan il-mod.<ref>{{Ċita web|url=http://members.bib-arch.org/publication.asp?PubID=BSBR&Volume=19&Issue=5&ArticleID=3|titlu=Cyrus the Messiah {{!}} The BAS Library|kunjom=The Biblical Archaeology Society|sit=members.bib-arch.org|lingwa=en|data-aċċess=2026-06-30}}</ref> Minbarra l-influwenza tiegħu fuq it-tradizzjonijiet kemm fil-Lvant kif ukoll fil-Punent, Ċiru huwa magħruf għall-kisbiet li għamel fil-politika u fl-istrateġija militari. Huwa kien influwenti fl-iżvilupp ta' sistema ta' amministrazzjoni ċentrali fil-belt kapitali tiegħu biex jiggverna s-satrapiji tal-Imperu tal-Akemenidi, li kienu jaħdmu għall-profitt kemm tal-mexxejja kif ukoll tas-sudditi. Il-prestiġju li kellu fid-[[Id-Dinja|dinja]] tal-qedem gradwalment laħqet saħansitra sa Ateni, fejn il-Griegi tal-klassi superjuri adottaw aspetti tal-[[kultura]] tal-klassi tat-tmexxija Persjana għalihom stess. Bl-istess mod, ir-renju ta' Ċiru kellu rwol kruċjali fid-definizzjoni tal-istorja tal-Iran għal iktar minn millenju, peress li l-imperi Persjani futuri spiss ħarsu lejn żmien l-Akemenidi b'reverenza u bħala l-eżempju ideali li wieħed għandu jemula. Id-dinastija tiegħu kienet strumentali wkoll biex tippermetti l-iżvilupp taż-[[Żoroastrijaniżmu]] u biex jinfirex saħansitra saċ-[[Ċina]].<ref>Curtis, Vesta Sarkhosh; Stewart, Sarah (2005). ''Birth of the Persian Empire''. I. B. Tauris. p. 7. ISBN <bdi>978-1-84511-062-8</bdi>.</ref><ref>Kuhrt, Amelie (3 December 2007). ''The Persian Empire: A Corpus of Sources from the Achaemenid Period''. Routledge. p. 47. ISBN <bdi>978-1-134-07634-5</bdi>.</ref><ref>Holliday, Shabnam J. (2011). ''Defining Iran: Politics of Resistance''. Ashgate. pp. 38–40. ISBN <bdi>978-1-4094-0524-5</bdi>.</ref> Għalhekk, huwa jibqa' figura importanti fl-Iran modern, u l-qabar tiegħu f'Pasargadae jservi bħala post ta' reverenza għal miljuni ta' ċittadini tal-pajjiż.<ref>Llewellyn-Jones, Lloyd (2017). "The Achaemenid Empire". In Daryaee, Touraj (ed.). ''King of the Seven Climes: A History of the Ancient Iranian World (3000 BC – 651 CE)''. UCI Jordan Center for Persian Studies. p. 67. ISBN <bdi>978-0-692-86440-1</bdi>.</ref> == [[Etimoloġija]] == [[Stampa:Cyrus II (The Great) (cropped).jpg|daqsminuri|''Il-figura tal-gwardjan b'erba' ġwienaħ'' li jaf tirreferi għal Ċiru, magħrufa minn bassoriljiev fuq pilastru ta' daħla f'Pasargadae. Kitba mnaqqxa tgħid: "Jiena Ċiru r-Re, Akemenidu". L-istudjużi li jiddubitaw jekk turix lil Ċiru jinnotaw li l-kitba tnaqqxet f'perjodu iktar tard u li l-istess kitba mnaqqxa tinsab f'palazzi oħra fil-kumpless.]] L-isem Ċiru jew ''Cyrus'' huwa forma [[Lingwa Latina|Latinizzata]] li oriġinat mill-isem Grieg Κῦρος (''Kỹros''), li oriġina mill-isem bil-Persjan Antik ''Kūruš''. L-isem u t-tifsira tiegħu ġew irreġistrati fi ħdan kitbiet imnaqqxin tal-qedem b'[[Lingwa|lingwi]] differenti. L-istoriċi Griegi tal-qedem [[Ċtesju]] u [[Plutarka]] ddikjaraw li Ċiru ngħata isem ix-[[xemx]] (''Kuros''), kunċett li ġie interpretat li jfisser "bħax-xemx" (''Khurvash'') billi tiġi nnotata r-relazzjoni man-nom Persjan għal "xemx", ''khor'', filwaqt li jintuża s-suffiss ''-vash'' għal "bħal". [[Karl Hoffmann]] issuġġerixxa [[traduzzjoni]] bbażata fuq it-tifsira ta' għerq Indo-Ewropew li jfisser "umilja", għaldaqstant l-isem "Ċiru" jfisser "l-umiljatur tal-għadu f'kompetizzjoni verbali". Derivazzjoni Iranjana oħra possibbli hi li l-isem ifisser "iż-żgħir, wild", simili għall-Kurd ''kur'' ("iben, tifel żgħir") jew l-Ossezjan ''i-gur-un'' ("twieled") u ''kur'' (barri żgħir). Bil-[[lingwa Persjana]] u speċjalment fl-Iran, isem Ċiru jiġi spellut bħala کوروش (''Kūroš'', [kuːˈɾoʃ]). Fil-Bibbja, bil-lingwa Ebrajka jissejjaħ bħala ''Koresh'' (כורש‎). Xi bċejjeċ ta' evidenza jissuġġerixxu li Ċiru huwa Kay Khosrow, re Persjan leġġendarju tad-dinastija Kajanjana u karattru f'''Shahnameh'', ġrajja epika Persjana. Madankollu, xi studjużi jemmnu li la Ċiru u lanqas Cambyses ma kienu ismijiet Iranjani, u jipproponu li Ċiru kellu oriġini Elamita u li l-isem kien ifisser "dak li jindokra" bil-lingwa Elamita estinta. Raġuni waħda għal dan hi li filwaqt li l-ismijiet Elamiti jaf jispiċċaw b'<nowiki/>''-uš'', l-ebda test bl-Elamit ma jispelli l-isem b'dan il-mod – ''Kuraš'' biss. Fl-istess ħin, il-Persjan Antik ma kienx jippermetti li l-ismijiet jispiċċaw b'<nowiki/>''-aš'', għaldaqstant jagħmel sens għall-kelliema Persjani li jibdlu ''Kuraš'' oriġinali f'forma iktar korretta grammatikament bħal ''Kuruš''. L-iskribi Elamiti, min-naħa l-oħra, ma kienx ikollhom għalfejn jibdlu l-isem oriġinali ''Kuraš'' f'''Kuruš'', peress li ż-żewġ forom kienu aċċettabbli. Għalhekk, ''Kuraš'' x'aktarx li jirrappreżenta l-forma oriġinali. Opinjoni oħra tal-istudjużi hi li ''Kuruš'' kien isem ta' oriġini Indo-Arjana, f'ġieħ il-merċenarji Indo-Arjani Kuru u Kamboja mil-Lvant tal-[[Afganistan]] u l-Majjistral tal-[[Indja]] li għenu fil-ħakma tal-Lvant Nofsani. == Storja dinastika == Id-dominanza Persjana u r-renju Persjan fil-promontorju Iranjan bdew bħala estensjoni tad-dinastija tal-Akemenidi, li wessgħu d-dominju bikri tagħhom x'aktarx mis-seklu 9 Q.K. 'il quddiem. Il-fundatur li ta ismu għad-dinastija kien [[Achaemenes]] (mill-Persjan Antik ''Haxāmaniš''). L-Akemenidi huma d-"dixxendenti ta' Achaemenes", peress li Darius il-Kbir, id-disa' re tad-dinastija, traċċa n-nisel tiegħu lejh, u ddikjara "għal din ir-raġuni, li aħna nissejħu Akemenidi". Achaemenes bena l-istat ta' Parsumash fil-Lbiċ tal-Iran u s-suċċessur tiegħu kien [[Teispes]], li ħa t-titlu ta' "Re ta' Anshan" wara li ħataf il-belt Anshan u kabbar ir-renju tiegħu iktar biex jinkludi lil Pars ukoll. Id-dokumenti tal-qedem isemmu li Teispes kellu iben imsejjaħ [[Ċiru I]], li kien ukoll is-suċċessur ta' missieru bħala "Re ta' Anshan". Ċiru I kellu lil ħuh li ismu ġie rreġistrat bħala Ariaramnes. [[Stampa:I am Cyrus, Achaemenid King - Pasargady01.jpg|daqsminuri|"Jien Ċiru r-Re, Akemenidu" bil-Persjan Antik, bl-Elamit u bl-Akkadjan. Din il-kitba mnaqqxa hija magħrufa bħala l-"kitba mnaqqxa CMa", u hija mnaqqxa f'kolonna tal-Palazz P f'Pasargadae. Dawn il-kitbiet imnaqqxa f'isem Ċiru x'aktarx li saru iktar 'il quddiem minn Darius I sabiex jafferma n-nisel tiegħu, billi juża l-kitba tal-Persjan Antik li kien iddisinja.]] Fis-600 Q.K., is-suċċessur ta' Ċiru I kien ibnu, [[Cambyses I]], li rrenja sal-559 Q.K. Ċiru II jew "Ċiru l-Kbir" kien iben Cambyses I, li semma lil ibnu għal missieru, Ċiru I. Hemm diversi kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru l-Kbir u tar-rejiet ta' warajh li jirreferu għal Cambyses I bħala "re kbir" u "re ta' Anshan". Fosthom hemm siltiet fiċ-ċilindru ta' Ċiru fejn Ċiru jsejjaħ lilu nnifsu bħala "iben Cambyses, re kbir, re ta' Anshan". Kitba mnaqqxa oħra ssemmi lil Cambyses I bħala "re setgħan" u "Akemenidu", li skont il-maġġoranza tal-istudjużi tnaqqxet taħt Darius u titqies bħala ffalsifikar minn Darius. Madankollu, in-nannu min-naħa ta' omm Cambyses II, Pharnaspes, jissejjaħ mill-istoriku Erodotu bħala "Akemenidu". Ir-rakkont ta' Xenophon fiċ-Ċiropedija jsemmi lill-mara ta' Cambyses bħala Mandane u jsemmi lil Cambyses bħala r-re tal-Iran (Persja tal-qedem). Dawn jaqblu mal-kitbiet imnaqqxin ta' Ċiru stess, peress li Anshan u Parsa kienu ismijiet differenti tal-istess art. Dawn jaqblu wkoll