Wikipedija
mtwiki
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali
MediaWiki 1.47.0-wmf.11
first-letter
Medja
Speċjali
Diskussjoni
Utent
Diskussjoni utent
Wikipedija
Diskussjoni Wikipedija
Stampa
Diskussjoni stampa
MediaWiki
Diskussjoni MediaWiki
Mudell
Diskussjoni mudell
Għajnuna
Diskussjoni għajnuna
Kategorija
Diskussjoni kategorija
Portal
Diskussjoni portal
TimedText
TimedText talk
Module
Module talk
Event
Event talk
L-Innu ta' Xarif
0
6605
331150
322837
2026-07-19T03:38:07Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331150
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:Hymne Cherifien.pdf|daqsminuri|Il-melodija tal-innu kompost minn Għali Sqalli Ħusejni.]]
'''L-Innu ta' Xarif''' jew '''in-Naxid ix-Xarif''' (bl-[[Lingwa Għarbija|Għarbi]]: النشيد الشريف, b'ittri Latini: ''an-Naxīd ax-Xarīf''),<ref name=":12">{{Cite web|url=https://www.eurekoi.org/musique-quand-leo-morgan-a-t-il-compose-lhymne-national-cherifien-du-maroc/|titlu=Musique : Quand Léo Morgan a-t-il composé l'hymne national chérifien du Maroc ?|kunjom=Lamotte|isem=Caroline|data=2021-10-11|websajt=Eurêkoi|lingwa=fr-FR|data-aċċess=2022-09-30|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20220930035438/https://www.eurekoi.org/musique-quand-leo-morgan-a-t-il-compose-lhymne-national-cherifien-du-maroc/|arkivju-data=2022-09-30|url-status=dead}}</ref> uffiċjalment magħruf fil-Marokk bħala '''l-Innu Nazzjonali tal-Marokk''' (Għarbi: النشيد الوطني المغربي, b'ittri Latini: ''an-Naxīd al-Waṭanī al-Maḡħribī'') huwa l-[[innu nazzjonali]] tar-[[Marokk|Renju tal-Marokk]] minn qabel ma l-pajjiż kiseb l-indipendenza fl-1956. Il-mużika tiegħu ġiet komposta minn [[Léo Morgan]]. Il-lirika tagħha nkitbet mill-awtur u poeta Marokkin, Professur [[Għali Sqalli Ħusejni]] (ortografija [[Lingwa Ingliża|Ingliża]]/[[Lingwa Franċiża|Franċiża]]: ''Ali Squalli Houssaini'') u fl-aħħarnett kien adottat fl-1970 sena.<ref>{{Cite journal|data=2005-12-15|titlu=Dahir n° 1-05-99 relatif aux caractéristiques de l'emblème du Royaume et à l'hymne national|url=http://www.sgg.gov.ma/BO/bo_fr/2005/bo_5378_fr.pdf#page=6|ġurnal=Bulletin Officiel du Royaume du Maroc|lingwa=fr|ħarġa=5378|paġni=6–12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250120122554/http://www.sgg.gov.ma/BO/bo_fr/2005/bo_5378_fr.pdf#page=6|arkivju-data=2025-01-20|access-date=2025-04-28|url-status=dead}}</ref>
== Storja ==
Il-melodija tal-innu kienet komposta minn [[Léo Morgan]], uffiċjal militari Franċiż u kap tal-mużika għall-gwardja rjali Marokkina, matul il-[[Protettorat Franċiż fil-Marokk|protettorat Franċiż]] fuq il-Marokk. L-innu kien maħsub li kien magħmul fl-1952, erba' snin qabel l-indipendenza tal-Marokk fl-1956.<ref name=":12" />
Wara li t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Marokk ikkwalifika għat-[[Tazza tad-Dinja tal-FIFA 1970]] għall-ewwel darba, ġiet proposta l-idea li tikteb il-lirika għall-innu. Il-kliem tal-kittieb [[Ali Squalli Houssaini]] jew ġew magħżula bħala parti minn kompetizzjoni mir-Re [[Ħassan II]], jew b'kummissjoni diretta tar-re biex jikteb il-lirika.<ref name=":0">{{Ċita web|kunjom=Bazza|isem=Tarek|data=2018-11-05|titlu=Ali Squalli, l-Awtur tal-Innu Nazzjonali Marokkin imut fi 86 sena|url=https://www.moroccoworldnews.com/2018/11/257002/author-moroccan-national-anthem-dies|url-status=live|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20181107005318/https://www.moroccoworldnews.com/2018/11/257002/author-moroccan-national-anthem-dies/|arkivju-data=2018-11-07|data-aċċess=2021-12-11|websajt=[[Morocco World News]]|lingwa=en}}</ref>
== Lirika ==

!Għarbi<ref>{{Cite book|kunjom=العزيز،|isem=ابن عبد الجليل، عبد|url=https://books.google.com/books?id=RHELAQAAMAAJ&q=%22%D8%AF%D9%85%D8%AA+%D9%85%D9%86%D8%AA%D8%AF%D8%A7%D9%87+%D9%88%D8%AD%D9%85%D8%A7%D9%87%22|titlu=الأناشيد الوطنية المغربية ودورها في حركة التحرير|sena=2005|pubblikatur=أكاديمية المملكة المغربية،|isbn=978-9981-46-036-2|paġna=98|lingwa=ar}}</ref><ref>{{Cite web|titlu=Morocco – nationalanthems.info|url=https://nationalanthems.info/ma.htm|data-aċċess=2021-12-11|lingwa=en-US}}</ref>
!Traslitterazzjoni
!Malti (minn verżjoni Għarbija)
!Malti (minn verżjoni Ewropej)

