Wikipedija mtwiki https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali MediaWiki 1.47.0-wmf.11 first-letter Medja Speċjali Diskussjoni Utent Diskussjoni utent Wikipedija Diskussjoni Wikipedija Stampa Diskussjoni stampa MediaWiki Diskussjoni MediaWiki Mudell Diskussjoni mudell Għajnuna Diskussjoni għajnuna Kategorija Diskussjoni kategorija Portal Diskussjoni portal TimedText TimedText talk Module Module talk Event Event talk Tanġier 0 31526 331138 303873 2026-07-16T21:08:09Z ~2026-40062-84 28489 /* */ 331138 wikitext text/x-wiki {{Infobox city}} '''Tanġier''' (pronunzjata: m/tænˈdʒɪər/ ''tan-JEER''; spelluta wkoll '''Tanġeri'''; bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Tangier''; bl-[[Lingwa Għarbija|Għarbi]]: طنجة, b'ittri Rumani: ''Ṭanjah'', [tˤandʒa], [tˤanʒa]; bil-lingwi Berberi: ⵟⴰⵏⵊⴰ, b'ittri Rumani: ''Ṭanja'') hija belt fil-Majjistral tal-[[Marokk]], mal-kosti tal-[[Mediterran|Baħar Mediterran]] u l-[[Oċean Atlantiku]]. Tanġier hija l-[[belt kapitali]] tar-reġjun ta' Tanġier-[[Tétouan|Tetouan]]-Al Hoceima, kif ukoll tal-Prefettura ta' Tanġier-Assilah fil-Marokk. Bosta ċiviltajiet u [[Kultura|kulturi]] influwenzaw l-[[Storja|istorja]] ta' Tanġier, saħansitra minn qabel is-seklu 10 [[Ante Christum natum|Q.K]]. Tanġier bdiet bħala raħal u ċentru kummerċjali strateġiku tal-[[Feniċi]], u kienet salib it-toroq kruċjali għal bosta kulturi. Fl-1923 saret żona internazzjonali ġestita minn setgħat kolonjali u saret destinazzjoni għal bosta diplomatiċi, spjuni, nonkonformisti, [[Kittieb|kittieba]] u negozjanti [[Ewropa|Ewropej]] u [[Stati Uniti|Amerikani]]. Dak l-istatus intemm bl-indipendenza tal-Marokk, f'fażijiet gradwali bejn l-l-1956 u l-1960. Sal-bidu tas-seklu 21, Tanġier għaddiet minn żvilupp u modernizzazzjoni rapidi. Fost il-proġetti li saru hemm proġetti għat-turiżmu tul il-bajja, distrett kummerċjali modern imsejjaħ Ċentru tal-Belt ta' Tanġier, terminal tal-ajruport, u grawnd tal-[[futbol]]. L-ekonomija ta' Tanġier mistennija tgawdi ferm mill-port Mediterran ta' Tanġier (magħruf ukoll bħala l-port ta' Tanġier-Med). == Ismijiet == L-isem [[Kartaġiniżi|Kartaġiniż]] tal-belt ġie rreġistrat b'diversi modi, fosthom bħala tng (bil-Puniku: 𐤕𐤍𐤂), tngʾ (𐤕𐤍𐤂𐤀),<ref>Ghaki, Mansour (2015), "Toponymie et Onomastique Libyques: L'Apport de l'Écriture Punique/Néopunique", ''La Lingua nella Vita e la Vita della Lingua: Itinerari e Percorsi degli Studi Berberi'', Studi Africanistici: Quaderni di Studi Berberi e Libico-Berberi, vol. No. 4, Naples: Unior, pp. 65–71, ISBN <bdi>978-88-6719-125-3</bdi>, ISSN 2283-5636.</ref> tyngʾ (𐤕𐤉𐤍𐤂𐤀),<ref>Head, Barclay; et al. (1911), "Mauretania", ''Historia Numorum'' (2nd ed.), Oxford: Clarendon Press, p. 887 ff.</ref> u ttgʾ (𐤕𐤕𐤂𐤀); dawn jidhru f'sorsi Griegi u [[Imperu Ruman|Rumani]] bħala '''Tenga''', '''Tinga''' u '''Titga'''.<ref>Pétridés, Sophron (1913), "Tingis", ''Catholic Encyclopedia'', vol. XIV, New York: Encyclopedia Press.</ref> L-isem Berberu tal-qedem kien ''Tingi'' (ⵜⵉⵏⴳⵉ), li Ruiz jikkollega mal-isem Berberu ''tingis'', li jfisser "marġ".<ref>Ruiz, Ana (2012), ''Medina Mayrit: The Origins of Madrid'', [[Belt ta' New York|New York]]: Algora Publishing, ISBN 9780875869254. p. 208.</ref> Iktar 'il quddiem il-Griegi sostnew li ''Tingís'' (bil-Grieg: Τιγγίς) kienet issemmiet hemm għal Tinjis, bint it-titan Atlas, li jingħad li suppost rifed il-volta tal-ġenna fil-qrib. Imbagħad il-[[Lingwa Latina|Latin]] '''Tingis''' żviluppa fl-isem bil-[[Lingwa Portugiża|Portugiż]] ''Tânger'', bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] ''Tánger'', u bil-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]] ''Tanger'', li mbagħad wasslu għall-Ingliż ''Tangier'' u/jew ''Tangiers''. L-isem Għarbi u Berberu modern tal-belt hu ''Ṭanjah'' (طَنجة, ⵟⴰⵏⴵⴰ). L-istoriku Marokkin [[Ahmed Toufiq]] iqis li l-isem "Tingi" għandu l-istess [[etimoloġija]] bħal ''Tinghir'', u huwa magħmul minn "Tin", li huwa prefiss femminil li jista' jiġi [[Traduzzjoni|tradott]] bħala "sid" jew "hi li", u "gi" li oriġinarjament jaf kienet "ig", li tfisser "post fil-għoli". Dan jikkorrispondi għall-frażi popolari Marokkina ''Tanja l-ɛalya'' (Tanġier l-Għolja), li jaf hija fdal tat-tifsira oriġinali, kif ukoll referenza għall-pożizzjoni fl-għoli ta' Tanġier. Kostruzzjoni simili tista' tinstab fl-isem ta' ''Tinmel'', l-ewwel belt kapitali tal-Almoħadin, li hija komposta minn "Tin" u "Amlel", li jfissru "fil-bażi tal-muntanja" jew "f'pożizzjoni fil-baxx". Tanġier kienet magħrufa formalment bħala '''''Colonia Julia Tingi''''' (il-"Kolonja Ġiljaniża ta' Tingis") wara li ġiet elevata għall-istatus ta' kolonja matul l-Imperu Roman. Il-laqmijiet "Għarusa tat-Tramuntana" u "Bieb l-[[Afrika]]" jagħmlu referenza għall-pożizzjoni tagħha fil-Majjistral