ma' rakkonti mhux Iranjani oħra, għajr f'punt partikolari ta' Erodotu fejn jistqarr li Cambyses ma kienx re iżda "Persjan minn familja tajba". Madankollu, f'xi siltiet oħra, ir-rakkont ta' Erodotu huwa żbaljat anke rigward l-isem ta' iben Chishpish, li jsemmih bħala Cambyses iżda skont l-istudjużi moderni suppost huwa Ċiru I. Il-ħsieb tradizzjonali bbażat fuq ir-riċerka [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] u l-ġenealoġija mogħtija fil-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun u minn Erodotu jsostni li Ċiru l-Kbir kien Akemenidu. Madankollu, M. Waters issuġġerixxa li Ċiru ma għandux rabta mal-Akemenidid jew ma' Darius il-Kbir, u li l-familja tiegħu kellha oriġini Tejspida u Anxanita. === Titli === It-titli rjali sħaħ tiegħu kienu Re Kbir, Re tal-Persja, Re ta' Anshan, Re ta' Medija, Re tal-Babilonja, Re tas-[[Sumerja]] u ta' [[Akkad]], u Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja. Il-Kronaka ta' Nabonidus tinnota l-bidla fit-titlu tiegħu minn "Re ta' Anshan" għal "Re tal-Persja". L-Assirjologu [[François Vallat]] kiteb li "Meta Astyages immarċja kontra Ċiru, Ċiru jissejjaħ "Re ta' Anshan", iżda meta Ċiru jaqsam ix-xmara Tigris fi triqtu lejn Lidja, huwa jissejjaħ bħala r-"Re tal-Persja". Għaldaqstant il-kolp ta' stat seħħ bejn dawn iż-żewġ avvenimenti". === Arblu tar-razza === {| class="wikitable mw-collapsible" !Arblu tar-razza ta' Ċiru |- | {| class="wikitable" | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Achaemenes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Teispes''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ariaramnes Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Ċiru I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Arsames Mexxej tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Cambyses I Mexxej ta' Anshan | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Hystaspes Prinċep | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Ċiru l-Kbir''' '''(Ċiru II)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | rowspan="2" | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | | | colspan="2" | | colspan="2" | | colspan="2" | | |- | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Darius''' '''il-Kbir''' '''(Darius I)''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |'''Cambyses II''' Re tal-Persja | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Bardiya (Smerdis) Prinċep (impostur taparsi Gaumata mexxa bħala Smerdis) | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Artystone Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="6" rowspan="2" |Atossa Prinċipessa | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | | colspan="2" rowspan="2" | |- |} |- |'''Noti:''' # Mexxejja mhux ikkonfermati, minħabba l-Kitba Mnaqqxa tal-Għolja ta' Behistun. |} == Ħajja bikrija u personali == Ċiru kien iben Cambyses I, Re ta' Anshan, u Mandane, bint Astyages, Re ta' Medija, għall-ħabta tas-600 jew il-599 Q.K. Skont stess, li ġeneralment issa jitqies bħala akkurat, Ċiru ġie ppreċedut bħala re minn missieru Cambyses I, nannuh Ċiru I, u bużnannuh Teispes. Ċiru żżewweġ lil Cassandane li kienet Akemenida u bint Pharnaspes. Flimkien ma' Cassandane kellu żewġ ulied subien, Cambyses II u Bardiya flimkien ma' tliet ulied bniet, Atossa, Artystone u Roxane. Kien magħruf li Ċiru u Cassandane kienu jħobbu lil xulxin ħafna – Cassandane qalet li għaliha kien ikun iktar iebes li titlaq lil Ċiru milli tmut. Wara mewtha, Ċiru insista li jkun hemm luttu pubbliku mar-renju kollu. Il-Kronaka ta' Nabonidus tistqarr li l-Babilonja għamlet luttu ta' 6 ijiem għal Cassandane (identifikati bħala l-21–26 ta' Marzu 538 Q.K.). Wara l-mewt ta' missieru, Ċiru wiret it-tron Persjan f'Pasargadae, li kienet vassall ta' Astyages. L-istoriku Grieg [[Strabo]] qal li Ċiru oriġinarjament kien issejjaħ Agradates mill-ġenituri tar-rispett tiegħu. Jista' jkun li meta ngħaqad mal-familja oriġinali tiegħi, skont id-drawwiet tat-tismija, missier Ċiru, Cambyses I, semmih Ċiru f'ġieħ nannuh, li kien Ċiru I. Hemm ukoll rakkont ta' Strabo fejn sostna li Agradates adotta l-isem Ċiru għax-xmara Ċiru qrib Pasargadae. === Mitoloġija === [[Stampa:Jean Charles Nicaise Perrin - Cyrus and Astyages - WGA17209.jpg|daqsminuri|[[Pittura]] ta' [[Jean-Charles Nicaise Perrin]] tar-re Astyages li jibgħat lil Harpagus biex joqtol lil Ċiru meta kien żgħir.]] Erodotu ta rakkont mitoloġiku tal-ħajja bikrija ta' Ċiru. F'dan ir-rakkont, Astyages kellu żewġ ħolmiet profetiċi fejn għargħar u mbagħad sensiela ta' vinji li jarmu l-[[frott]] tfaċċaw minn ħoġor bintu Mandane, u ksew ir-renju kollu. Dawn ġew interpretati mill-konsulenti tiegħu bħala tbassir li n-neputi tiegħu xi darba kien se jirribella u jeħodlu postu bħala re. Astyages ikkonvoka lil Mandane meta kienet tqila b'Ċiru biex terġa' lura lejn [[Hegmataneh|Ecbatana]] biex il-wild tagħha jinqatel. Il-ġeneral tiegħu Harpagus iddelega dan il-kompitu lil Mithradates, wieħed mir-[[Ragħaj|rgħajja]] ta' Astyages, li rabba l-wild u ta t-tarbija tiegħu li twieldet mejta lil Harpagus bħala t-tarbija l-mejta taparsi kienet Ċiru. Ċiru għex fis-segretezza, iżda meta għalaq 10 snin, waqt logħba ta' tfulitu, wassal biex iben nobbli jissawwat meta rrifjuta li jobdi l-kmandi ta' Ċiru. Peress li kienet xi ħaġa mhux komuni li iben ragħaj iwettaq att bħal dak, Astyages ordna li t-tifel jitressaq quddiem il-qorti tiegħu, u intervista lilu u lill-missier adottiv tiegħu. Wara l-konfessjoni tar-ragħaj, Astyages bagħat lil Ċiru lura lejn il-Persja biex jgħix mal-ġenituri [[Bijoloġija|bijoloġiċi]] tiegħu. Madankollu, Astyages ikkonvoka lil iben Harpagus, u bħala tpattija qattgħu biċċiet, xewa xi partijiet minnu u għalla oħrajn, u qarraq bil-konsulent tiegħu sabiex jiekol lil ibnu stess waqt bankett kbir. Wara l-bankett, il-qaddejja ta' Astyages lil Harpagus ġabulu ras ibnu flimkien ma' idejh u saqajh fuq platti, sabiex jinduna li mingħajr ma jaf kien qed jagħmel [[kannibaliżmu]]. == Poter == === Suċċessjoni għal Medija === Ċiru l-Kbir tela' fuq it-tron fil-559 Q.K. wara l-mewt ta' missieru; madankollu, Ċiru kien għadu ma kienx mexxej indipendenti. Bħall-predeċessuri tiegħu, Ċiru kellu jirrikonoxxi lil Medija bħala superjuri. Astyages, l-aħħar re tal-Imperu ta' Medija u n-nannu ta' Ċiru, x'aktarx li rrenja fuq il-maġġoranza tal-Lvant Qarib tal-qedem, mill-fruntiera Lidjana fil-Punent sal-artijiet tal-Partiċi u tal-Persjani fil-Lvant. [[Stampa:Painting of Cyrus the Great in battle.png|daqsminuri|Detall ta' ''Ċiru Jikkaċċja Ċingjal'' ta' Claude Audran iż-Żgħir, il-[[Palazz ta' Versailles]].]] Skont il-Kronaka ta' Nabonidus, Astyages nieda attakk kontra Ċiru, "Re ta' Ansan". Skont l-istoriku Erodotu, huwa magħruf li Astyages poġġa lil Harpagus fil-kmand tal-armata ta' Medija biex jegħleb lil Ċiru. Madankollu, Harpagus ikkuntattja lil Ċiru u ħeġġu jirvilla kontra Medija, qabel ma eventwalment telaq mill-armata flimkien ma' diversi nobbli oħra u parti mill-armata. Dan l-ammutinament huwa kkonfermat mill-Kronaka ta' Nabonidus. Din il-kronaka tissuġġerixxi li l-ostilitajiet damu għaddejjin għal mill-inqas 3 snin (553–550 Q.K.), u l-battalja finali rriżultat fil-ħtif ta' Ecbatana. Dan ġie deskritt fil-paragrafu ta' qabel id-daħla tas-seba' sena ta' Nabonidus, li spjegat