منبت الأحرار، مشرق الأنوار

منتدى السؤدد وحماه

دمت منتداه وحماه

عشت في الأوطان، للعلى عنوان

ملء كل جنان، ذكرى كل لسان

بالروح، بالجسد

هب فتاك، لبي نداك

في فمي وفي دمي

هواك ثار نور ونار

اخوتي هيا، للعلى سعيا

نشهد الدنيا، أنا هنا نحيا

بشعار: الله الوطن الملك

Manbiŧa l-aħrār, maxriqa l-anwār

Muntadā s-su'dadi wa ħimāh

Dumta muntadāh wa ħimāh

Għixta fil-awṭān, lill-għulā għunwān

Mil'a kulli ġanān, đikrā kulli lisān

Bir-ruħi, bil-ġasadi

Habba fatāk, labbā nidāk

Fī famī wa fī damī

Hawāka ŧār, nūr wa nār

Iḫwatī hajjā, lill-għulā sagħajā

Nuxhidi d-dunja, annā hunā naħjā

B'xigħār: Allāh, al-Waṭan, al-Malik

|Għajn tal-ħelsien, matla' tad-dwal
Laqgħa tal-glorja u ħarsu

Domt int (bħala) laqgħah u ħarsu

Għext fost il-pajjiżi, lill-għolja intestatura

Mela kull ġnien, fakra kull ilsien

Bir-ruħ, bil-ġisem

Sejjaħ tiflek, Wieġeb sejħitek,

F'fommi u f'demmi,

Xewqitek ħawwad, dawl u nar

Ħuti ejja, lill-għolja setgħa

Nixhdu d-dinja, li aħna hawn naħju

B'mottu: Alla, il-Patria, il-Malek [ir-Re]
|Nieqa tal-ħielsa, għajn tad-dawl
Art ta’ sovranità u sliem

Sovranità u paċi dejjem flimkien

Int għext qalb il-ġnus, b’ismek miżmum

Timla kull qalb, ifaħħrek kull ilsien

Il-qalbieni tiegħek qam

Biex iwieġeb l-għajta tiegħek

U f’qalbi u fommi

Ruħek qajmet dawl u nar

Qumu ħuti, biex għall-ogħla nimmiraw

Inħabbru lid-dinja li aħna mħejjija

Insellmu 'l-bandiera: 'l Alla, 'l-artna u lir-re

== Referenzi ==
{{Reflist}}
== Ħoloq esterni ==
* [https://web.archive.org/web/20051108203545/http://www.maec.gov.ma/fr/nachid/nachid.mp3 Al-naxid al-xarif]
[[Kategorija:Innijiet nazzjonali|Marokk]]
[[Kategorija:Marokk]]
2uwh7xl1qz3bd5l4nc7d3ovxrq1d2fz
Armenja fil-Festival tal-Eurovision
0
7225
331145
246005
2026-07-19T00:19:09Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331145
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox pajjiż tal-Eurovision
| isem = Armenja
| stazzjon = [[ARMTV]]
| selezzjoni =
| dehriet = 9
| l-ewwel = [[Festival tal-Eurovision 2006|2006]]
| l-aqwa = 4 ([[Festival tal-Eurovision 2008|2008]], [[Festival tal-Eurovision 2014|2014]])
| l-agħar = 18 ([[Festival tal-Eurovision 2013|2013]])
| sit elettroniku = [http://www.eurovision.am/ Eurovision.am]
| paġna_EBU = http://www.eurovision.tv/page/history/by-country/country?country=49

L-'''[[Armenja]]''' għamlet id-debutt fil-[[Festival tal-Eurovision]] fl-[[Festival tal-Eurovision 2006|2006]] bil-kanzunetta mingħand [[André (kantant)|André]] bl-isem ta' "Without Your Love". Billi kienet ġdida fil-kompetizzjoni, l-Armenja kellha tikkompeti fis-semifinali u André kien l-ewwel li kanta f'dik is-serata, fejn irnexxielu jikkwalifika għall-finali ta' dik l-edizzjoni tal-20 ta' Mejju. Finalment, l-Armenja kisbet riżultat prestiġjuż; dak tat-tmien post.
Minħabba li kienet spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Armenja kkwalifikat direttament għall-finali tal-[[Festival tal-Eurovision 2007|2007]] u kisbet għat-tieni sena konsekuttiva t-tmien post. Fatt simpatiku hu kif l-Armenja, fl-2006, spiċċat b'punt vantaġġ fuq il-[[Greċja]], waqt li fis-sena ta' wara, hi spiċċat b'punt taħt il-Greċja.
Fis-sena suċċessiva l-aħwa [[Inga u Anush Arshakyans]] reġgħu rrepetew is-suċċess għall-Armenja, u b'hekk saru wieħed minn tliet pajjiżi li dejjem spiċċaw fost l-aqwa għaxra mill-introduzzjoni tas-semifinali fl-2004. Il-pajjiżi l-oħra huma l-[[Greċja fil-Festival tal-Eurovision|Greċja]] u l-[[Ażerbajġan fil-Festival tal-Eurovision|Ażerbajġan]].
== Rappreżentanti ==
{| class="sortable wikitable"