imbiegħed tal-Afrika qrib l-Istrett ta' [[Ġibiltà]]. == Storja == === Żmien il-Qedem === Tanġier ġiet stabbilita bħala kolonja tal-Feniċi, x'aktarx diġà fis-seklu 10 Q.K. u kważi ċertament sas-seklu 8 Q.K. Il-maġġoranza tal-oqbra Berberi madwar Tanġier kellhom ġojjellerija Punika sas-seklu 6 Q.K., li jindika l-kummerċ abbundanti li kien hemm sa dak iż-żmien. Il-Kartaġiniżi żviluppaw il-belt bħala port importanti tal-imperu sas-seklu 5 Q.K. X'aktarx li kienet involuta fl-ispedizzjonijiet ta' [[Hanno n-Navigatur]] tul il-kosta tal-Punent tal-Afrika. Il-belt kienet ilha tippreserva t-tradizzjonijiet Feniċi tagħha, u ħarġet muniti tal-bronż taħt ir-rejiet tal-[[Mawritanja]] b'kitba Punika u oħrajn taħt ir-Rumani bl-irjus ta' [[Awgustu]] u [[Agrippa]] u bil-kitba bil-Latin u x-xbieha tad-divinità Kananita Baal fuq in-naħa ta' wara. Xi edizzjonijiet ta' [[Prokopju]] jsostnu li l-isteli Puniċi tiegħu kienu f'Tingis iktar milli f'Tigisis; madankollu, fi kwalunkwe każ, l-eżistenza tagħhom hija tassew dubjuża. Il-Griegi kienu jirreferu għal din il-belt bħala Tingis, u b'xi modifiki rreġistraw il-leġġendi Berberi tal-istabbiliment tagħha. Jingħad li Tinjis, bint Atlas u l-armla ta' Anteus, raqdet ma' Erkole u miegħu kellha lil binhom Sifaks. Wara l-[[mewt]] ta' Tinjis, Sifaks imbagħad stabbilixxa l-port u semmieh għaliha. L-iskeletru ġgantesk u l-qabar ta' Anteus kienu attrazzjonijiet turistiċi għall-viżitaturi antiki. Mill-Għerien ta' Erkole, fejn jingħad li straħ f'Kap Spartel wara li stinka, għad hemm għar. Tingis sfat taħt il-kontroll tal-alleat tar-Rumani, il-Mawritanja, matul il-[[Gwerer Puniċi]]. [[Q. Sertorius]], fil-gwerra tiegħu kontra r-reġim ta' Sulla f'[[Ruma]], ħa u żamm lil Tingis għal għadd ta' snin fis-snin 70 Q.K. Sussegwentement ġiet irritornata lill-Mawritanja iżda ġiet stabbilita bħala belt ħielsa repubblikana matul ir-renju ta' [[Bocchus III]] fit-38 Q.K. Tingis ingħatat ċerti privileġġi muniċipali taħt Awgustu u saret kolonja Rumana taħt [[Klawdju]], li għamilha belt kapitali provinċjali ta' ''Mauretania Tingitana''. Bis-saħħa tal-291 riforma ta' [[Dijoklezjanu]], saret is-sede ta' konti (''comes'') u tal-gvernatur ta' Tingitana (''praeses''). Fl-istess żmien, il-provinċja ċkienet għal ftit iktar mill-portijiet tul il-kosta u, minħabba l-Persegwitazzjoni l-Kbira, f'Tingis kien hemm ukoll bosta martirji bil-qtugħ ir-ras tal-qaddisin Marċellus u Kassjanu fil-298. Tingis baqgħet l-ikbar insedjament fil-provinċja tagħha fis-seklu 4 u żviluppat ferm. === Żmien Medjevali === [[File:Ruines_de_Tingis_1.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Ruines_de_Tingis_1.jpg|lemin|daqsminuri|Fdalijiet tal-ħitan Rumani ta' Tingis.]] X'aktarx mistiedna mill-[[Konti Bonifazju]], li beża' li jkun hemm gwerra mal-imperatriċi armla, għexieren ta' eluf ta' [[Vandali]] taħt [[Gaiseric]] qasmu fit-Tramuntana tal-Afrika fl-429 u okkupaw lil Tingis u l-Mawritanja, saħansitra fil-Lvant imbiegħed sa Calama. Meta Bonifazju sar jaf li hu u l-imperatriċi kienu ġew manipolati kontra xulxin minn [[Aetius]], huwa pprova jġiegħel lill-Vandali jerġgħu lura lejn Spanja iżda minflok ġarrab telfa f'Calama fl-431. Il-Vandali tilfu l-kontroll ta' Tingis u tal-kumplament tal-Mawritanja f'diversi rvellijiet tal-Berberi. [[File:Prima_Affrice_Tabula.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Prima_Affrice_Tabula.jpg|lemin|daqsminuri|L-ewwel mappa Afrikana ta' Tolomew, li turi il-''Mauretania Tingitana'' Rumana.]] Tingis reġgħet inħakmet minn [[Belisarius]], il-ġeneral tal-imperatur Biżantin Ġustinjanu I fil-533 bħala parti mill-Gwerra tal-Vandali. Madankollu, l-amministrazzjoni provinċjali l-ġdida ġiet ittrasferita lejn bażi iktar difendibbli f'Septem (illum il-ġurnata Ceuta). Il-kontroll Biżantin x'aktarx li ċeda taħt il-pressjoni minn Spanja Viżigota għall-ħabta tas-618. Il-Konti Ġiljan ta' Ceuta jingħad li mexxa l-aħħar difiżi ta' Tanġier kontra l-invażjoni Musulmana tat-Tramuntana tal-Afrika. Ir-[[Romantiċiżmu]] Medjevali sarraf it-tradiment tal-Kristjaneżmu tiegħu f'vendetta personali kontra r-re Rodrigu tal-Viżigoti rigward l-unur ta' bintu, iżda Tanġier żgur li ġiet assedjata mill-qawwiet ta' Musa bin Nusayr bejn is-707 u s-711. Meta vvjaġġa lejn in-Nofsinhar mill-Marokk ċentrali, huwa ordna lir-rappreżentant tiegħu f'Tanġier Tariq ibn Zayid, il-''mawla'' tiegħu, iniedi l-bidu tal-invażjoni Musulmana ta' Spanja. Uqba ibn Nafi spiss jiġi akkreditat, għalkemm bi żball, bil-ħakma ta' Tanġier minn storiċi Medjevali, iżda bis-saħħa biss tal-kummissjoni ta' Musa iktar 'il quddiem permezz ta' Al-Walid I. [[File:Tangier4.