fid-dettall ir-rebħa ta' Ċiru u l-ħtif ta' nannuh. Skont l-istoriċi Erodotu u Ċtesju, Ċiru ma qatilx lil Astyages u żżewweġ lil bintu, Amytis. Dan iż-żwieġ ippaċifika diversi vassalli, inkluż il-Baktrijani, il-Partiċi u s-Saka. Ċiru ssottometta u inkorpora lil Sogdija fl-imperu matul il-kampanji militari tiegħu tal-546–539 Q.K.. B'Astyages mhux fil-poter, il-vassalli kollha tiegħu (inkluż bosta mill-qrabat ta' Ċiru) issa kienu taħt il-kmand tiegħu. Il-kuġin ta' missieru Arsames, li kien ir-re tal-belt-stat ta' Parsa taħt il-Medes, għaldaqstant kellu jċedi t-tron. Madankollu, dan it-trasferiment tal-poter fi ħdan il-familja milli jidher mexa ħarir, u x'aktarx li Arsames kien għadu l-gvernatur nominali ta' Parsa taħt l-awtorità ta' Ċiru — iktar bħala Prinċep jew Gran Duka milli Re. Ibnu, Hystaspes, li kien is-sekondokuġin ta' Ċiru, imbagħad sar is-satrap ta' Parthia u ta' Phrygia. Ċiru l-Kbir b'hekk unifika r-renji Akemenidi tewmin ta' Parsa u ta' Anshan fil-Persja. Arsames kien għadu ħaj meta n-neputi tiegħu sar Darius il-Kbir, Shahanshah tal-Persja, wara li mietu ż-żewġ ulied subien ta' Ċiru. Il-ħakma ta' Medija min-naħa ta' Ċiru kienet sempliċement il-bidu tal-gwerer tiegħu. === Ħakma ta' Lidja u tal-Asja Minuri === [[Stampa:Defeat of Croesus 546 BCE.jpg|daqsminuri|Rebħa ta' Ċiru kontra Croesus ta' Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-546 Q.K.]] Id-dati preċiżi tal-ħakma ta' Lidja mhux magħrufa, iżda x'aktarx li seħħet bejn meta Ċiru għeleb ir-renju ta' Medija (550 Q.K.) u meta ħakem il-Babilonja (539 Q.K.). Fl-imgħoddi kienet xi ħaġa komuni li s-sena tal-ħakma titqies bħala l-547 Q.K. minħabba xi interpretazzjonijiet tal-Kronaka ta' Nabonidus, iżda din il-pożizzjoni attwalment ma tantx għadha tinżamm. Il-Lidjani l-ewwel attakkaw il-belt ta' Pterija tal-Imperu tal-Akemenidi f'Cappadocia. Ir-re ta' Lidja Croesus assedja u ħataf il-belt u jassar lill-abitanti tagħha. Sadanittant, il-Persjani stiednu liċ-ċittadini ta' Jonja li kienu parti mir-renju ta' Lidja biex jirvellaw kontra l-mexxej tagħhom. L-offerta ġiet irroftata, u b'hekk Ċiru impjega armata u mmarċja kontra l-Lidjani, u żied l-għadd ta' suldati iktar ma għadda minn nazzjonijiet differenti fi triqtu. Effettivament il-Battalja tal-Persja ma kellhiex rebbieħa, u ż-żewġ naħat ġarrbu bosta mwiet sal-wasla tal-lejl. Croesus irtira lejn [[Sardis]] l-għada filgħodu. [[Stampa:Kroisos stake Louvre G197.jpg|daqsminuri|Anfora ta' Croesus, 500–490 Q.K., Louvre (G 197).]] Meta kien Sardis, Croesus bagħat talbiet biex l-alleati tiegħu jibagħtu l-għajnuna lil Lidja. Madankollu, qrib tmiem ix-xitwa, qabel l-alleati setgħu jingħaqdu, Ċiru l-Kbir ressaq il-gwerra fit-territorju Lidjan u assedja lil Croesus fil-belt kapitali tiegħu, Sardis. Ftit qabel il-Battalja finali ta' Thymbra bejn iż-żewġ mexxejja, Harpagus ta parir lil Ċiru l-Kbir biex iqiegħed id-dromedarji tiegħu quddiem il-ġellieda tiegħu; iż-[[Żiemel|żwiemel]] Lidjani, mhux imdorrijin għar-riħa tad-dromedarji, kien jitgerrxu ħafna. L-istrateġija ħadmet; iż-żwiemel tal-armata Lidjana sfrattaw. Ċiru għeleb u qabad lil Croesus. B'hekk Ċiru okkupa l-belt kapitali ta' Sardis, u ħakem ir-renju Lidjan fil-546 Q.K. Skont Erodotu, Ċiru l-Kbir ħenn għal Croesus u ma qatlux; minflok żammu bħala konsulent tiegħu, iżda dan ir-rakkont ma jaqbilx ma xi traduzzjonijiet tal-Kronaka kontemporanja ta' Nabonidus li skonthom ir-re ta' Lidja nqatel. Qabel ma Ċiru reġa' lura lejn il-belt kapitali, Commagene ġiet inkorporata fil-Persja fil-546 Q.K. Iktar 'il quddiem, Lidjan jismu Pactyas ġie fdat minn Ċiru biex jibgħat t-teżor ta' Croesus lejn il-Persja. Madankollu, ftit wara t-tluq ta' Ċiru, Pactyas qabbad lil xi merċenarji u kkawża rvell f'Sardis, b'rewwixta kontra s-satrap Persjan ta' Lidja, Tabalus. Ċiru bagħat lil Mazares, wieħed mill-kmandanti tiegħu, biex irażżan ir-rewwixta iżda talab li Pactyas jiġi rritornat ħaj. Mal-wasla ta' Mazares, Pactyas ħarab lejn Jonja, fejn kien qabbad iktar merċenarji. Mazares immarċja flimkien mat-truppi tiegħu fit-territorju Grieg u ssottometta l-bliet ta' Magnesia u Priene. Id-destin ta' Pactyas baqa' mhux magħruf, iżda wara li nħataf, x'aktarx li ntbagħat għand Ċiru u ġie ttorturat u ġustizzjat. Mazares baqa' għaddej bil-ħakma tal-Asja Minuri iżda miet b'kawżi mhux magħrufa matul il-kampanja militari tiegħu f'Jonja. Ċiru bagħat lil Harpagus biex ilesti l-konkwista ta' Mazares tal-Asja Minuri. Harpagus ħataf lil Liċja, Aeolia u Caria, billi uża t-teknika tal-kostruzzjoni ta' tumbati tal-ħamrija mas-swar sabiex is-suldati jkunu jistgħu jitilgħu mas-swar tal-bliet assedjati, metodu li ma kienx magħruf mill-Griegi. Huwa temm il-konkwista tiegħu tal-inħawi fil-542 Q.K. u rritorna lejn il-Persja. === Ħakmiet fl-Asja Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Asja === Wara l-ħakma ta' Lidja, Ċiru wettaq kampanja militari fil-Lvant bejn il-545 Q.K. u l-540 Q.K. Ċiru l-ewwel ipprova jaħkem lil Gedrosia, madankollu ġarrab telfa deċiżiva u telaq minn Gedrosia. Gedrosia x'aktarx li nħakmet matul ir-renju ta' Darius I. Wara t-tentattiv ta' ħakma ta' Gedrosia li falla, Ċiru attakka r-reġjuni tal-Baktrija, Arachosia, Sogdia, Saka, Chorasmia, Margiana u provinċji oħra fil-Lvant. Fil-533 Q.K., Ċiru l-Kbir qasam il-muntanji [[Ħinduiżmu|Induisti]] ta' Kush u ġabar it-tributi mill-bliet max-xmara Indus. B'hekk, Ċiru x'aktarx kien stabbilixxa stati vassalli fil-Punent tal-Indja. Imbagħad Ċiru reġa' lura l-Babilonja flimkien mal-armata tiegħu minħabba l-irvelli li kien hemm madwar il-Babilonja. === Ħakma tal-Imperu Neo-Babiloniż === [[Stampa:Ancient near east 540 bc.svg|daqsminuri|Il-Lvant Qarib tal-qedem għall-ħabta tal-540 Q.K., qabel l-invażjoni tal-Babilonja minn Ċiru l-Kbir.]] Sal-540 Q.K., Ċiru ħataf lil Elam u l-belt kapitali tagħha, [[Susa]]. Il-Kronaka ta' Nabonidus tirreġistra li , qabel il-battalja/i, ir-re tal-Imperu Neo-Babiloniż, Nabonidus, kien ordna li jinġiebu [[Statwa|statwi]] mill-bliet periferiċi Babiloniżi lejn il-belt kapitali, u ssuġġerixxa li l-kunflitt kien beda x'aktarx fix-xitwa tal-540 Q.K. Eżatt qabel Ottubru 539 Q.K., Ċiru ġġieled il-Battalja ta' Opis fil-belt strateġika ta' Opis fuq ix-xmara Tigris, fit-Tramuntana tal-Babilonja, jew fil-qrib tagħha. L-armata Babiloniża ġiet sfrattata u fl-10 ta' Ottubru, Sippar nħatfet mingħajr battalja, bi kważi l-ebda reżistenza mill-popolin. X'aktarx li Ċiru daħal f'negozjati mal-ġenerali Babiloniżi biex jinkiseb kompromess min-naħa tagħhom u għaldaqstant jiġi evitat kunflitt armat. Nabonidus, li kien irtira lejn Sippar wara t-telfa li ġarrab f'Opis, ħarab lejn [[Borsippa]]. Għall-ħabta tat-12 ta' Ottubru, it-truppi tal-ġeneral Persjan Gubaru daħlu fil-Babilonja, mill-ġdid mingħajr l-ebda reżistenza mill-armati Babiloniżi, u Nabonidus ġie detenut. Erodotu jispjega li sabiex jiksbu dan, il-Persjani użaw baċir li kien tħaffer qabel mir-reġina Babiloniża Nitokris biex tipproteġi l-Babilonja mill-attakki ta' Medija, iddevjaw ix-xmara Ewfrate f'kanal sabiex il-livell tal-ilma jinżel "sal-għoli ta' nofs riġel ta' raġel", u b'hekk il-qawwiet invażuri setgħu jimmarċjaw direttament fil-baċir tax-xmara biex jidħlu fil-belt billejl. Ftit wara, Nabonidus irritorna minn Borsippa u arrenda kontra Ċiru. Fid-29 ta' Ottubru, Ċiru daħal fil-belt tal-Babilonja. Qabel