! Sena
! Artist
! Kanzunetta
! Finali
! Punti
! Semi
! Punti

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2006|2006]]
| [[André (kantant)|André]]
| [[Without Your Love]]
| align="center"|8
| align="center"|129
| align="center"|6
| align="center"|150

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2007|2007]]
| [[Hayko]]
| [[Anytime You Need]]
| align="center"|8
| align="center"|138
| align="center"|X
| align="center"|X

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2008|2008]]
| [[Sirusho]]
| [[Qele Qele]]
| align="center"|4
| align="center"|199
| align="center"|2
| align="center"|139

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2009|2009]]
| [[Inga u Anush Arshakyans|Inga u Anush]]
| [[Jan Jan]]
| align="center"|10
| align="center"|92
| align="center"|5
| align="center"|99

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2010|2010]]
| [[Eva Rivas]]
| [[Apricot Stone]]
| align="center"|7
| align="center"|141
| align="center"|6
| align="center"|83

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2011|2011]]
| [[Emmy]]
| [[Boom Boom]]
| align="center"|X
| align="center"|X
| align="center"|12
| align="center"|54

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2013|2013]]
| [[Dorians]]
| [[Lonely Planet]]
| align="center"|18
| align="center"|41
| align="center"|7
| align="center"|69

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2014|2014]]
| [[Aram Mp3]]
| [[Not Alone]]
| align="center"|4
| align="center"|174
| align="center"|4
| align="center"|121

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2015|2015]]
| Genealogy
| Face The Shadow
| align="center"|16
| align="center"| 34
| align="center"| 7
| align="center"| 77

| align="center"|[[Festival tal-Eurovision 2016|2016]]
| [[Iveta Mukuchyan]]

== Votazzjoni ==
[[Stampa:ESC 2007 Armenia - Hayko - Anytime you need.jpg|250px|thumb|[[Hayko]] f'Ħelsinki ([[Festival tal-Eurovision 2007|2007]])]]
[[Stampa:ESC 2008 - Armenia - Sirusho, 1st semifinal.jpg|250px|thumb|[[Sirusho]] f'Belgrad ([[Festival tal-Eurovision 2008|2008]])]]
L-Armenja ''tat'' l-aktar punti lil (finali biss):
{| class="wikitable"
!Nru. !! Pajjiż !!Punti
|-bgcolor="gold"
| 1
| {{Esc|Russja}}
| 58
|- bgcolor="silver"
|2
| {{Esc|Greċja}}
| 37
|- bgcolor="#cc9966"
| 3
| {{Esc|Ukrajna}}
| 32

| 4
| {{Esc|Ġeorġja}}
| 27

| 5
| {{Esc|Franza}}
| 20

| {{Esc|Norveġja}}
| 20

L-Armenja ''rċiviet'' l-aktar punti minn (finali biss):
{| class="wikitable"
!Nru. !! Pajjiż !!Punti
|- bgcolor="gold"
| 1
| {{Esc|Russja}}
| 51
|- bgcolor="gold"
| 2
| {{Esc|Olanda}}
| 49
|- bgcolor="cc9966"
| 3
| {{Esc|Belġju}}
| 48