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Tangier4.JPG|lemin|daqsminuri|Id-daħla tal-medina ta' Tanġier.]] Taħt l-Umajjad, Tanġier kienet il-belt kapitali tad-distrett Marokkin (''Magreb al-Aqsa'' jew ''al-Udwa'') tal-provinċja tal-Afrika (''Ifriqiya''). Madankollu, il-ħakma tal-Magreb u ta' Spanja bdiet prinċipalment bħala sensiela ta' attakki għall-iskjavi u għas-serq tar-rikkezzi, u t-tmexxija tal-kalifat baqgħet tittratta lill-Berberi kollha bħala pagani jew skjavi għal skopijiet ta' taxxi, saħansitra wara li kkonvertew għalkollox għall-Iżlam. Fl-inħawi madwar Tanġier, dawn it-taxxi odjużi kienu jitħallsu l-iktar permezz ta' skjavi femminili jew laħam tari tal-ħrief li kien jinkiseb billi n-[[Nagħġa|nagħġiet]] tqal kienu jissawtu sabiex iwelldu qabel iż-żmien. Il-gvernatur Yazid inqatel mill-gwardjani Berberi li kien immarka bħala skjavi permezz ta' tpinġijiet fuq il-ġilda tagħhom għall-ħabta tas-720, u għall-ħabta tas-snin 30 tas-seklu 8 trattament simili mill-Gvernatur Ubayd Allah u al-Muradi, ir-rappreżentant tiegħu f'Tanġier, ipprovoka r-Rewwixta tal-Berberi. Ispirati mill-ereżija Kariġita egalitarja, il-[[Bargawata]] u oħrajn taħt Maysara al-Matghari ħatfu lil Tanġier fis-sajf tas-740. Fil-Battalja tan-Nobbli fil-periferiji tal-belt xi ftit xhur wara, is-sostitut ta' Maysara [[Khalid ibn Hamid]] immassakra l-eqqel nobbli Għarab fit-Tramuntana tal-Afrika. Il-Kaliff Hisham inkorla u ordna attakk minn armata sekondarja li ddeskriva "li tibda minn fejn tinsab u tispiċċa fejn jinsab hu", iżda din l-armata ġarrbet telfa f'Bagdoura s-sena ta' wara. Il-Bargawata ġew ikkonċentrati iktar lejn in-Nofsinhar tul il-kosta Atlantika, u l-inħawi madwar Tanġier spiċċaw f'kaos sas-785. Ir-refuġjat Għarbi [[Xigħa|Xiit]] Idris wasal f'Tanġier qabel ma baqa' sejjer iktar lejn in-Nofsinhar, u bis-saħħa taż-żwieġ mat-tribujiet lokali madwar Moulay Idriss u bl-armata li stabbilixxa, din tal-aħħar, fost ħakmiet oħra, ħakmet lil Tanġier għall-ħabta tas-790. Matul id-diviżjoni tas-sultant li seħħet mal-mewt ta' Idris II, Tanġier spiċċat f'idejn ibnu Qasim fit-829. Ftit wara ttieħdet minn ħu Qasim, Umar, li rrenja sa mewtu fit-835. Iben Umar, Ali, sar is-sultan (li rrenja fit-874-883), l-istess bħal iben Qasim, Yahya, warajh (li rrenja mit-880 sad-904), iżda ggvernaw minn Fes. Il-kaliff Fatimid [[Abdullah al-Madhi]] beda jinterferixxi fil-Marokk fil-bidu tas-seklu 10, u b'hekk wassal biex l-emir Umajjad ta' Cordoba jipproklama lilu nnifsu kaliff u beda jappoġġa l-azzjoni ta' rappreżentanti f'ismu kontra r-rivali tiegħu. Huwa għen lill-Berberi ta' Magrawa jgħelbu lil [[Melilla]] fid-927, lil Ceuta fid-931, u lil Tanġier fid-949. Il-gvernatur ta' Tanġier sussegwentement sar il-kap tat-territorji u tal-alleati Marokkini ta' Cordoba. Ali ibn Hammud, li sar il-gvernatur ta' Cordoba għal Ceuta fl-1013, ħa vantaġġ mill-gwerer ċivili fl-inħawi biex jaħkem lil Tanġier u lil [[Málaga]] qabel ma għeleb lil Cordoba stess u pproklama lilu nnifsu kaliff fl-1016. L-alleat Bargawata tiegħu [[Rizḳ Allāh]] imbagħad tħalla jirrenja minn Tanġier b'awtonomija ġenerali. Yusuf ibn Tashfin ħataf lil Tanġier għall-Almoravidi fl-1077. Il-belt spiċċat f'idejn l-Almoħadin ta' Abd al-Mumin fl-1147 u mbagħad iffjorixxiet taħt id-dinastija tiegħu, bis-saħħa tal-attività kbira fil-port tagħha. Bħal Ceuta, Tanġier inizjalment ma rrikonoxxietx il-Marinidi wara l-waqgħa tal-Almoħadin. Minflok, il-kap lokali Yusuf ibn Muħammed wiegħed il-lealtà tiegħu lill-Ħafsidi fit-Tuneżija u mbagħad lill-Abbasidi fil-Lvant qabel ma nqatel fis-665 AH (fl-aħħar tal-1266 jew fil-bidu tal-1267). Abu Yusuf Yaqub ġiegħel lil Tanġier turi l-lealtà lejh wara assedju ta' tliet xhur fl-1274. Is-seklu ta' wara kien żmien ikrah ta' rvelli u ta' diffikultajiet għall-belt. Matul dan iż-żmien, il-vjaġġatur Ibn Battuta twieled f'Tanġier fl-1304, u meta għalaq 20 sena telaq mid-dar biex jagħmel il-ħaġġ. Il-piraterija minn Tanġier u minn Salé bdiet tagħti fastidju lit-trasport marittimu fl-istrett u fit-Tramuntana tal-Atlantiku fl-aħħar tas-seklu 14. Pjanta parzjali tal-''kasbah'' Medjevali aħħarija nstabet f'dokument Portugiż li issa jinsab fl-Arkivji Militari tal-[[Żvezja|Iżvezja]] fi Stokkolma. === Żmien modern bikri === [[File:1680s_-_J._Oliver_-_Tangier.