l-invażjoni tal-Babilonja min-naħa ta' Ċiru, l-Imperu Neo-Babiloniż kien ħakem bosta renji. Minbarra l-Babilonja, Ċiru x'aktarx li inkorpora l-entitajiet sottonazzjonali tagħha fl-Imperu tiegħu, inkluż is-[[Sirja]], il-Ġudea u l-''Arabia Petraea'', għalkemm ma hemm l-ebda evidenza diretta li ssostni din is-suppożizzjoni. Wara li ħa l-Babilonja, Ċiru l-Kbir ipproklama lilu nnifsu "Re tal-Babilonja, Re tas-Sumerja u Re ta' Akkad, Re tal-Erba' Rkejjen tad-Dinja" fiċ-Ċilindru ta' Ċiru, kitba mnaqqxa fuq ċilindru li ġie ddepożitat fil-pedamenti tat-Tempju ta' Esagila ddedikat lill-alla Babiloniż ewlieni, Marduk. It-test taċ-ċilindru jmaqdar lil Nabonidus bħala bla ħniena u jpinġi lir-rebbieħ Ċiru bħala li qed ipaxxi lill-alla Marduk. It-test jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-Babilonja, wettaq ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati, u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm uħud asserixxu li ċ-ċilindru jirrappreżenta karta tad-drittijiet tal-[[bniedem]], l-istoriċi ġeneralment jiddeskrivuh fil-kuntest ta' tradizzjoni dejjiema tal-Mesopotamja fejn il-mexxejja l-ġodda jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi. Id-dominji ta' Ċiru l-Kbir kienu jirrappreżentaw l-ikbar imperu li qatt rat id-dinja sa dak iż-żmien. Fi tmiem it-tmexxija ta' Ċiru, l-Imperu tal-Akemenidi kien estiż mill-Asja Minuri fil-Punent sax-xmara Indus fil-Lvant. == Mewt == === Narrattivi kunfliġġenti === [[Stampa:Achaemenid soldiers against Scythians.jpg|daqsminuri|Is-suldati Akemenidi (xellug) jiġġieldu kontra x-Xitjani, is-seklu 5 Q.K. Il-marka ta' siġill ċilindriku (tpinġija).]] Id-dettalji dwar il-mewt ta' Ċiru jvarjaw minn rakkont għal ieħor. Ċtesju, fil-''Persica'' tiegħu, għandu l-itwal rakkont, fejn jgħid li Ċiru miet waqt li kien qed jgħakkes ir-reżistenza tas-suldati ta' Derbices, megħjun minn arċiera u suldati Xitjani oħra rekbin iż-żwiemel, kif ukoll Indjani flimkien mal-[[Iljunfant|iljunfanti]] tal-gwerra tagħhom. Skontu, dan l-avveniment seħħ fil-Grigal tas-sors tax-xmara Syr Darya. Ir-rakkont ta' Erodotu minn ''L-Istorji'' tiegħu jipprovdi t-tieni l-itwal dettall, fejn Ċiru miet f'battalja qalila mal-Massageti, konfederazzjoni tribali Xitjana mid-deżerti tan-Nofsinhar ta' Khwarezm u ta' Kyzyl Kum fl-iktar parti fin-Nofsinhar tar-reġjuni tal-Isteppa Ewrasjatika tal-[[Każakistan]] u tal-[[Użbekistan]] moderni, skont il-parir ta' Croesus biex jattakkahom fit-territorju tagħhom stess. Il-Massageti kienu relatati max-Xitjani fl-ilbies u fl-istil ta' ħajja tagħhom; kien jiġġieldu rekbin iż-żwiemel u mingħajr żwiemel. Sabiex jirbaħ l-approvazzjoni tagħha, Ċiru l-ewwel bagħat offerta ta' żwieġ lill-mexxejja tagħhom, ir-reġina Tomyris, iżda hi ma laqgħetx il-prosposta. Imbagħad hu beda t-tentattiv tiegħu li jieħu t-territorju tal-Massageti bil-forza (għall-ħabta tal-529 Q.K.), l-ewwel nett billi jibni pontijiet u dgħajjes tal-gwerra għoljin man-naħa tiegħu tax-xmara Oxus jew Amu Darya, li kienet tisseparahom. Ir-reġina tal-Massageti bagħtet twissija biex ma joqrobx iktar (twissija li stqarret li kienet qed tistenna li ma titqiesx xorta waħda), u wara Tomyris sfidatu biex jiltaqa' mal-qawwiet tagħha fi gwerra onorevoli, u stednitu f'post f'pajjiżha jum ta' mmarċjar 'il bogħod mix-xmara, fejn iż-żewġ armati tagħhom kellhom jiltaqgħu formalment u jiġġieldu kontra xulxin. Huwa aċċetta l-offerta tagħha, iżda kif sar jaf li l-Massageti ma kinux midħla tal-inbid u tal-effetti tiegħu, huwa lesta biex jitlaq il-kamp tiegħu u ħalla ħafna nbid warajh apposta, u ħa l-aqwa suldati tiegħu miegħu u ħalla warajh dawk li kienu l-inqas kapaċi. [[Stampa:Queen Tomyris and the head of Cyrus the Great.jpg|daqsminuri|Ir-Reġina Tomyris tal-Massageti tirċievi ras Ċiru.]] Il-ġeneral tal-armata ta' Tomyris, Spargapises, li kien ukoll binha, u terz tat-truppi tal-Massageti, qatlu l-grupp li Ċiru ħalla warajh, u kif sabu l-kamp mimli provvisti tal-ikel u l-inbid, mingħajr ma jafu sikru, u b'hekk ma tantx baqgħu kapaċi jiddefendu lilhom infushom meta ġew affrontati b'attakk sorpriża. B'hekk ġarrbu telfa, u għalkemm ittieħed bħala priġunier, Spargapises wettaq [[suwiċidju]] ladarba reġa' ġie f'tiegħu mis-sakra. Malli saret taf x'kien ġara, Tomyris maqdret it-tattiki ta' Ċiru bħala żleali u ħalfet li tpattihielu, u mexxiet it-tieni mewġa ta' truppi hi stess f'battalja. Ċiru l-Kbir fl-aħħar mill-aħħar inqatel, u l-qawwiet tiegħu ġarrbu bosta mwiet f'dik li Erodotu rrefera għaliha bħala l-iżjed battalja qalila tal-karriera tiegħu u tad-dinja tal-qedem. Meta ntemmet, Tomyris ordnat li l-katavru ta' Ċiru jinġieb lura għandha, imbagħad qatgħetlu rasu u billet rasu f'reċipjent ta' [[demm]] f'ġest simboliku ta' tpattija għall-kilba tiegħu u għall-mewt ta' binha. Madankollu, xi studjużi jiddubitaw din il-verżjoni, l-iktar minħabba li anke Erodotu jammetti li dan l-avveniment kien waħda mill-bosta verżjonijiet tal-mewt ta' Ċiru li kien suppost kien sema' minn sors affidabbli li qallu li ma kien hemm ħadd biex jara x'kien ġara tassew. Erodotu jirrakkonta wkoll li Ċiru fil-ħolm tiegħu ra lil ibnu l-kbir, Hystaspes (Darius I), bil-ġwienaħ fuq spallejh, bid-dell b'ġewnaħ minnhom fuq l-Asja, u bl-oħra lill-Ewropa. L-arkeologu Sir [[Max Mallowan]] jispjega din l-istqarrija ta' Erodotu u r-rabta tagħha mal-bassoriljiev tal-figura b'erba' ġwienaħ ta' Ċiru l-Kbir b'dan il-mod:
Għaldaqstant, Erodotu nsostni li x'aktarx kien jaf bir-rabta mill-qrib ta' dan it-tip ta' figura bil-ġwienaħ u x-xbieha tal-maestà Iranjana, li huwa assoċjaha ma' ħolma li tbassarlu l-mewt tar-re qabel l-aħħar kampanja militari fatali tiegħu fix-xmara Oxus.
[[Muhammad Dandamayev]] jgħid li l-Persjani jaf ħadu l-katavru ta' Ċiru lura mingħand il-Massageti, għad-differenza ta' dak li qal Erodotu. Skont il-Kronaka ta' Mikiel is-Sirjan (1166–1199 [[WK|W.K]].), Ċiru nqatel mill-mara tiegħu Tomyris, ir-reġina tal-Massageti (Maksata), fis-60 sena tal-jasar tal-Lhud. Rakkont ieħor miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon tikkontradixxi r-rakkonti l-oħra, u ssostni li Ċiru miet b'mod paċifiku fil-belt kapitali tiegħu. Il-verżjoni finali tal-mewt ta' Ċiru tasal mingħand Berossus, li jirrapporta biss li Ċiru miet waqt li kien qed jiġġieled kontra l-arċiera ta' Dahae fil-Majjistral tas-sors tax-xmara Syr Darya. === Post tad-dfin === [[Stampa:Pasargad Tomb Cyrus3.jpg|daqsminuri|Il-qabar ta' Ċiru f'Pasargadae, l-Iran.]] Il-fdalijiet ta' Ċiru l-Kbir jaf indifnu fil-belt kapitali tiegħu ta' Pasargadae, fejn illum hemm qabar tal-[[ġebla tal-ġir]] (li nbena għall-ħabta tal-540–530 Q.K.) li għadu jeżisti, u ħafna jemmnu li huwa tiegħu. Strabo u Arrian jipprovdu deskrizzjonijiet kważi identiċi tal-qabar, abbażi tar-rapport ta' xhieda ta' Aristobulus ta' Cassandreia, li fuq talba ta' [[Alessandru Manju]] żar il-qabar darbtejn. Għalkemm il-belt innifisha issa tinsab fi stat ta' fdalijiet, il-post tad-dfin ta' Ċiru l-Kbir baqa' pjuttost intatt, u l-qabar ġie parzjalment irrestawrat mid-deterjorament naturali li seħħ tul is-sekli. Skont Plutarka, fuq l-epitaffju tiegħu kien hemm dan li ġej:
Int min int u ġej minn fejn ġej, naf li se tiġi, jien Ċiru li rebaħ l-imperu għall-Persjani. Għaldaqstant tmaqdarnix għax ħadt din il-biċċa art biex fiha jintradam l-għadam tiegħi.