| {{Esc|Turkija}}
| 44

| {{Esc|Franza}}
| 44

| 5
| {{Esc|Bulgarija}}
| 38

== Ħoloq esterni ==
* [https://web.archive.org/web/20110531152819/http://www.eurovision.am/ Eurovision.am]
{{Pajjiżi tal-Eurovision}}
[[Kategorija:Pajjiżi fil-Festival tal-Eurovision]]
sxafqw4qqeo2r44nw4rucgtjvkhmaga
Codex Eyckensis
0
23583
331146
328675
2026-07-19T01:02:24Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 2 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331146
wikitext
text/x-wiki
Il-'''Codex Eyckensis''' tas-seklu 8 hu Evanġeljarju ibbażat fuq żewġ manuskritti kostitwenti li nistgħu nissoponu iffurmaw konvolut mis-seklu 12 sal-1988. Il-Codex Eyckensis hu l-eqdem ktieb fil-Belġju<ref>Coenen, J., Het oudste boek van België, ''Het Boek 10'', 1921, S. 189-194.</ref>. Sa mis-seklu 8, il-ktieb inżamm fit-territorju li llum jikkorrispondi mal-muniċipalità ta' [[Maaseik]]. Il-ktieb x'aktarx ġie prodott fil-iskrittorju fl-Abbazija ta’ [[Echternach]].
== Deskrizzjonijiet tal-manuskritt A u tal-manuskritt B ==
Il-Codex Eyckensis jikkonsisti f'żewġ evanġeljarji fuq 133 folja tal-parċmina b’daqs ta’ 244 b’183 mm kull waħda.
[[Stampa:Foto markant codex 1.jpg|daqsminuri|401x401px|Full-page evangelist portrait and canon tables in the Codex Eyckensis A.]]
L-ewwel manuskritt (Codex A) mhuwiex komplut. Jikkonsisti minn ħames folji, u jibda bi tpinġija tal-Evanġelista fuq paġna sħiħa (li nistgħu nissopnu li hu [[San Mattew]]), segwita minn sett mhux komplut ta’ tmien [[Tabelli Kanoniċi]]. It-tpinġija tal-Evanġelista saret fuq stil Taljan-Biżantin, u dan hu relatat b’mod ċar ma’ dak tal-Evanġelji ta’ Barberini, li bħalissa jinsabu miżmuma fil-Librerija tal-Vatikan (Barberini Lat. 570). It-tpinġija qiegħda f’bordura ta’ Anglo-Saxon knotwork, komparabbli mal-elementi dekorattivi fl-''[[Evanġelji ta' Lindisfarne]]''.
It-Tabelli Kanoniċi jipprovdu ħarsa ġenerali tal-passaġġi korrispondenti fl-erba’ Evanġelji. B’dan il-mod, it-Tabelli Kanoniċi jservu bħala werrej u indiċi biex wieħed isibha faċli li jikseb aċċess għall-kitba. It-Tabelli Kanoniċi f’manuskritt A huma mżejnin b’kolonni u arkati, is-simboli tal-erba’ Evanġelisti u xbihat ta’ qaddisin.
It-tieni manuskritt (Codex B) fih sett sħiħ ta’ tnax-il Tabella Kanonika u t-testi tal-erba' Evanġelji kollha. It-Tabelli Kanoniċi huma mżejnin b’kolonni u arkati, xbihat tal-Appostli u s-simboli tal-Evanġelisti. It-testi tal-Evanġelji huma miktuba f'għamla tonda tal-minisklu insulari, li kienet karatteristika ta' manuskritti Ingliżi u Irlandiżi mis-seklu seba'u tmienja, iżda kienet tintuża wkoll fl-Ewropa. L-ittra kapitali tal-bidu ta’ kull paragrafu hi mdawra b'’tikek ħomor u sofor. It-test kien ikkupjat minn amanwensi wieħed.
It-test tal-Evanġelju hu verżjoni tal-[[Vulgata]], l-aktar kif tradotta minn [[Ġlormu|San Ġlormu]] (Hieronymus ta’ Stridon, 347 – 420 AD), b’numru ta’ żidiet u traspożizzjonijiet. Hemm verżjonijiet komparabbli tat-testi tal-Evanġelji fil-''[[Ktieb ta’ Kells]]'' (Dublin, Trinity College, ms 58), il-''[[Ktieb ta’ Armagh]]'' (Dublin, Trinity College, ms 52) u l-''[[Evanġelji ta’ Echternach]]'' (Pariġi, Bnf, ms Lat.9389).
== Storja (mill-bidu, sas-seklu 20) ==
[[Stampa:Maaseik, schatkamer St-Catharinakerk 02.jpg|daqsminuri|238x238px|Il-Codex Eyckensis muri fil-knisja ta' Santa Katerina f'Maaseik]]
Il-Codex hu mis-seklu tmienja, u fil-bidu kien jinżamm f'dik li qabel kienet l-abbazija Benedittina ta’ Aldeneik, li ġiet ikkonsagrata fis-sena 728 WK. In-nobbli Merovinġju, Adelard, Sinjur ta’ Denain, u martu Grinuara, waqqfu din l-abbazija għal uliedhom bniet [[Harlindis]] u [[Relindis]] f' "foresta żgħira u li mhi tajba għal xejn"<ref name=":0">''Acta Sanctorum'', ''Martii'', unter Leitung von J. Carnandet, 3. Teil, Paris-Rom, 1865, S. 383-390, Abs. 7.</ref> qrib ix-xmara Meuse. Il-kunvent issemma Eyke (“balluta”), għas-siġar tal-ballut li jikbru hemm. Aktar tard, billi l-villaġġ qrib ta’ Nieuw-Eyke ("balluta ġdida" — li llum jissejjaħ Maaseik) kiber u sar aktar importanti, l-isem tal-villaġġ oriġinali sar Aldeneik (“balluta antika”). [[San Villibrordu]] ikkonsagra lil Harlindis bħala l-ewwel abbessa ta’ din il-komunità reliġjuża. Wara mewtha, [[San Bonifaċju]] ikkonsagra lill-oħtha Relindis bħala s-suċċessur tagħha.