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:1680s_-_J._Oliver_-_Tangier.jpg|daqsminuri|Tanġier fis-seklu 17.]] Meta l-Portugiżi bdew l-espansjoni kolonjali tagħhom bit-teħid ta' Ceuta bħala tpattija għall-piraterija tagħha fl-1415, Tanġier dejjem kienet għan ewlieni tagħhom. Ma rnexxielhomx jaħtfuha fl-1437, fl-1458 u fl-1464, iżda okkupawha mingħajr oppożizzjoni fit-28 ta' Awwissu 1471 wara li l-gwarniġjon tagħha ħarab malli sar jaf bil-ħakma ta' Asilah. Bħal f'Ceuta, ikkonvertew il-moskea prinċipali fil-[[katidral]] tal-belt; dan kompla jiżżejjen b'diversi restawri matul l-okkupazzjoni tal-belt. Minbarra l-katidral, il-Portugiżi bnew djar bi stil Ewropew u monasteri u [[Kappella|kappelli]] Franġiskani u Dumnikani. Il-Wattasidi attakkaw lil Tanġier fl-1508, fl-1511 u fl-1515 iżda mingħajr ma kellhom suċċess. Fis-seklu 17, għaddiet mal-kumplament tad-dominji tal-Portugall taħt il-kontroll tal-Ispanjoli bħala parti mill-unjoni personali tal-kuruni iżda żammet il-gwarniġjon u l-amministrazzjoni Portugiżi. It-tmexxija Iberika damet sal-1661, meta ngħatat lir-Re [[Karlu II]] tal-[[Renju Unit|Ingilterra]] bħala parti mid-dota ta' [[Katerina ta' Braganza]]. F'Novembru waslet skwadra taħt l-ammirall u l-ambaxxatur [[Edward Montagu]]. Tanġier taħt l-Ingliżi, okkupata għalkollox f'Jannar 1662, ġiet imfaħħra minn Karlu bħala "ġojjell ta' valur immens fid-dijadema rjali" minkejja li l-Portugiżi kaxkru kull ma sabu qabel telqu, saħansitra — skont ir-rapport uffiċjali — "il-fjuri, it-twieqi u l-bibien". Tanġier ingħatat gwarniġjon u karta li għamlitha ugwali għal bliet Ingliżi oħra, iżda l-ordnijiet reliġjużi ġew esproprjati, ir-residenti Portugiżi kważi telqu għalkollox, u l-Lhud tal-belt tkeċċew ukoll minħabba beżgħat marbuta mal-lealtà tagħhom. Sadanittant, ir-Riġment ta' Tanġier kien kważi l-ħin kollu qed jiġi attakkat miċ-ċittadini lokali li qiesu lilhom infushom bħala ''mujahideen'' li qed jiġġieldu gwerra mqaddsa. Il-mexxej prinċipali tagħhom kien [[Khadir Ghaïlan]] (magħruf fost l-Ingliżi bħala "Gayland" jew "Guyland") tat-tribù ta' Banu Gurfat, u l-Konti ta' Peterborough ipprova jixtrih. Finalment, it-tregwa damet biss għal part mill-1663 u mill-1664; fl-4 ta' Mejju tal-1664, il-Konti ta' Teviot u madwar 470 membru tal-gwarniġjon inqatlu f'nasba qrib l-Għolja tal-Lhud. Lord Belasyse rnexxielu jfassal trattat iktar dejjiemi fl-1666: Khadir Ghaïlan ittama li jappoġġa lil xi ħadd kontra s-sultan Alawit il-ġdid, Al-Rashid, u l-affarijiet sussegwentement tant marru lura għalih li ġie obbligat iżomm mat-termini tat-trattat sa mewtu fl-1673. L-Ingliżi ħadu vantaġġ min-nuqqas ta' ġlied biex ikomplu jtejbu ferm id-difiżi Portugiżi. Ippjanaw ukoll li jtejbu l-port billi jibnu qisu moll sekondarju, bl-istess ħsieb strateġiku li ġie adottat f'Ġibiltà iktar 'il quddiem fl-istrateġija navali Brittanika. In-nuqqas ta' kompetenzi, il-ħela u l-frodi wasslu biex il-kostijiet żdiedu ferm; fost dawk li stagħnaw kien hemm [[Samuel Pepys]]. Il-moll sewa £340,000 u kien laħaq tul ta' 1,436 pied (438 metru) qabel ma nqered. Għalkemm il-finanzjament instab għall-fortifikazzjonijiet, il-pagi tal-gwarniġjon iddewmu sa Diċembru 1677, jiġifieri b'arretrati ta' sentejn u kwart; il-Gvernatur Fairborne rażżan il-protesti li bdew isiru billi ssekwestra wieħed mill-azzarini tas-suldati u qatlu bih. Tentattiv tas-Sultan Moulay Ismail tal-Marokk li jaħtaf il-belt fl-1679 ma rnexxiex; iżda l-eżasperazzjoni dejjiema fir-rigward tal-finanzi tal-kolonja u imblokk min-naħa ta' Jaysh al-Rifi wassal biex il-Parlament ma jibqax għaddej b'dan l-isforz fl-1680. Dak iż-żmien, il-popolazzjoni ta' Tanġier kienet tikkonsisti biss minn 700 ruħ apparti gwarniġjon ta' elf ruħ; il-Gvernatur Kirke stima li 400 minnhom kienu mardu bil-gonorrea min kuntatt sesswali mal-istess prostituta. Il-qawwiet taħt Lord Dartmouth (inkluż Samuel Pepys) metodoloġikament qerdu l-belt u l-faċilitajiet tal-port tagħha għal ħames xhur qabel l-okkupazzjoni tal-Marokk fis-7 ta' Frar 1684. Ali ibn Abdallah u ibnu Ahmed ibn Ali min-naħa tagħhom saru l-gvernaturi tal-belt sal-1743, u ppopolawha bil-popolin mill-kampanja tal-madwar. Kienu setgħana biżżejjed biex jopponu lis-Sultan Abdallah matul id-diversi renji tiegħu, u appoġġaw u taw ażil li bosta rivali tiegħu fi ħdan il-familja rjali u 'l barra minnha. L-Ispanjoli attakkaw il-belt fl-1790 iżda l-belt kibret u sal-1810 il-popolazzjoni tagħha laħqet il-5,000 ruħ. === Internazzjonalizzazzjoni === [[File:Morocco_Tangier_Port.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Morocco_Tangier_Port.jpg|daqsminuri|Il-binja ta' Renschhausen, li nbniet għall-ħabta tal-1913 min-negozjant Ġermaniż Adolf Renschhausen, hija eżempju tal-influwenza Ġermaniża f'Tanġier qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija.]] Mis-seklu 18, Tanġier intużat bħala kwartier ġenerali diplomatiku tal-Marokk. L-Istati Uniti allokaw l-ewwel konsolat tagħhom f'Tanġier matul l-amministrazzjoni ta' [[George Washington]]. Fl-1821, il-Binja tal-Konsolat f'Tanġier sar l-ewwel proprjetà akkwistata barra mill-pajjiż mill-gvern tal-Istati Uniti — rigal lill-Istati Uniti mis-Sultan Moulay Suliman. Fl-1828, il-Gran Brittanja wettqet imblokk fuq il-port bħala ritaljazzjoni għall-piraterija. Bħala parti mill-ħakma kontinwa tagħha tal-[[Alġerija]] fil-qrib, Franza ddikjarat il-gwerra kontra t-tolleranza Marokkina ta' Abd el-Kader; Tanġier ġie bbumbardjat minn flotta Franċiża taħt il-Prinċep ta' Joinville fis-6 ta' Awwissu 1844. Il-ftit fortifikazzjonijiet li ġarrbu xi ħsarat ġew irrestawrati iktar 'il quddiem mill-inġiniera Ingliżi, iżda r-rebħa Franċiża f'Isly qrib il-fruntiera kkontestata temmet il-kunflitt skont it-termini Franċiżi. L-eroj rivoluzzjonarju [[Italja|Taljan]] [[Giuseppe Garibaldi]] għex eżiljat f'Tanġier fl-aħħar tal-1849 u fl-ewwel nofs tal-1850, wara l-waqgħa tar-Repubblika Rumana rivoluzzjonarja. [[File:Morocco_Tangier_Bolsa.