L-evidenza tal-kitbiet kunejformi mnaqqxa fil-Babilonja turi bil-provi li Ċiru miet għall-ħabta ta' Diċembru 530 Q.K., u li ibnu Cambyses II kien sar ir-re. Cambyses kompla l-politika ta' espansjoni ta' missieru, u ħataf l-Eġittu għall-Imperu, iżda miet wara 7 snin biss ta' tmexxija. Is-suċċessur tiegħu kien jew l-iben l-ieħor ta' Ċiru, Bardiya, jew impostur taparsi Bardiya, li sar l-uniku mexxej tal-Persja għal 7 xhur, sa ma nqatel minn Darius il-Kbir. Ir-rakkonti Rumani u Griegi tal-qedem li ġew tradotti jipprovdu deskrizzjoni ċara tal-qabar kemm [[Ġeometrija|ġeometrikament]] kif ukoll estetikament; l-għamla ġeometrika tal-qabar ma tantx inbidlet tul is-snin, u għad għandha għamla kwadrangolari kbira tal-ġebel fil-bażi, segwita minn suċċessjoni piramidali ta' ġebel rettangolari iżgħar, sa ftit ċangaturi wara, fejn l-istruttura hija mħaddna minn binja, b'saqaf ġej għal ħnejja magħmul mill-ġebel b'għamla piramidali, b'fetħa jew tieqa żgħira mal-ġenb, fejn anke l-irqaq raġel fid-dinja bil-kemm ikun jista' jidħol ġewwa minnha. Fi ħdan din il-binja kien hemm tebut tad-deheb, imserraħ fuq mejda b'riffieda tad-deheb, u fih indifen il-katavru ta' Ċiru l-Kbir. Fuq il-post tad-dfin tiegħu kien hemm kisja bit-tapizzerija u bid-drappijiet magħmula mill-aqwa materjali Babiloniżi, bl-użu tal-ifjen sengħa ta' Medija; taħt il-post tad-dfin tiegħu kien hemm tapit aħmar fin, li jkopri l-parti rettangolari dejqa tal-qabar tiegħu. Ir-rakkonti Griegi tradotti jiddeskrivu l-qabar bħala li tqiegħed fil-ġonna għammiela ta' Pasargadae, imdawwar bis-siġar u bl-arbuxxelli ornamentali, b'grupp ta' protetturi Akemenidi msejħa l-"Maġi", stazzjonati fil-qrib biex jipproteġu l-binja mis-serq jew minn kwalunkwe ħsara. Snin wara, fil-kaos li nħoloq minħabba l-invażjoni tal-Persja min-naħa ta' Alessandru Manju u wara t-telfa li ġarrab [[Darius III]], xi ħadd irnexxilu jidħol fil-qabar ta' Ċiru l-Kbir u l-biċċa l-kbira tal-affarijiet lussużi li kien hemm ġo fih insterqu. Meta Alessandru wasal fejn il-qabar, huwa baqa' mistagħġeb mill-mod kif kien ittrattat il-qabar, u staqsa spjegazzjonijiet mingħand il-Maġi u ressaqhom quddiem il-qorti. F'xi rakkonti, id-deċiżjoni ta' Alessandru li l-Maġi jitressqu quddiem il-qorti kienet iktar bħala tentattiv biex jimminalhom l-influwenza tagħhom u juri l-poter tiegħu fl-imperu maħkum il-ġdid tiegħu, milli tħassib għall-qabar ta' Ċiru. Madankollu, Alessandru kien jammira lil Ċiru, u minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u l-governanza tiegħu bħala re u bħala leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, Alessandru ordna lil Aristobulus itejjeb il-kundizzjoni tal-qabar u jirrestawrah minn ġewwa. Minkejja l-ammirazzjoni tiegħu għal Ċiru l-Kbir, u t-tentattivi tiegħu ta' rinnovazzjoni tal-qabar, 6 snin qabel (330 Q.K.) Alessandru kien seraq ir-rikkezzi ta' Persepolis, il-belt opulenti li Ċiru jaf għażel is-sit tagħha, u jew ordna li tingħata n-nar bħala att ta' propaganda favur il-Griegi jew taha n-nar meta kien fis-sakra. Il-binja baqgħet teżisti minkejja t-trapass taż-żmien, l-invażjonijiet, id-diviżjonijiet interni, l-imperi suċċessivi, il-bidliet ta' reġimi u r-rivoluzzjonijiet. L-aħħar figura Persjana prominenti li xeħtet l-attenzjoni fuq il-qabar kienet [[Mohammad Reza Pahlavi]] (Shah tal-Iran), l-aħħar monarka uffiċjali tal-Persja, matul iċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu ta' 2,500 sena ta' monarkija. Bħal Alessandru Manju qablu, ix-Shah tal-Iran ried jappella għal-legat ta' Ċiru biex jilleġitimizza t-tmexxija tiegħu stess bħala estensjoni. In-[[Ġnus Magħquda|Nazzjonijiet Uniti]] jirrikonoxxu l-qabar ta' Ċiru l-Kbir u Pasargadae bħala [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]]. == Legat == === Influwenza fuq iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Lvant u tal-Punent === [[Stampa:Cyrus II le Grand et les Hébreux.jpg|daqsminuri|Fil-Bibbja jingħad li Ċiru l-Kbir illibera l-Lhud mill-jasar Babiloniż biex jerġgħu jinsedjaw u jibnu Ġerusalemm, u b'hekk għandu post onorevoli fil-Ġudaiżmu.]] L-istoriku [[Renju Unit|Brittaniku]] [[Charles Freeman]] jissuġġerixxi li "L-ambitu u l-kobor tal-kisbiet tiegħu [Ċiru] kienu jikklassifikaw ferm iktar minn dawk tar-re Maċedonu, Alessandru, li qered l-imperu [tal-Akemenidi] fis-snin 20 tas-seklu 4 iżda ma rnexxilu jipprovdi l-ebda alternattiva stabbli". Ċiru kien eroj personali għal bosta nies, fosthom [[Thomas Jefferson]], Mohammad Reza Pahlavi u [[David Ben-Gurion]]. Il-kisbiet ta' Ċiru l-Kbir fi żmien il-qedem huma riflessi fil-mod kif jiġi mfakkar illum il-ġurnata. In-nazzjon tiegħu stess, l-Iranjani, ikkunsidrawh bħala "l-Missier", l-istess titlu li kien intuża fi żmien Ċiru nnifsu, mill-bosta nazzjonijiet li ħakem, peress li skont Xenophon: l-istandard ta' Ċiru, deskritt bħala ajkla tad-deheb immuntata fl-"għoli", baqa' l-pavaljun uffiċjali tal-Akemenidi.
U dawk li huma sudditi tiegħu, ittrattahom bi stima u bil-galbu, daqslikieku kienu uliedu stess, filwaqt li s-sudditi tiegħu min-naħa l-oħra kienu jirrispettaw lil Ċiru bħala "Missierhom" ... Liema raġel ieħor jekk mhux "Ċiru", wara li qaleb imperu ta' taħt fuq, qatt miet bit-titlu ta' "Il-Missier" min-nies stess li kien ġabhom taħt il-poter tiegħu? Huwa minnu li dan huwa isem għal xi ħadd li jrodd, iktar milli jieħu!