Il-Codex Eyckensis kien jintuża fil-kunvent għall-istudju u x-xandir tat-tagħlim ta’ Kristu. Iż-żewġ evanġeljarji li issa jikkostitwixxu l-Codex Eyckensis, nistgħu nissoponu, inġabu mill-Abbazija ta' Echternach għal Aldeneik minn San Villibrordu.
Iż-żewġ manuskritti ngħaqdu f’legatura waħda, wisq probabbli fis-seklu 12.
Fl-1571, l-abbazija ta’ Aldeneik ġiet abbandunata. Min-nofs tas-seklu 10, post is-sorijiet Benedittini ttieħed minn Kapitlu kolleġjali ta’ kanoniċi rġiel. Bit-theddida dejjem tikber ta’ gwerra reliġjuża, il-kanoniċi sabu refuġju fil-belt imdawra bis-swar ta’ Maaseik. Ħadu t-teżori tal-knisja minn Aldeneik — li jinkludu l-Codex Eyckensis — għall-knisja ta’ Santa Katerina.
== L-Awtur ==
[[Stampa:BE Maaseik CEB 266 128V 1.jpg|daqsminuri|Text folio in the Codex B]]
Għal sekli sħaħ, in-nies kienu konvinti li l-Codex Eyckensis kien inkiteb minn Harlindis u Relindis, l-ewwel abbessi tal-abbazija ta’ Aldeneik, li aktar tard ġew ikkanonizzati. L-aġografija tagħhom inkitbet fis-seklu disa' minn qassis lokali<ref>''Abbaye d’Aldeneik, à Maaseik'', in ''Monasticon belge, 6, Province de Limbourg'', Lüttich, 1976, S. 87.</ref>. Dan it-test isemmi li Harlindis u Relindis kienu kitbu wkoll evanġeljarju. Matul is-seklu disa', il-kult tar-relikwi tal-aħwa nisa qaddisin sar dejjem aktar importanti u kien jinkludi l-venerazzjoni tal-Codex Eyckensis, li ispira qima profonda bħala xogħol magħmul minn Harlindis u Relindis stess<ref name=":0" />.
Madankollu, il-linji finali tat-tieni manuskritt jiċħdu dan b'’mod espliċitu: ''Finito volumine deposco ut quicumque ista legerint pro laboratore huius operis depraecentur'' (Fit-tmiem ta' dan il-volum, nitlob lil dawk kollha li jaqraw dan, biex jitolbu għall-''ħaddiem'' li għamel dan il-manuskritt). Il-forma maskili ''laborator'' ("ħaddiem") tindika b’mod ċar li l-awtur al-manuskritt kien raġel.
Analiżi komparattiva li twettqet fl-1994 minn Albert Derolez (Università ta’ Ghent) u Nancy Netzer (Kulleġġ ta’ Boston) żvelat li manuskritt A u manuskritt B huma t-tnejn mill-istess perjodu, li hu probabbli ħafna li t-tnejn inħolqu fl-iskrittorju tal-abbazija ta' Echternach, u li jistgħu anki ġew prodotti mill-istess amanwensi<ref>Netzer, N.(1994) ''Cultural Interplay in the Eighth Century. The Trier Gospels and the Making of a Scriptorium at Echternach'', Cambridge-New York.</ref>.
== It-tentattiv ta’ konservazzjoni u restawr tal-1957 ==
Fl-1957 sar tentattiv minn Karl Sievers, restawratur minn Düsseldorf, biex jikkonserva u jirrestawra l-Codex Eyckensis. Hu neħħa u qered il-legatura ta' bellus aħmar tas-seklu 18 u mbagħad għamel laminazzjoni tal-folji kollha tal-manuskritt b'Mipofolie. Mipofolie hu lamina tal-klorur tal-polivinil (PVC), plastiċizzata esternament bid-diottilftalat. Mal-mogħdija taż-żmien, din il-lamina ipproduċiet l-aċtu kloridriku li attakka l-parċmina u kellu effett li ħoloq kulur safrani fuq il-lamina infisha. It-trasparenza u kulur tal-parċmina ġew affettwati, u l-polimeri preżenti fil-lamina setgħu imorru għal fuq il-parċmina u jagħmluha fraġli. Wara l-laminazzjoni, Sievers reġa’ għamel legatura tal-codex. Biex ikun jista’ jagħmel dan, hu qata’ t-truf tal-folji, u dan irriżulta fit-telf ta’ frak tal-illuminazzjoni.
[[Stampa:Codex eyckensis detail 1.jpg|daqsminuri|332x332px|Detail from the Codex B]]
F’tentattiv ġdid ta’ restawr bejn l-1987 u 1993, il-laminazzjoni Mipofolie tneħħiet b’mod metikoluż minn tim tal-Istitut Irjali Belġjan għall-Wirt Kulturali, immexxi mill-kimiku Dr Jan Wouters. Għar-restawr tal-folji wara t-tneħħija tal-laminat, ġiet żviluppata teknika innovattiva ta' ''leafcasting'' tal-parċmini. Biex ilestu r-restawr, iż-żewġ manuskritti kostitwenti tal-Codex ġew illegati separatament<ref>Wouters, J., Gancedo, G., Peckstadt, A., Watteeuw, L. (1992). The conservation of the Codex Eyckensis: the evolution of the project and the assessment of materials and adhesives for the repair of parchment. ''The'' ''Paper Conservator'' 16, 67-77. <nowiki>http://www.tandfonline.com/doi/abs/10.1080/03094227.1992.9638578</nowiki></ref>.
== Dokumentazzjoni u diġitizzazzjoni ==