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Morocco_Tangier_Bolsa.jpg|daqsminuri|L-eks binja tal-Borża fil-''Ville Nouvelle''. ]] Il-pożizzjoni ġeografika ta' Tanġier għamlitha ċentrali għar-rivalità diplomatika u kummerċjali Ewropea fil-Marokk fl-aħħar tas-seklu 19 u fil-bidu tas-seklu 20. Sas-snin 70 tas-seklu 19, il-belt kienet tinkludi kull ambaxxata u konsolat barranin fil-Marokk iżda kellha biss madwar 400 resident barrani fost popolazzjoni totali ta' madwar 20,000 ruħ. Il-belt kulma jmur sfat taħt l-influwenza Franċiża, u fl-1905 il-Kaiser [[Wilhelm II]] ħoloq kriżi internazzjonali li kważi wasslet għal gwerra bejn pajjiżu u Franza billi ddikjara li kien favur l-indipendenza kontinwa tal-Marokk, bil-ħsieb ta' akkwiżizzjoni futura mill-Imperu Ġermaniż. Il-Konferenza ta' Algeciras temmet l-istaġnar fil-belt u wasslet biex it-taħriġ tal-pulizija u tal-ġbir tad-dazji jgħaddi f'idejn internazzjonali, iżda l-appoġġ qawwi tar-Renju Unit favur l-''Entente Cordiale'' ma' Franza temm it-tamiet Ġermaniżi fir-rigward tal-Marokk. Fl-1907 tlestew il-faċilitajiet tal-port, b'moll intern u estern. Fl-1905, l-ewwel gazzetta Marokkina, ''Lisan al-Maghrib'' ("Leħen il-Marokk"), ġiet stabbilita f'Tanġier skont l-ordni tas-Sultan Abdelaziz, parzjalment bl-għan li tikkontradiċi l-fehmiet espressi minn ''al-Sa'adah'', gazzetta bl-Għarbi stabbilita fl-1904 jew fl-1905 mill-ambaxxata Franċiża fil-belt. Il-gazzetta ġiet stabbilita u ġestita f'isem il-gvern minn żewġ [[Ġurnalist|ġurnalisti]] [[Libanu|Libaniżi]], Faraj u Artur Numur. Iktar 'il quddiem saret iktar magħrufa għall-pubblikazzjoni ta' ideat riformisti u fehmiet li kienu jikkritikaw lis-sultan. Fis-snin li wasslu sal-[[L-Ewwel Gwerra Dinjija|Ewwel Gwerra Dinjija]], Tanġier kellha popolazzjoni ta' madwar 40,000 ruħ, madwar nofsha Musulmana, kwart Lhud, u kwart Kristjani Ewropej. Mill-Ewropej, madwar tliet kwarti kienu artiġjani u ħaddiema manwali Spanjoli. Fl-1912, it-Trattat ta' Fes stabbilixxa l-protettorat Franċiż fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-Marokk u tat-tmexxija Spanjola fin--Nofsinhar u fit-Tramuntana tal-pajjiż, iżda l-istatus ta' Tanġier tħalla għal iktar 'il quddiem. Hubert Lyautey ipperswada lill-aħħar sultan tal-Marokk indipendenti, Abdelhafid, biex jabdika għal ħlas ta' pensjoni enormi. Abdelhafid ippjana li jgħix f'Tanġier fejn uża parti mill-pensjoni tiegħu biex jibni villa lussuża fil-Punent taċ-ċentru storiku tal-belt, il-Palazz ta' Abdelhafid, li tlestiet fl-1914. Iktar 'il quddiem il-kumpless inxtara minn xi Taljani u issa huwa magħruf bħala l-"Palazz tal-Istituzzjonijiet Taljani" (bil-Franċiż: ''Palais des Institutions Italiennes''). Il-linja ferrovjarja b'gejġ standard Franċiża-Spanjola bejn Tanġier u Fes (bil-Franċiż: ''Compagnie Franco-Espagnole du Tanger–Fès'') inbniet mill-1919 sal-1927. Iż-Żona Internazzjonali ta' Tanġier inħolqot taħt l-amministrazzjoni konġunta ta' Franza, Spanja u r-Renju Unit permezz ta' konvenzjoni internazzjonali ffirmata f'[[Pariġi]] fit-18 ta' Diċembru 1923. Ir-ratifiki ġew skambjati f'Pariġi fl-14 ta' Mejju 1924, u l-konvenzjoni ġiet irreġistrata fis-''Sensiela ta' Trattati tal-Lega tan-Nazzjonijiet'' fit-13 ta' Settembru 1924. Ġiet emendata permezz ta' protokoll ta' Lulju 1928 biex televa l-istatus tal-Italja, li kienet idea li tressqet minn Sir Austen Chamberlain tal-Gran Brittanja. Il-ħolqien tas-setgħat Ewropej tal-istatut ta' Tanġier ippromwova l-formazzjoni ta' soċjetà kożmopolita fejn il-Musulmani, il-Kristjani u l-Lhud kienu jgħixu flimkien b'rispett u b'tolleranza reċiproċi. Kienet belt fejn l-irġiel u n-nisa, b'bosta tendenzi politiċi u ideoloġiċi differenti, sabu refuġju, li jinkludu l-Ispanjoli mil-lemin jew mix-xellug, il-Lhud li ħarbu mill-Ġermanja Nażista u d-dissidenti Marokkini. Permezz ta' liġijiet ekonomiċi u fiskali liberali ħafna, f'ambjent internazzjonali mimli restrizzjonijiet, projbizzjonijiet u monopolji, Tanġier saret refuġju fiskali b'libertà assoluta tal-kummerċ. Iż-Żona Internazzjonali ta' Tanġier kellha erja ta' 373 km<sup>2</sup> (144 mil kwadru), u sa nofs is-snin 30 tas-seklu 20 kellha popolazzjoni ta' madwar 50,000 abitant: 30,000 Musulman; 12,000 Lhud; u madwar 8,000 Ewropew, bi proporzjon