L-istoriku Plutarka (twieled għall-ħabta tas-46 – miet għall-ħabta tal-119 W.K.) jgħid li "l-Persjani, minħabba li Ċiru kellu mnieħru mgħawweġ ganċ, saħansitra sa issa għandhom għal qalbhom l-irġiel b'imnieħer mgħawweġ ganċ u jqisuhom bħala l-iżjed sbieħ". Il-Babiloniżi kienu jqisuh bħala "l-Liberatur", peress li kienu offiżi mill-mexxej preċedenti tagħhom, Nabonidus, li kien wettaq sagrileġġ. Il-Ktieb ta' Eżra jirrakkonta l-ġrajja tal-ewwel ritorn tal-eżiljati fl-ewwel sena ta' Ċiru, fejn Ċiru jipproklama: "Il-Mule, Alla tal-ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u Hu tani l-kompitu li nibni tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea".(Eżra 1:2) Ċiru kien magħruf bl-istess mod bħala statista u bħala suldat. Parzjalment minħabba l-infrastruttura politika li ħoloq, l-Imperu tal-Akemenidi dam ferm anke wara mewtu. Il-fatt li l-Persja qamet fuq saqajha taħt it-tmexxija ta' Ċiru kellu impatt kbir fuq il-milja tal-istorja tad-dinja, inkluż fil-forom tal-[[filosofija]], tal-letteratura u tar-reliġjon Iranjani. Ħafna mid-dinastiji Iranjani ta' wara l-Imperu tal-Akemenidi u r-rejiet tagħhom raw lilhom infushom bħala l-werrieta ta' Ċiru l-Kbir u sostnew li qed ikomplu l-legat li ħalla warajh Ċiru. Madankollu, fost l-istudjużi hemm opinjonijiet differenti dwar jekk dan huwiex il-każ ukoll għad-dinastija tas-Sassanidi. Alessandru Manju stess kien infatwat b'Ċiru l-Kbir u kien jammirah, wara li minn età bikrija kien jaqra ċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, li kienet tiddeskrivi l-eroiżmu ta' Ċiru fil-battalji u fil-governanza, kif ukoll il-ħiliet tiegħu bħala re u leġiżlatur. Matul iż-żjara tiegħu f'Pasargadae huwa ordna lil Aristobulus biex iżejjen il-kompartiment tal-qabar ta' Ċiru minn ġewwa. Il-legat ta' Ċiru nħass saħansitra sal-[[Iżlanda]] u l-Amerka kolonjali. Ħafna mill-ħassieba u mill-mexxejja tal-Antikità Klassika kif ukoll tar-[[Rinaxximent]] u tal-[[Illuminiżmu]], u l-missirijiet tal-[[Stati Uniti|Istati Uniti tal-Amerka]] ispiraw ruħhom minn Ċiru l-Kbir permezz ta' xogħlijiet bħaċ-''Ċiropedija''. Thomas Jefferson, pereżempju, kellu żewġ kopji taċ-''Ċiropedija'', waħda bit-traduzzjonijiet paralleli bil-Grieg u bil-Latin faċċata ta' xulxin b'marki sostanzjali ta' Jefferson li juru l-ammont ta' influwenza li kellu l-ktieb fuq it-tfassil tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Istati Uniti. Skont il-Professur [[Richard Nelson Frye]], Ċiru — li l-ħiliet tiegħu bħala ħakkiem u amministratur joħorġu fid-dieher mil-lonġevità u l-qawwa tal-Imperu tal-Akemenidi — kellu rwol kważi mitiku fost il-poplu Persjan "simili għal dak ta' Romulu u Remu f'[[Ruma]] jew [[Mosè]] għall-Iżraeliti", bi ġrajja li "ssegwi permezz ta' bosta dettalji l-ġrajjiet tal-eroj u tal-ħakkiema minn inħawi oħra fid-dinja tal-qedem". Frye jikteb, "Huwa sar l-epitoma tal-kwalitajiet kbar mistennija minn mexxej fid-dinja tal-qedem, u kellu karatteristiċi erojċi bħala ħakkiem li kien tolleranti u ħanin kif ukoll qalbieni u awdaċi. Il-personalità tiegħu kif meqjusa mill-Griegi influwenzathom u lil Alessandru Manju, u peress li t-tradizzjoni ġiet trażmessa mir-Rumani, jaf titqies li influwenzat il-ħsieb tagħna saħansitra issa". It-tmexxija tiegħu ġiet studjata u ammirata minn bosta mill-mexxejja l-kbar, bħal Alessandru Manju, [[Ġulju Ċesri]] u Thomas Jefferson. === Amministrazzjoni u politika === ==== Sistema tas-satrapiji ==== Ċiru stabbilixxa l-imperu bħala imperu bbażat fuq diversi stati ggvernati minn erba' stati kapitali: Pasargadae, il-Babilonja, Susa u Ecbatana. Huwa ta ċertu ammont ta' awtonomija reġjonali lil kull stat, fil-forma ta' sistema ta' satrapiji. Satrapija kienet unità amministrattiva, li normalment kienet tkun organizzata fuq bażi [[Ġeografija|ġeografika]]. "Satrap" (gvernatur) kien re vassall, li kien jamministra r-reġjun, "ġeneral" kien jissorvelja r-reklutaġġ militari u kien jiżgura l-ordni, u "segretarju statali" kien jieħu ħsieb iż-żamma tar-rekords uffiċjali. Il-ġeneral u s-segretarju statali kienu jaqgħu taħt is-satrap kif ukoll il-gvern ċentrali. Matul ir-renju tiegħu, Ċiru żamm il-kontroll fuq reġjun enormi ta' renji maħkuma, miksuba permezz taż-żamma u tal-espansjoni tas-satrapiji. L-organizzazzjoni ulterjuri tat-territorji ġodda li kienu jinħakmu fi provinċji mmexxijin mis-satrapi tkompliet mis-suċċessur ta' Ċiru, Darius il-Kbir. ==== Strateġija militari ==== L-imperu ta' Ċiru kien ibbażat fuq it-tributi u l-ħlasijiet minn bosta partijiet tar-renju tiegħu. Permezz tal-ħila militari tiegħu, Ċiru ħoloq armata organizzata li kienet tinkludi l-unità tal-Immortali, li kienet tikkonsisti minn 10,000 suldat imħarrġin sew. Il-ħakmiet ta' Ċiru taw il-bidu għal era ġdid ta' bini tal-imperi, fejn superstat enormi, magħmul minn għexieren ta' pajjiżi, razez, reliġjonijiet u lingwi, kien imexxi permezz ta' amministrazzjoni unika bil-gvern ċentrali fit-tmun. Din is-sistema damet għal sekli sħaħ, u nżammet kemm mid-dinastija tas-Selewċidi li kienu l-invażuri waqt il-kontroll tagħhom tal-Persja, u iktar 'il quddiem mid-dinastiji Iranjani, fosthom il-Partiċi u s-Sassanidi. ==== Proġetti infrastrutturali ==== [[Stampa:Bust of Cyrus from Duesternstrasse 43-51, Hamburg.jpg|daqsminuri|Bust tas-[[seklu 17]] ta' Ċiru l-Kbir f'[[Amburgu]], il-[[Ġermanja]].]] Ċiru kien magħruf għall-innovazzjonijiet tiegħu fil-proġetti tal-kostruzzjoni; huwa kompla jiżvilupp it-teknoloġiji li sab fil-kulturi li ħakem u applikahom fil-kostruzzjoni tal-palazzi ta' Pasargadae. Huwa kien famuż ukoll għall-imħabba tiegħu għall-ġonna; skavi reċenti fil-belt kapitali tiegħu żvelaw l-eżistenza tal-Ġnien Persjan ta' Pasargadae u network ta' kanali tal-irrigazzjoni. Pasargadae kien is-sit ta' żewġ palazzi tal-għaġeb imdawrin b'park irjali maestuż u ġonna formali enormi; fosthom kien hemm il-ġonna vertikali b'erba' saffi ta' "Paradisja" b'iktar minn 1,000 metru ta' kanali magħmula mill-ġebla tal-ġir imnaqqxa, iddisinjati biex jimlew vaski żgħar f'kull 16-il metru u jsaqqu diversi tipi ta' flora selvaġġa u domestika. Id-disinn u l-kunċett ta' Paradisja kienu eċċezzjonali u ntużaw bħala mudell għal bosta parks tal-qedem u moderni minn dak iż-żmien 'l hawn. Huwa fforma wkoll sistema postali innovattiva fl-imperu kollu, ibbażata fuq diversi stazzjonijiet ta' kollegament imsejħa Chapar Khaneh. Fl-1658, filwaqt li l-Protettorat ta' Cromwell kien qed imexxi l-Brittanja, it-[[tabib]] u l-filosfu Ingliż Sir [[Thomas Browne]] kiteb diskors imsejjaħ ''Il-Ġnien ta' Ċiru'', li fih Ċiru jiġi deskritt bħala mexxej għaref arketipiku. Madankollu, minkejja li jissemma fit-titlu, Ċiru ma kienx l-enfasi prinċipali tax-xogħol ta' Browne. "Ċiru x-Xiħ, imrabbi fil-boskijiet u fil-muntanji, meta wasal iż-żmien u l-poter ippermettilu dan, tħarreġ fl-edukazzjoni tiegħu, u ġab miegħu t-teżori tal-għalqa fit-tmexxija u fiċ-ċirkoskrizzjoni. Tant kienu sbieħ il-Ġonna tal-Babilonja, li huwa maħsub li kien ħoloqhom hu". ==== Denominazzjoni tal-muniti ==== [[Stampa:KINGS of LYDIA. Time of Cyrus to Darios I. Circa 545-520 BC.jpg|daqsminuri|Il-verżjoni Akemenida tal-Croeseid, izzekkat f'Lidja, taħt it-tmexxija ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš'') lil Darius I (bil-Persjan Antik: 𐎭𐎠𐎼𐎹𐎺𐎢𐏁 ''Dārayavaʰuš''), għall-ħabta tal-545–520 Q.K. Il-munita tiżen 8.06 grammi biss, meta mqabbla mal-10.7 grammi standard tal-Croeseid oriġinali, li kienet l-ewwel munita tad-deheb fl-istorja tad-dinja, izzekkata mir-re Lidjan Croesus.]] L-użu tal-isem ''Kuruş'' bħala denominazzjoni tal-muniti għaz-zekkar tmur lura għas-seklu 6 Q.K., fi żmien il-Croeseid, l-ewwel munita tad-deheb fid-dinja, li oriġinarjament ġiet izzekkata mir-Re Croesus ta' Lidja. Il-Croeseid iktar 'il quddiem kompliet tiġi zekkata u nfirxet f'żona ġeografika wiesgħa permezz ta' Ċiru l-Kbir (bil-Persjan Antik: 𐎤𐎢𐎽𐎢𐏁 ''Kūruš''), il-fundatur tal-Imperu