L-eqdem dokumentazzjoni fotografika tal-Codex Eyckensis hi bejn wieħed u ieħor mis-sena 1916 ([http://www.europeana.eu/portal/nl/record/2048077/Athena_Plus_ProvidedCHO_Bildarchiv_Foto_Marburg_t2_20041466_T_001_197_159.html Bildarchiv Marburg]). Fl-okkażjoni tal-restawr, il-manuskritt ġie ffotografat fl-Istitut Irjali Belġjan għall-Wirt Kulturali (KIK–IRPA). Facsimile ġiet ippubblikata fl-1994<ref>Coppens, C. , A. Derolez und H. Heymans (1994) ''Codex Eyckensis: an insular gospel book from the abbey of Aldeneik.'' Maaseik: Museactron.</ref>.
Fl-2015, il-Codex Eyckensis ġie ddiġitizzat fuq il-post, fil-Knisja ta’ Santa Katerina, mill-Imaging Lab and Illuminare – Centre for the Study of Medieval Art | KU Leuven. Dan il-proġett tmexxa minn Prof. Lieve Watteeuw<ref><nowiki>https://www.arts.kuleuven.be/english/news/codex</nowiki> eyckensis</ref>. L-istampi ta' riżoluzzjoni għolja saru disponibbli online b’kooperazzjoni ma’ LIBIS (KU Leuven).
Il-Codex Eyckensis ġie rikonoxxut u protett bħala wirt immobbli fl-1986. Fl-2003, il-Codex Eyckensis ġie rikonoxxut bħala [https://web.archive.org/web/20170205100346/http://www.kunstenenerfgoed.be/nl/wat-doen-we-beschermen-cultuurgoederen/topstukkenlijst/codex-eyckensis Opra tal-Poplu Flemish].
== Riċerka kurrenti ==
Matul l-2016 – 2017, tim ta' riċerkaturi minn Illuminare – Ċentru għall-Istudju tal-Arti Medjevali | KU Leuven (Prof. Lieve Watteeuw) u l-Istitut Irjali Belġjan għall-Wirt Kulturali (Dr. Marina Van Bos), se jistudjaw mill-ġdid il-Codex Eyckensis.
Informazzjoni addizzjonali hi disponibbli fuq:
- [https://web.archive.org/web/20170324000413/http://www.codexeyckensis.be/ www.codexeyckensis.be]
- [https://theo.kuleuven.be/apps/press/bookheritagelab/ Book Heritage Lab-KU Leuven]
- [http://www.kikirpa.be/EN/1/61/Home.htm L-Istitut Irjali Belġjan għall-Wirt Kulturali] (KIK–IRPA)
== Ħoloq esterni ==
* Il-Codex Eyckensis fuq [https://web.archive.org/web/20170324000413/http://www.codexeyckensis.be/ www.codexeyckensis.be]
* Il-Codex Eyckensis, stampi b'riżoluzzjoni għolja online fuq [https://web.archive.org/web/20161213024708/http://depot.lias.be/delivery/DeliveryManagerServlet?change_lng=en&dps_custom_att_1=staff&dps_pid=IE5258806&mirador=true LIBIS]
* Il-Codex Eyckensis fuq [http://www.erfgoedplus.be/details/KF.objecten.1258581248753995059839?zoekterm=codex+eyckensis&categorie=vrij&pos=0 Erfgoedplus]
* Il-Codex Eyckensis fuq [https://web.archive.org/web/20170205101630/http://toerisme.maaseik.be/kerkschatten-collectie-digitaal www.museamaaseik.be]
* Il-Codex Eyckensis fuq [http://www.europeana.eu/portal/search.html?query=codex+eyckensis&rows=24 Europeana]
* Il-Codex Eyckensis kmien fis-seklu 20 fuq [https://web.archive.org/web/20170323233511/http://www.bildindex.de/?+pgesamt:%27codex%27%20+pgesamt:%27eyckensis%27#%7C1 Marburg Bildarchiv], Deutsches Dokumentationszentrum für Kunstgeschichte
* Il-Codex Eyckensis qabel u wara r-restawr li sar tard fis-seklu 20 [http://balat.kikirpa.be/photo.php?path=G004638&objnr=18032 Royal Institute for Cultural Heritage website]
== Bibljografija ==
Coenen, J. (1921) Het oudste boek van België, ''Het Boek 10'', pp. 189-194.
Coppens, C., A. Derolez en H. Heymans (1994) ''Codex Eyckensis: an insular gospel book from the abbey of Aldeneik,'' Antwerpen/Maaseik, facsimile.
De Bruyne, D. (1908) L'évangéliaire du 8e siècle, conservé à Maeseyck, ''Bulletin de la Société d'Art et d'Histoire du Diocèse de Liège 17'', pp. 385-392.
Dierkens, A. (1979) Evangéliaires et tissus de l’abbaye d’Aldeneik. Aspect historiographique, ''Miscellanea codicologica F. Masai Dicata'' (Les publications de Scriptorium 8), Gent, pp. 31-40.
Falmagne, T. (2009) ''Die Echternacher Handschriften bis zum Jahr 1628 in den Beständen der Bibliothèque nationale de Luxembourg sowie Archives diocésaines de Luxembourg, der Archives nationale, der Section historique de l' Institut grand-ducal und des Grand Séminaire de Luxembourg,'' Wiesbaden, Harrassowitz Verlag, 2 Banden: 311pp. + [64] ill., 792pp.
Gielen J. (1880) Le plus vieux manuscrit Belge, ''Journal des Beaux-Arts et de la Littérature 22'', nr. 15, pp. 114-115.
Gielen, J. (1891) Evangélaire d'Eyck du VIIIe siècle, ''Bulletin Koninklijke Commissie voor Kunst en Oudheden 30'', pp. 19-28.