dejjem jonqos ta' Spanjoli tal-klassi tal-ħaddiema. It-truppi Spanjoli okkupaw lil Tanġier fl-14 ta' Ġunju 1940, l-istess jum li Pariġi spiċċat f'idejn il-Ġermaniżi. Minkejja appelli min-nazzjonalisti Spanjoli biex issir l-annessjoni tat-"''Tánger español''", ir-reġim ta' Franco pubblikament ikkunsidra l-okkupazzjoni bħala miżura temporanja ta' żmien il-gwerra. Diżgwid diplomatiku bejn ir-Renju Unit u Spanja dwar l-abolizzjoni min-naħa ta' Spanja tal-istituzzjonijiet internazzjonali tal-belt f'Novembru 1940 li wasslet għal iktar garanzija tad-drittijiet Brittaniċi u ta' wegħda Spanjola li ż-żona ma tiġix iffortifikata. It-territorju reġa' lura għall-istatus li kellu qabel il-gwerra fil-11 ta' Ottubru 1945. === Indipendenza tal-Marokk === F'Lulju 1952 is-setgħat tal-protezzjoni ltaqgħu f'[[Rabat (Marokk)|Rabat]] biex jiddiskutu l-futur taż-Żona, u qablu li tiġi abolita. Tanġier ingħaqdet mal-bqija tal-Marokk wara r-restawr tas-sovranità sħiħa fl-1956. Meta wasal iż-żmien biex il-belt tintradd lura, Tanġier kellha popolazzjoni ta' madwar 40,000 Musulman; 31,000 Kristjan; u 15,000 Lhudi. Fiż-żmien meta kienet għadha fid-dija kontrokulturali taż-Żona u qrib il-Muntanji Rif fejn kien jiġi prodott il-kif, Tanġier kienet parti mill-mogħdija tal-''hippies'' tas-snin 60 u 70 tas-seklu 20. Maż-żmien saret inqas popolari u l-attrazzjonijiet turistiċi ġew ittraskurati peress li t-titjiriet irħas lejn bliet bħal Marrakesh għamluhom iktar aċċessibbli għat-turisti Ewropej; il-kriminalità żdiedet u r-reputazzjoni ta' belt kemxejn perikoluża kompliet tnaffar lil iktar turisti. Madankollu, mill-2010, ir-Re Muħammed VI ħa ħsieb li jirrestawra l-faċilitajiet tat-trasport marittimu u tat-turiżmu, u tejjeb il-bażi industrijali tagħha. Fost titjib ieħor, il-bajja tnaddfet u nbnew bosta kafetteriji u stabbilimenti tad-divertiment max-xatt; permezz tal-port kummerċjali ġdid il-bastimenti tal-kruċieri ma għadhomx jirmiġġaw qrib il-bastimenti tal-merkanzija. == Ġeografija == [[File:Tangiermorocconasa.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Tangiermorocconasa.jpg|lemin|daqsminuri|250x250px|Tanġier mill-ispazju (2005).]] Tanġier Ċentrali tinsab madwar 23 kilometru (14-il mil) fil-Lvant ta' Kap Spartel, in-nofs tan-Nofsinhar tal-Istrett ta' Ġibiltà. Tinsab bejn żewġ għoljiet fit-tarf tal-Majjistral tal-Bajja ta' Tanġier, li storikament kienet tifforma l-aqwa port naturali tul il-kosta Marokkina qabel ma kiber id-daqs tal-vapuri u b'hekk kien meħtieġ ankraġġ iktar 'il barra mix-xatt. L-għamla tal-art sottostanti li togħla gradwalment toħloq l-effett tal-belt bħala anfiteatru, b'distrett kummerċjali fin-nofs. Fl-għolja tal-Punent (bil-Franċiż: ''La Montagne'') hemm iċ-ċittadella jew il-''kasbah'' tal-belt. L-għolja tal-Lvant tifforma Kap Malabata, li xi kultant jiġi propost bħala punt għall-qsim tal-istrett. Madankollu, wara snin sħaħ ta' studji, ma sar l-ebda progress f'dan ir-rigward. Il-''Marshan'' huwa promontorju twil madwar 1,189 metru (3,900 pied) u huwa mifrux lejn il-Punent taċ-ċentru tal-belt tul il-kosta. === Klima === Tanġier għandha klima Mediterranja (''Csa'' skont il-klassifikazzjoni ta' Köppen) u tinżel xita iktar qliel mill-biċċa l-kbira tat-Tramuntana tal-Afrika u l-inħawi tal-madwar fil-Peniżola Iberika minħabba l-pożizzjoni esposta tagħha. L-irjieħ prevalenti jonfħu mill-baħar u b'hekk l-inħawi baqgħu ġeneralment sani anke fi żmien il-qedem meta kien hemm sanitazzjoni iktar batuta. Is-sjuf ikunu relattivament sħan u xemxin u x-xtiewi jkunu miti u bix-xita. Qajla ikun hemm il-ġlata, għalkemm temperatura baxxa rekord ta' −4.2 °C (24.4 °F) ġiet irreġistrata f'Jannar 2005. {| class="wikitable mw-collapsible" ! colspan="14" |''Data'' klimatika għal Tanġier (l-Ajruport ta' Tanġier) fl-1961-1990, temp. estremi fl-1917-1963 |- !Xahar !Jan !Fra !Mar !Apr !Mej !Ġun !Lul !Aww !Set !Ott !Nov !Diċ !Sena |- !'''Temp. għolja rekord f'°C (°F)''' |22.0 (71.6) |24.1 (75.4) |24.0 (75.2) |29.1 (84.4) |31.9 (89.4) |33.5 (92.3) |36.7 (98.1) |38.2 (100.8) |35.8 (96.4) |30.4 (86.7) |27.0 (80.6) |24.0 (75.2) |38.2 (100.8) |- !Temp. għolja medja ta' kuljum f'°C (°F) |16.2 (61.2) |16.8 (62.2) |17.9 (64.2) |19.2 (66.6) |21.9 (71.4) |24.9 (76.8) |28.3 (82.9) |28.6 (83.5) |27.3 (81.1) |23.7 (74.7) |19.6 (67.3) |17.0 (62.6) |21.8 (71.2) |- !Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) |12.5 (54.5) |13.1 (55.6) |14.0 (57.2) |15.2 (59.4) |17.7 (63.9) |20.6 (69.1) |23.5 (74.3) |23.9 (75.0) |22.8 (73.0) |19.7 (67.5) |15.9 (60.6) |13.3 (55.9) |17.7 (63.9) |- !'''Temp. baxxa medja f'°C (°F)''' |8.8 (47.8) |9.4 (48.9) |10.1 (50.2) |11.2 (52.2) |13.4 (56.1) |16.2 (61.2) |18.7 (65.7) |19.1 (66.4) |18.3 (64.9) |15.6 (60.1) |12.2 (54.0) |9.7 (49.5) |13.6 (56.5) |- !'''Temp. baxxa rekord f'°C (°F)''' |−4.2 (24.4) |0.8 (33.4) |4.2 (39.6) |5.8 (42.4) |7.4 (45.3) |10.2 (50.4) |10.5 (50.9) |14.0 (57.2) |10.0 (50.0) |9.0 (48.2) |4.8 (40.6) |−0.1 (31.8) |−4.2 (24.4) |- !'''Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)''' |103.5 (4.07) |98.7 (3.89) |71.8 (2.83) |62.2 (2.45) |37.3 (1.47) |13.9 (0.55) |2.1 (0.08) |2.5 (0.10) |14.9 (0.59) |65.1 (2.56) |134.6 (5.30) |129.3 (5.09) |735.9 (28.97) |- !'''Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni''' |11.2 |11.4 |10.1 |9.3 |6.1 |3.7 |0.8 |0.8 |3.1 |8.0 |11.1 |12.0 |87.6 |- !'''Umdità relattiva medja (%)''' |80 |81 |78 |78 |76 |74 |70 |72 |73 |76 |79 |81 |76 |- !'''Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar''' |169.2 |166.9 |231.7 |251.7 |298.9 |306.8 |344.0 |330.7 |275.6 |238.2 |180.6 |166.9 |2,960.7 |- | colspan="14" |Sors 1: NOAA<ref>{{Ċita web|url=https://tgftp.nws.noaa.gov/weather/current/GMTT.html|titlu=NOAA|sit=tgftp.nws.noaa.gov|data-aċċess=}}</ref> |- | colspan="14" |Sors 2: Deutscher Wetterdienst (umdità, 1973-1993)<ref>{{Ċita web|url=http://www.dwd.de/DWD/klima/beratung/ak/ak_601010_kt.pdf|titlu=Baseline climate means (1961–1990)}}</ref> |} == Suddiviżjonijiet == Il-prefettura attwali hija maqsuma amministrattivament f'dawn li ġejjin: {| class="wikitable sortable" !Isem !Kodiċi ġeografiku !Tip !Unitajiet domestiċi !Popolazzjoni (2004) !Popolazzjoni barranija !Popolazzjoni Marokkina !Noti |- |Assilah |511.01.01. |Muniċipalità |6,245 |28,217 |66 |28,151 | |- |Bni Makada |511.01.03. |Arrondissement |47,384 |238,382 |74 |238,308 | |- |Charf-Mghogha |511.01.05. |Arrondissement |30,036 |141,987 |342 |141,645 | |- |Charf-Souani |511.01.06. |Arrondissement |25,948 |115,839 |273 |115,566 | |- |Tanger-Medina |511.01.07. |Arrondissement |40,929 |173,477 |2,323 |171,154 | |- |Al Manzla |511.03.01. |Komun rurali |555 |3,031 |0 |3,031 | |- |Aquouass Briech |511.03.03. |Komun rurali |787 |4,132 |3 |4,129 | |- |Azzinate |511.03.05. |Komun rurali |920 |4,895 |0 |4,895 | |- |Dar Chaoui |511.03.07. |Komun rurali |877 |4,495 |0 |4,495 |1,424 resident jgħixu fiċ-ċentru msejjaħ Dar Chaoui; 3,071 resident jgħixu f'żoni rurali. |- |Lkhaloua |511.03.09. |Komun rurali |2,405 |12,946 |1 |12,945 | |- |Sahel Chamali |511.03.11. |Komun rurali |1,087 |5,588 |2 |5,586 | |- |Sidi Lyamani |511.03.13. |Komun rurali |1,883 |10,895 |1 |10,894 |1,101 resident jgħixu fiċ-ċentru msejjaħ Sidi Lyamani; 9,794 resident jgħixu f'żoni rurali. |- |Boukhalef |511.81.03. |Komun rurali |3,657 |18,699 |4 |18,695 |3,187 resident jgħixu fiċ-ċentru msejjaħ Gueznaia; 15,512-il resident jgħixu f'żoni rurali. |} == Attrazzjonijiet notevoli == [[File:Medina_de_Tánger.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Medina_de_T%C3%A1nger.jpg|daqsminuri|Id-daħla tal-Kasbah.]] [[File:Grand_Mosque_of_Tangier_street_view_(cropped).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Grand_Mosque_of_Tangier_street_view_(cropped).jpg|lemin|daqsminuri|Il-portal tal-Moskea l-Kbira ta' Tanġier.]] [[File:Tangier_Medina_(40115237384)_(cropped)_(cropped).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Tangier_Medina_(40115237384)_(cropped)_(cropped).jpg|lemin|daqsminuri|Il-funtani ta' Bab al-Assa.]] Iċ-ċentru storiku tal-belt għadu mdawwar mill-fdalijiet ta' promontorju li qabel kien fih iktar minn 1,829 metru (6,000 pied). Il-biċċa l-kbira tiegħu tmur lura għall-okkupazzjoni Portugiża tal-belt, u sar xogħol ta' restawr diversi drabi. Tliet bastjuni ewlenin kienu t-Torri Irlandiż (''Borġ al-Naʿam''), il-Kastell ta' York (''Borġ dar al-Barud''), u l-''Borġ al-Salam''. * Il-Medina (iċ-ċentru storiku) ** Il-Palazz tal-Kasbah, l-eks residenza tal-gvernaturi ta' Tanġier, li nbena fejn qabel kien hemm il-Kastell Ingliż ta' Fuq, li issa huwa l-[[Mużew]] tal-Kulturi Mediterranji. ** Il-Moskea tal-Kasbah. ** Il-qabar li jingħad li huwa ta' Ibn Battuta. ** Il-''Petit Socco'', il-pjazza ċentrali tas-sezzjoni t'isfel (tan-Nofsinhar) tal-medina. ** Rue Es-Siaghine, it-triq li tagħti għall-Petit Socco. ** Dar Niaba. ** Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni. ** Il-Moskea l-Kbira ta' Tanġier. ** Il-lukanda Hotel Continental. ** Is-Sinagoga ta' Beit Yehuda. ** L-eks Binja tal-Konsolat Amerikan. ** Il-Fondazzjoni Lorin. ** Il-Mużew ta' Carmen-Macein. * Lil hinn mill-Fortifikazzjonijiet madwar iċ-ċentru storiku. ** Il-Moskea ta' Lalla Abla fil-port. ** Il-''Grand Socco'', l-eks suq u l-pjazza ċentrali tal-belt. ** Il-Palazz ta' Mendoubia, li issa huwa mużew tar-reżistenza Marokkina kontra l-kolonjaliżmu, u l-park ta' madwaru fejn qabel kien hemm eks ċimiterji. ** Il-Moskea ta' Sidi Bou Abib. ** Il-Knisja ta' San Indrija. ** Il-Mużew tal-Arti Kontemporanja fl-eks Konsolat Brittaniku. ** Il-Katidral Kattoliku Ruman