tal-Akemenidi, li għeleb lir-Re Croesus u ħakem lil Lidja fil-Battalja ta' Thymbra fil-547 Q.K. Ċiru (Kūruš) għamel il-Croeseid il-munita tad-deheb standard tal-imperu enormi tiegħu, u uża l-istess disinn tal-''[[iljun]] u l-barri'', iżda b'piż imnaqqas (8.06 grammi, minflok 10.7 grammi standard tal-verżjoni oriġinali maħruħa mir-Re Croesus) minħabba l-ħtieġa ta' ammonti akbar ta' dawn il-muniti, għal popolazzjoni ferm akbar. === Drittijiet tal-bniedem u multikulturaliżmu === ==== Ċilindru ta' Ċiru ==== [[Stampa:Cyrus Cylinder.jpg|daqsminuri|Iċ-Ċilindru ta' Ċiru fil-Mużew Brittaniku.]] Wieħed mill-ftit sorsi eżistenti ta' informazzjoni li jista' jiġi datat direttament għal żmien Ċiru huwa ċ-Ċilindru ta' Ċiru (bil-Persjan: استوانه کوروش), li huwa dokument fil-forma ta' ċilindru tat-tafal bil-kitba kunejformi Akkadjana. Kien tpoġġa fil-pedamenti ta' Esagila (it-tempju ta' Marduk fil-Babilonja) bħala depożitu tal-pedamenti wara l-ħakma Persjana fil-539 Q.K. Ġie skopert fl-1879 u llum jinżamm fil-[[Mużew Brittaniku]] f'[[Londra]]. It-test taċ-ċilindru jikxef lir-re Babiloniż depost Nabonidus bħala bla ħniena u jiddeskrivi lil Ċiru bħala wieħed li jogħġob lill-alla ewlieni Marduk. Jiddeskrivi kif Ċiru kien tejjeb il-[[ħajja]] taċ-ċittadini tal-Babilonja, ħa ħsieb ir-ripatrijazzjoni tal-popli spostati u rrestawra t-tempji u s-santwarji. Għalkemm ma tissemmiex b'mod speċifiku fit-test, ir-ripatrijazzjoni tal-Lhud mill-"jasar Babiloniż" tagħhom ġiet interpretata bħala parti minn din il-politika ġenerali. Fis-snin 70 tas-seklu 20, ix-Shah tal-Iran adotta ċ-ċilindru ta' Ċiru bħala simbolu politiku, u użah "bħala immaġni ċentrali fiċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-2,500 sena tal-monarkija Iranjana", u asserixxa li kienet "l-ewwel karta tad-drittijiet tal-bniedem fl-istorja". Dan il-ħsieb ġie kkontestat minn uħud bħala "pjuttost anakronistiku" u kontroversjali, peress li l-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem kien ikun pjuttost aljen għall-kontemporanji ta' Ċiru u ma jissemmiex miċ-ċilindru. Minkejja dan, iċ-ċilindru ġie meqjus bħala parti mill-identità kulturali tal-Iran. In-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat dan l-artefatt bħala "dikjarazzjoni tal-qedem tad-drittijiet tal-bniedem" fl-1971, bl-approvazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' dak iż-żmien [[Sithu U Thant]], wara li "ngħata replika mingħand oħt ix-Shah tal-Iran". Il-Mużew Brittaniku jiddeskrivi ċ-ċilindru bħala "strument ta' propaganda tal-Mesopotamja tal-qedem" li "jirrifletti tradizzjoni twila fil-Mesopotamja, fejn diġà mit-tielet millenju Q.K., ir-rejiet kienu jibdew ir-renji tagħhom b'dikjarazzjonijiet ta' riformi". Iċ-ċilindru jenfasizza l-kontinwità ta' Ċiru mal-mexxejja Babiloniżi ta' qabel, u jasserixxi l-virtù tiegħu bħala re Babiloniż tradizzjonali filwaqt li jċekken lill-predeċessur tiegħu. [[Neil MacGregor]], id-Direttur tal-Mużew Brittaniku, stqarr li ċ-ċilindru kien "l-ewwel tentattiv li nafu bih dwar it-tmexxija ta' soċjetà, stat b'nazzjonalitajiet u twemmin differenti – tip ġdid ta' infrastruttura statali". Huwa spjega li "Ġie deskritt bħala l-ewwel dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filwaqt li dan qatt ma kien il-ħsieb tad-dokument – il-kunċett modern tad-drittijiet tal-bniedem qajla kien jeżisti fid-dinja tal-qedem – sar jirrappreżenta t-tamiet u l-aspirazzjonijiet ta' bosta". === Reliġjon u filosofija === ==== Preżenza taż-Żoroastrijaniżmu fl-affarijiet statali tal-Akemenidi ==== [[Stampa:Cyrus the Great with General Harpagus (18th century).jpg|daqsminuri|Ċiru l-Kbir (fin-nofs), flimkien mal-ġeneral tiegħu, Harpagus, warajh, kien jingħata s-sottomissjoni tar-re ta' Medija Astyages (tapizzerija tas-seklu 18).]] L-Iranologu [[Franza|Franċiż]] [[Pierre Briant]] kiteb li, minħabba n-nuqqas kbir ta' informazzjoni li għandna, "huwa pjuttost tentattiv traskurat li nippruvaw nagħmlu rikostruzzjoni ta' x'setgħet kienet ir-reliġjon ta' Ċiru". Hemm dibattitu wkoll dwar jekk kienx ta' fidi Żoroastrijana jew jekk iż-Żoroastrijaniżmu jibdiex ikun involut bħala r-reliġjon statali tal-Akemenidi wara ħajtu. L-evidenza favur dan ġejja mill-ismijiet tal-membri tal-familja ta' Ċiru, u hemm similaritajiet bejn id-deskrizzjoni ta' Yahweh f'Iżaija 40–48 (jiġifieri wara li Iżaija ġie f'kuntatt ma' propagandist Persjan taħt l-amministrazzjoni ta' Ċiru li kien Żoroastrijan) u dik ta' Ahura Mazda fil-Gathas. Kontra din it-teżi huwa l-mod kif Ċiru ppermetta libertà totali tar-reliġjon u pprovda finanzjament għall-istabbiliment tat-tempji u ta' siti imqaddsa oħra, kif ukoll id-data x'aktarx iktar tard tal-attività tal-profeta Iranjan Żoroaster, li stabbilixxa ż-Żoroastrijaniżmu. ==== Tolleranza u libertà tar-reliġjon ==== Il-politiki ta' Ċiru fir-rigward tat-trattament tar-reliġjonijiet li kienu tal-minoranzi huma ddokumentati f'bosta rakkonti storiċi, b'mod partikolari f'sorsi Babiloniżi u Lhud. Ċiru kellu politika ġenerali ta' tolleranza reliġjuża fl-imperu enormi kollu tiegħu. Jiġi kkontestat jekk din kinitx politika ġdida jew kontinwazzjoni tal-politiki segwiti mill-Babiloniżi u mill-Assirjani (kif isostni l-istoriku Amerikan [[Lester Grabbe]]). Huwa ġab il-paċi għall-Babiloniżi u jingħad li żamm l-armata tiegħu 'l bogħod mit-tempji u rrestawra l-istatwi tal-allat Babiloniżi fis-santwarji tagħhom. ==== Fidi personali u prattiki ta' Ċiru ==== L-informazzjoni dwar ir-reliġjon u r-ritwali matul ir-renju ta' Ċiru hija disponibbli wkoll miċ-''Ċiropedija'' ta' Xenophon, minn ''L-Istorji'' ta' Erodotu, u mill-kitbiet imnaqqxa, għalkemm dawn inkitbu f'perjodi iktar tard u għaldaqstant iridu jintużaw bir-reqqa. Iċ-Ċilindru ta' Ċiru sar f'isem Ċiru bih bħala l-kelliem fl-ewwel persuna. Iċ-ċilindru huwa reliġjuż ħafna u huwa msejjes madwar l-interventi tal-alla nazzjonali Babiloniż Marduk. Huwa Marduk li jitfaħħar mill-bidu nett tat-test u l-intervent dirett tiegħu huwa maħsub li kien responsabbli għal dak li ġara fl-istorja reċenti, u huwa Marduk li jikkonvoka lil Ċiru bit-tir li jagħmel tajjeb għall-għemil ħażin tal-predeċessur tiegħu Nabonidus. Barra minn hekk, Ċiru juri rispett mhux biss lill-qima ta' Marduk, iżda anke lil kull qima lokali oħra. Kitba mnaqqxa minn [[Uruk]] tistqarr "(Ċiru) iħobb lil Esangil u Ezida", filwaqt li oħra minn [[Ur]] issemmi li huwa "rritorna l-allat fis-santwarji tagħhom". Oħra mill-Babilonja jew minn Sippar tgħid li għad-differenza ta' Nabonidus, Ċiru għamel sagrifiċċji għall-allat u saħansitra żiedhom. Informazzjoni affidabbli oħra jaf tiġi mid-drawwiet funebri madwar il-qabar ta' Ċiru, li jindikaw il-qima privileġġata u l-għoti ta' ġieħ lill-alla Iranjan Mitra. Uħud identifikaw ukoll il-figura f'bassoriljiev minn Pasargadae bħala Mitra, li tkompli tindika r-reverenza ta' Ċiru għal din id-divinità. Evidenza addizzjonali tindika wkoll ir-rabta bejn Ċiru u Mitra. ==== Liberazzjoni tal-poplu Lhudi ==== It-trattament tal-poplu Lhudi min-naħa ta' Ċiru waqt li kien fl-eżilju fil-Babilonja, wara li r-re Babiloniż [[Nebuchadnezzar II]] qered ir-Renju ta' Ġuda, jiġi rrapportat fil-Bibbja bl-Ebrajk (jew it-[[Testment il-Qadim]]). Ċiru jiġi rrappreżentat b'mod pożittiv u bħala aġent ta' Yahweh, minkejja li jingħad li "ma jafx lil" Yahweh (Iżaija 45:4–5). Il-Ketuvim jintemm fit-Tieni Kronaka bid-digriet ta' Ċiru, li rritorna l-eżiljati sal-Art ta' Iżrael mill-Babilonja u kkummissjona r-rikostruzzjoni tat-Tempju f'Ġerusalemm fid-dawl tat-Tempju ta' Salamun li kien inqered mill-armati Babiloniżi.
Għaldaqstant Ċiru, ir-re tal-Persja, qal: Il-Mulej, l-Alla tal-Ġenna, tani r-renji kollha tal-art; u HU tani l-kompitu li nibnilu tempju f'Ġerusalemm, fil-Ġudea. Dawk kollha fostkom li jagħmlu parti mill-poplu Tiegħu – il-Mulej, Alla miegħu, ħallieh imur hemmhekk. – (2 Kronaki 36:23)
Dan l-editt jinsab ukoll bis-sħiħ fil-Ktieb ta' Eżra.