Hendrickx, M. en W. Sangers (1963) De kerkschat der Sint-Catharinakerk te Maaseik. Beschrijvende Inventaris, ''Limburgs Kunstpatrimonium I'', Averbode, pp. 33-35.
Mersch, B. (1982) Het evangeliarium van Aldeneik, ''Maaslandse Sprokkelingen'' ''6'', pp. 55-79.
Netzer, N. (1994) ''Cultural Interplay in the 8th century and the making of a scriptorium,'' Cambridge, Cambridge University Press, 258pp.
Nordenfalk, C. (1932) On the age of the earliest Echternach manuscripts, ''Acta Archeologica'', vol. 3, fasc. 1, Kopenhagen: Levin & Munksgaard, pp. 57-62.
Schumacher, R. (1958) L’enluminure d’Echternach: art européen, ''Les Cahiers luxembourgeois'', vol. 30, nr. 6, pp. 181-195.
Spang, P. (1958) La bibliothèque de l’abbaye d’Echternach, ''Les Cahiers luxembourgeois,'' vol. 30, nr. 6, pp. 139-163.
Talbot, C.H. (1954) ''The Anglo-Saxon Missionaries in Germany. Being the Lives of SS. Willibrord, Boniface, Sturm, Leoba and Lebuin, together with the Hodoeporicon of St. Willibald and a selection of the Correspondence of Boniface'', [vertaald en geannoteerd], Londen-New York, 1954, 234pp.
Verlinden, C. (1928) Het evangelieboek van Maaseik'','' ''Limburg'', vol. ''11'', p. 34.
Vriens, H. (2016) ''De Codex Eyckensis, een kerkschat. De waardestelling van een 8ste eeuws Evangeliarium in Maaseik,'' onuitgegeven master scriptie Kunstwetenschappen, KU Leuven.
Wouters, J., G. Gancedo, A. Peckstadt, en L. Watteeuw, L. (1990) The Codex Eyckensis: an illuminated manuscript on parchment from the 8th century: Laboratory investigation and removal of a 30 year old PVC lamination, ''ICOM triennial meeting''. ICOM triennial meeting. Dresden, 26-31 August 1990, Preprints: pp. 495–499.
Wouters, J., G. Gancedo, A. Peckstadt en L. Watteeuw (1992) The conservation of the Codex Eyckensis: the evolution of the project and the assessment of materials and adhesives for the repair of parchment, ''The Paper Conservator 16'', pp. 67-77.
Wouters, J., A. Peckstadt en L. Watteeuw (1995) Leafcasting with dermal tissue preparations: a new method for repairing fragile parchment and its application to the Codex Eyckensis, ''The Paper Conservator 19'', pp. 5-22.
Wouters, J., Watteeuw, L., Peckstadt, A. (1996) The conservation of parchment manuscripts: two case studies, ''ICOM triennial meeting,'' ICOM triennial meeting. Edinburgh, 1-6 September 1996, London, James & James, pp. 529-544.
Wouters, J., B. Rigoli, A. Peckstadt en L. Watteeuw, L. (1997) Un matériel nouveau pour le traitement de parchemins fragiles, ''Techné: Journal of the Society for Philosophy and Technology, 5'', pp. 89-96.
''Zimmerman''''',''' ''E.H. (1916) Vorkarolingische Miniaturen, Deutscher Verein für Kunstwissenschaft'' ''III'', Sektion, Malerei, I. Abteilung, Berlin, pp. 66-67; 128; 142-143, 303-304.
[https://nl.wikipedia.org/wiki/Codex Eyckensis]
==Referenzi==
{{Referenzi}}
[[Kategorija:Kitbiet reliġjużi]]
[[Kategorija:Kotba]]
jiy3bn4b0m3k6wzuzmfbtdqzh48z8xa
Serenata Flowers
0
24657
331153
322846
2026-07-19T06:44:54Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331153
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox Kumpanija Dotcom
| isem_kumpanija = Serenata Flowers
| logo_kumpanija =
| tip_kumpanija = Kumpanija
| ġeneru =
| fundazzjoni = 2003
| fundatur =
| lokalità = [[Birkirkara]], [[Malta]]
| industrija = Bejgh
| parenti =
| prodotti = Fjura
| żona_servizz = [[Renju Unit]]
| nies_importanti = Martin Johansson
(Direttur Manigerjali)
| introjtu =
| dħul_operat =
| profitt =
| proprjetarju =
| nru_impjegati =
| slogan_kumpanija =
| url = [https://www.serenataflowers.com/ Serenata Flowers]
| alexa = 48459<ref>{{ċita web| url=http://www.alexa.com/siteinfo/serenataflowers.com| titlu=serenataflowers.com - Traffic Details from Alexa| editur=[[Alexa Internet]], Inc| aċċess=03-07-2020| lingwa=Ingliż| data-aċċess=2020-07-04| arkivju-url=https://web.archive.org/web/20200705195119/https://www.alexa.com/siteinfo/serenataflowers.com| arkivju-data=2020-07-05| url-status=dead}}</ref>
| tip_sit =
| reklamar =
| reġistrazzjoni =
| lingwa =
| pubblikazzjoni =
| stat_attwali =
| screenshot =
| deskrizzjoni =
| noti =