ta' Tanġier. ** Il-Palazz ta' Abdelhafid. ** Il-Moskea ta' Muħammed V. ** Il-Konsolat Ġenerali Franċiż fil-bidu ta' ''Boulevard Pasteur''. ** Il-binja tal-Amministrazzjoni Marokkina tad-Dejn, li issa fiha l-uffiċċju għat-turiżmu. ** It-Teatru l-Kbir ta' Cervantes. ** Il-Knisja Franċiża ta' Tanġier. ** Villa Muniria. * Il-kwartier ta' Marshan. ** Ir-Residenza ta' Mendoub. ** Il-Palazz ta' Marshan, Tanġier. ** L-Istadium ta' Marchan. ** Il-Kafetterija Hafa. * Il-periferiji. ** Il-Kap ta' Malabata. ** Plaza de Toros, l-arena tal-ġlied tal-barrin f'Tanġier. ** L-Għolja ta' Charf. ** Il-Fondazzjoni tal-Fotografija ta' Tanġier. ** Il-Park ta' Perdicaris. ** Il-Kap ta' Spartel. ** L-Għerien ta' Erkole. == Nies notevoli == * [[Ibn Battuta]] (1304-1378), studjuż u vjaġġatur Marokkin li wettaq vjaġġi fuq livell dinji; * [[Roger Elliott]] (għall-ħabta tal-1665-1714), l-ewwel Gvernatur [[Renju Unit|Brittaniku]] ta' Ġibiltà; * [[Alexander Spotswood]] (1676-1740), Logutenent-Kurunell [[Stati Uniti|Amerikan]] u Logutenent-Gvernatur ta' Virginia; * [[Ion Hanford Perdicaris]] (1840-1925), awtur, [[avukat]] u pittur [[Greċja|Grieg]]-Amerikan li sar il-kap mhux uffiċjali tal-komunità barranija ta' Tanġier; * [[Alexandre Rey Colaço]] (1854-1928), pjanist [[Portugall|Portugiż]]; * [[Walter Burton Harris]] (1866-1933), [[ġurnalist]], kittieb, vjaġġatur u [[bniedem]] magħruf fis-soċjetà; * [[Heinz Tietjen]] (1881-1967), [[kompożitur]] [[Mużika|mużikali]] [[Ġermanja|Ġermaniż]]; * [[Abdullah al-Ghumari]] (1910-1993), Muslim cleric, scholar of hadith, jurist and theologian * [[Paul Bowles]] (1910-1999), kittieb, kompożitur u etnomużikologu Amerikan; * [[William S. Burroughs]] (1914-1997), kittieb tal-Beat Generation li kiteb ''Naked Lunch'' fis-snin 50 tas-seklu 20 f'Tanġier; * [[Abderrahmane Youssoufi]] (1924-2020), eks Prim Ministru tal-Marokk; * [[Ahmed Yacoubi]] (1928-1985), pittur internazzjonali u wieħed li jirrakkonta l-istejjer; * [[Claude-Jean Philippe]] (1933-2016), kritiku tal-films [[Franza|Franċiż]]; * [[Emmanuel Hocquard]] (1940-2019), [[poeta]] Franċiż; * [[Jean-Luc Mélenchon]] (twieled fl-1951), [[politiku]] Franċiż, attwalment Membru [[Parlament Ewropew|Parlamentari Ewropew]]; * [[Ralph Benmergui]] (twieled fl-1955), preżentatur televiżiv u tar-radju [[Kanada|Kanadiż]] fil-Korporazzjoni Kanadiża tax-Xandir; * [[Helena Maleno]] (twieldet fl-1970), difensur, ġurnalista u kittieba tad-drittijiet tal-bniedem; * [[Karim Debbagh]] (twieled fl-1972), produttur [[Marokkini|Marokkin]] tal-films; * [[Yasser Harrak]] (twieled għall-ħabta tal-1975), kittieb u attivist tad-drittijiet tal-bniedem; * [[Sanaa Hamri]] (twieled fl-1977), direttur Marokkin tal-filmati mużikali; * [[Ali Boussaboun]] (twieled fl-1979), eks plejer tal-futbol internazzjonali li lagħab 12-il logħba mat-tim nazzjonali tal-Marokk; * [[Zakaria Ramhani]] (twieled fl-1983), artist viżiv. == Ġemellaġġi == Tanġier hija ġemellata ma': * [[Algeciras]], [[Spanja]]; * [[Bizerte]], it-[[Tuneżija]]; * [[Cádiz]], [[Spanja]]; * [[Da Nang]], il-[[Vjetnam]]; * [[Faro]], il-[[Portugall]]; * [[Liège]], il-[[Belġju]]; * [[Metz]], [[Franza]]; * [[Puteaux]], Franza; * [[Saint-Denis]], [[Réunion]], Franza; * [[Saint-Josse-ten-Noode]], il-[[Belġju]]; * [[Santiago (Ċili)|Santiago]], iċ-[[Ċili|Ċilì]]; * [[Sétif]], l-[[Alġerija]]; * [[Rio de Janeiro]], il-[[Brażil]]. == Gallerija == <gallery widths="200px" heights="160px"> File:Tangier_(23171358122).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Tangier_(23171358122).jpg|Panoramic view of Tangier File:Palace_of_Justice,_Tangier,_Morocco_-_WDL.png|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Palace_of_Justice,_Tangier,_Morocco_-_WDL.png|Old tribunal, Kasbah Mosque, Kasbah Palace entrance and Bayt al-mal (treasury), c. 1900 File:Kasbah,_Tánger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_27.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Kasbah,_T%C3%A1nger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_27.JPG|Former palace entrance, treasury and prison, 2015 File:Cementerio_judío,_Tánger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_33-35_PAN.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cementerio_jud%C3%ADo,_T%C3%A1nger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_33-35_PAN.jpg|Jewish Cemetery File:José_Navarro_Llorens_-_El_zoco.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Jos%C3%A9_Navarro_Llorens_-_El_zoco.jpg|Souk File:Muralla,_Tánger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_69-71_HDR.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Muralla,_T%C3%A1nger,_Marruecos,_2015-12-11,_DD_69-71_HDR.JPG|City walls </gallery> == Referenzi == [[Kategorija:Bliet tal-Marokk]] [[Kategorija:Marokk]] nlotstrmwyip0p8058zsgjoo94bhtpj