Fl-ewwel sena tar-Re Ċiru, Ċiru ħareġ digriet: "Rigward id-dar ta' Alla f'Ġerusalemm, dan it-tempju, il-post fejn jiġu offruti s-sagrifiċċji, se jinbena mill-ġdid u l-pedamenti tiegħu se jinżammu, b'għoli ta' 60 kubit u b'wisa' ta' 60 kubit; bi tliet saffi ta' ġebel kbir u saff tal-[[injam]]. Il-kost ta' dan kollu se jitħallas mit-teżor irjali. Il-[[pożati]] tad-deheb u tal-fidda tad-dar ta' Alla, li Nebuchadnezzar ħa mit-tempju f'Ġerusalemm, se jerġgħu jittieħdu lejn il-Babilonja f'posthom, fit-tempju ta' Ġerusalemm; u intom se tpoġġuhom fid-dar ta' Alla". – (Eżra 6:3–5)
Il-Lhud onorawh bħala re dinjituż u twajjeb. F'silta mill-Bibbja, Iżaija jirreferi għalih bħala l-Messija (litteralment 'il-midluk Tiegħu") (Iżaija 45:1), u b'hekk kien l-unika fost il-Ġentili li ġie msejjaħ hekk. F'Iżaija wkoll, Alla jiġi deskritt li qed jgħid, "Se nrabbi lil Ċiru fit-tjubija tiegħi: se nwittilu l-mogħdijiet kollha tiegħu. Huwa se jerġa' jibni l-belt tiegħi u se jillibera l-eżiljati tiegħi, iżda mhux għal prezz jew premju, jgħid [[Alla l-Missier|Alla]] li jista' kollox". (Iżaija 45:13) Kif jissuġġerixxi t-test, Ċiru fl-aħħar mill-aħħar illibera n-nazzjon ta' Iżrael mill-eżilju mingħajr kumpens jew tribut. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi moderni jaħsbu li dawn is-siltiet partikolari (Iżaija 40–55, spiss deskritt bħala d-''Dewtero-Iżaija'') żdiedu minn awtur ieħor lejn l-aħħar tal-eżilju fil-Babilonja (għall-ħabta tal-536 Q.K.). Josephus, l-ewwel storiku Lhudi tas-seklu 1, jirrakkonta l-fehma tradizzjonali tal-Lhud rigward it-tbassir ta' Ċiru f'Iżaija fl-''Antikitajiet tal-Lhud'', il-ktieb 11, il-kapitlu 1:
Fl-ewwel sena tar-renju ta' Ċiru, li kienet is-sebgħin waħda mill-jum li l-poplu tagħna tneħħa minn artu stess u ttieħed fil-Babilonja, Alla ħenn għall-qagħda u għax-xorti ta' dan il-poplu fqir, skont it-tbassir tiegħu mill-profeta Ġeremija, qabel il-qerda tal-belt, li wara Nebuchadnezzar u l-legat tiegħu, u wara sebgħin sena ta' eżilju, huwa kien jerġa' jwassalhom fl-art ta' missirijiethom, u għandhom jibnu t-tempju tagħhom, u jgawdu l-prosperità li kellhom fil-qedem. Dawn l-affarijiet Alla żamm magħhom; sawwar moħħ Ċiru, u wassal biex huwa jikteb dan mal-Asja kollha: "Ċiru r-Re jgħid dan li ġej: Ladarba Alla li jista' kollox ħatarni bħala r-re ta' din l-art, jiena nemmen li huwa dak l-Alla li jqim in-nazzjon ta' Iżraeliti; għax tabilħaqq huwa bassar ismi permezz tal-profeti, u li jien għandi nibnilu dar f'Ġerusalemm, fil-Ġudea". Dan Ċiru sar jafu billi qara l-ktieb li Iżaija ħalla warajh bil-profeziji tiegħu; dan il-profeta qal li Alla kien qallu dan fi xbieha sigrieta: "Ir-rieda tiegħi hi li Ċiru, li jiena ħtart bħala r-re ta' bosta nazzjonijiet kbar, jerġa' jibgħat il-poplu Tiegħi lura f'artu stess, u jibnili t-tempju Tiegħi". Dan jitbassar minn Iżaija mija u erbgħin sena qabel il-qerda tat-tempju. Għalhekk, meta Ċiru qara dan, u ammira s-setgħa divina, ħakmitu xewqa u ambizzjoni kbira li jwettaq dak li kien miktub; għaldaqstant sejjaħ għall-iżjed Lhud eminenti li kienu fil-Babilonja, u qalilhom li tahom il-permess li jerġgħu lura f'pajjiżhom, u biex jerġgħu jibnu l-belt tagħhom, Ġerusalemm, u t-tempju ta' Alla, u li hu kien se jkun l-assistent tagħhom, u li kien se jikteb lill-mexxejja u lill-gvernaturi ġirien tal-Ġudea, biex jikkontribwixxu b'deheb u b'fidda għall-kostruzzjoni tat-tempju, u apparti minn hekk, jagħtuhom bhejjem għas-sagrifiċċji tagħhom.
Filwaqt li Ċiru jiġi mfaħħar fit-Tanakh (Iżaija 45:1–6 u Eżra 1:1–11), kien hemm kritika Lhudija fil-konfront tiegħu wara li gidbulu l-Kutiti, li riedu jwaqqfu l-kostruzzjoni tat-Tieni Tempju. Huma akkużaw lil-Lhud li kienu qed jikkonfoffaw biex jirribellaw, għalhekk min-naħa tiegħu Ċiru waqqaf il-kostruzzjoni, li ma tlestietx qabel il-515 Q.K., matul ir-renju ta' Darius I. Skont il-Bibbja, kien ir-Re Artaxerxes li kien konvint li jwaqqaf il-kostruzzjoni tat-tempju f'Ġerusalemm (Eżra 4:7–24). [[Stampa:Rembrandt Harmensz. van Rijn (Dutch - Daniel and Cyrus before the Idol Bel - Google Art Project.jpg|daqsminuri|Pittura ta' Danjel u Ċiru quddiem id-divinità Bel.]] In-natura storika ta' dan id-digriet ġiet ikkontestata. Il-Professur Lester L. Grabbe jargumenta li ma kien hemm l-ebda digriet iżda kien hemm politika li kienet tippermetti lill-eżiljati jirritornaw lejn arthom u jerġgħu jibnu t-tempji tagħhom. Huwa jargumenta wkoll li l-arkeoloġija tissuġġerixxi li r-ritorn sar "bil-mod il-mod", matul x'aktarx diversi deċennji, u rriżulta f'popolazzjoni massima ta' x'aktarx 30,000 ruħ. [[Philip R. Davies]] sejjaħ l-awtentiċità tad-digriet bħala waħda "dubjuża", u kkwota lil Grabbe u żied li l-argumentazzjoni kontra "l-awtentiċità ta' Ezra 1.1–4 waslet mingħand J. Briend, f'dokument mogħti lill-Institut Catholique de Paris fil-15 ta' Diċembru 1993, li jiċħad li huwa simili għall-forma ta' dokument uffiċjali iżda pjuttost jirrifletti lingwaġġ idjomatiku profetiku Bibbliku". Mary Joan Winn Leith temmen li d-digriet f'Eżra jaf huwa awtentiku u flimkien maċ-Ċilindru ta' Ċiru, bħall-mexxejja bikrin, Ċiru permezz ta' dawn id-digrieti kien qed jipprova jikseb l-appoġġ mingħand dawk li setgħu kienu strateġikament importanti, b'mod partikolari dawk qrib l-Eġittu li xtaq jaħkem. Hija kitbet ukoll li "l-appelli lil Marduk fiċ-ċilindru u lil Yahweh fid-digriet Bibbliku juru t-tendenza Persjana li jappoġġaw it-tradizzjonijiet reliġjużi u politiċi lokali fl-interess tal-kontroll imperjali". ==== Allużjoni teorika fl-iskrittura [[Iżlam|Iżlamika]] ==== Fis-seklu 19, għadd ta' studjużi Musulmani Indjani prominenti bdew joħorġu b'teoriji li Ċiru l-Kbir huwa l-individwu msemmi fil-[[Koran]] bħala Dhu al-Qarnayn, li jiġi deskritt bħala wieħed li jivvjaġġa lejn il-Punent u lejn il-Lvant (lejn il-"postijiet fejn tinżel u titla' x-xemx") u jtella' barriera kbira li tissepara poplu mħasseb minn "Ya'juj u Ma'juj" għall-ħlas ta' tribut, u din il-barriera donnha kienet destinata li żżommhom issiġillati sal-ħelsien tagħhom li jservi bħala sinjal ta' tmiem id-dinja u Jum il-Ħaqq. Din it-teorija ġiet promossa għall-ewwel darba minn Syed Ahmad Khan (1817–1898) u mbagħad minn Maulana Abul Kalam Azad (1888–1958), u sussegwentement iġġenerat aċċettazzjoni usa' fost xi komunitajiet Musulmani matul is-snin. Din it-teorija ġiet proposta fl-1855 mill-filologu Ġermaniż [[Gustav Moritz Redslob]], iżda fil-biċċa l-kbira ma ntlaqgħetx fid-dinja tal-Punent. Il-maġġoranza tal-istudjużi tal-Punent tar-reliġjon minflok appoġġaw teoriji iktar popolari fil-mitoloġija Iżlamika tradizzjonali li jidentifikaw lil Dhu al-Qarnayn jew bħala r-re Grieg Alessandru Manju jew ċertu re [[Għarab|Għarbi]] pre-Iżlamiku. == Referenzi == [[Kategorija:Monarki]] [[Kategorija:Iran]] [[Kategorija:Twieldu fis-600 Q.K.]] [[Kategorija:Mietu fil-530 Q.K.]] 0p0glyfoqjmxg1789l7l4dj8xio8c1f