'''Serenata Flowers''' hija [[:Kategorija:Kumpaniji|kumpanija]] privata, li rebħet diversi premjijiet għas-servizzi ta’ konsenja ta’ fjuri onlajn fir-[[Renju Unit]],<ref>[https://www.swlondoner.co.uk/snag-some-of-the-best-deals-out-there-for-south-west-londoners/ Snag some of the best deals out there for south west Londoners]. ''SW Londoner''.</ref><ref>[https://web.archive.org/web/20200701095319/https://www.hearthomemag.co.uk/blog/expert-tips-for-transforming-your-garden-into-an-instagramable-paradise Expert Tips for Transforming Your Garden into an Instagramable Paradise]. ''Heart Home Magazine''.</ref><ref>[https://www.finextra.com/pressarticle/82255/revolut-data-shows-big-spikes-in-charitable-donations-during-lockdown Revolut data shows big spikes in charitable donations during lockdown]. ''Finextra''.</ref> bil-kwartieri ġenerali taghħa f'[[Birkirkara]], [[Malta]].<ref>[https://web.archive.org/web/20210306121936/https://www.prweb.com/releases/2006/02/prweb341367.htm Best UK Online Florist - Web User Magazine Award]. ''Cision''.</ref><ref>[https://web.archive.org/web/20200111063625/https://www.journalism.co.uk/press-releases/serenata-flowers-com-receive-global-business-excellence-award/s66/a548243/ Serenata Flowers.com receive global business excellence award]. ''Journalism''.</ref><ref>[https://www.profitero.com/2012/10/competitor-monitoring-imrg-announces-winners-of-ecommerce-awards// Competitor Monitoring: IMRG Announces Winners Of eCommerce Awards]. ''Profitero''.</ref>
==Sfond==
Serenata Flowers oriġinarjament twaqqfet fir-[[Renju Unit]] fl-2003.<ref>[https://eprretailnews.com/2009/11/24/serenata-flowers-delivers-flowers-in-a-new-way/ Serenata Flowers Delivers Flowers in a New Way]. ''EPR Retail News''.</ref><ref>[https://luxuriate.life/5-star-hotel-at-home/ Luxuriate in Lockdown: How to create a 5 star hotel at home]. ''Luxuriate''.</ref> Fl-2004 nediet l-ewwel websajt tagħha u marret 'il bogħod min-negozju tal-ħwienet tal-fjuri għal negozju ta' konsenja ta' fjuri onlajn. Fl-2015 il-kwartieri ġenerali tal-kumpanija ġew trasferiti lejn [[Malta]]. Fl-2019 il-kumpanija nediet servizz ta' konsenja ta' fjuri fl-Irlanda.<ref>[https://web.archive.org/web/20200111062113/https://bizplus.ie/uk-online-florist-launches-in-ireland/ UK Online Florist Launches In Ireland]. ''Bizplus''.</ref>
==Imsieħba==
Fl-2016 Serenata Flowers issieħbu ma' FairTrade.org biex toffri firxa ta' fjuri li jinxtraw etikament.<ref>[https://www.fairtrade.org.uk/Buying-Fairtrade/Flowers Buying Fairtrade Flowers]. ''Fairtrade Foundation''.</ref>
Il-kumpanija qeda tappoġġja numru ta' karitajiet:
* Bat Conservation Trust<ref>[https://www.bats.org.uk/support-bats/corporate-opportunities/corporate-members Bat Conservation Trust]</ref>
* Botanic Gardens Conservation International
* BTO
* Plants for a Future<ref>[https://pfaf.org/user/Default.aspx Plants for a Future]</ref>
==Ara wkoll==
*[[Birkirkara]]
*[[:Kategorija:Kumpaniji ta' Malta]]
==Referenzi==
<references/>
==Ħoloq esterni==
* [https://www.serenataflowers.com/ Websajt uffiċjali - Serenata Flowers]
* [https://web.archive.org/web/20200111062501/https://www.serenataflowers.com/pollennation/ Pollen Nation - blog minn Serenata Flowers]
[[Kategorija:Kumpaniji ta' Malta]]
5gk0svq5aanzcvgaqxk79toqqpfscfn
Anne-Sophie Mutter
0
26618
331144
327182
2026-07-19T00:13:16Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331144
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Anne-Sophie Mutter''' (twieldet fid-29 ta’ Ġunju 1963) hija vjolinista [[Ġermanja|Ġermaniża]]. Hija kienet appoġġata minn kmieni fil-karriera tagħha minn [[Herbert von Karajan]], u kellha diversi kompożizzjonijiet mużikali apposta għaliha, mingħand [[Sebastian Currier]], [[Henri Dutilleux]], [[Sofia Gubaidulina]], [[Witold Lutosławski]], [[Norbert Moret]], [[Krzysztof Penderecki]], [[André Previn]], [[Wolfgang Rihm]], [[John Williams]] u oħrajn.<ref>Carnegie Hall Playbill, 11 November 2014, p. 38.</ref>
== Ħajja bikrija ==
Mutter twieldet fir-raħal Ġermaniż ta’ [[Rheinfelden]], li jinsab xi 15-il kilometru fil-Lvant ta’ [[Basel]] max-xatt tat-Tramuntana tal-parti ta’ fuq tax-xmara [[Renu]], li faċċata tiegħu hemm ir-raħa [[Żvizzera|Żvizzeru]] tal-istess isem. Hija bdiet iddoqq il-[[pjanu]] meta kellha ħames snin, u ftit wara bdiet iddoqq il-[[vjolin]]. Ispirata mir-reġistrazzjoni tal-vjolinisti [[Yehudi Menuhin]] u [[Wilhelm Furtwängler]], hija bdiet tistudja ma’ [[Erna Honigberger]], studenta ta’ [[Carl Flesch]]. Wara li Honigberger mietet, Mutter kompliet l-istudji tagħha ma’ [[Aida Stucki]] fil-Konservatorju ta’ Winterthur.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://lso.co.uk/more/blog/446-lso-international-violin-festival-meet-anne-sophie-mutter.html|titlu=London Symphony Orchestra - LSO International Violin Festival: Meet Anne-Sophie Mutter|sit=lso.co.uk|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
== Karriera ==
Mutter bdiet tiġbed l-attenzjoni bit-talent tagħha u ma baqgħetx tattendi l-iskola biex tiddedika l-ħin kollu tagħha għall-[[mużika]]. Is-surmast Herbert von Karajan irranġalha biex iddoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ [[Berlin]]. Kellha biss 13-il sena meta għamlet id-debutt pubbliku tagħha fl-1976 fil-Festival ta’ [[Lucerne]], fejn daqqet il-Kunċert Nru 4 għall-Vjolin f’D maġġuri ta’ [[Wolfgang Amadeus Mozart|Mozart]]. Fl-1977 hija daqqet fil-Festival ta’ [[Salzburg]] u mal-Orkestra tal-Kamra [[Renju Unit|Ingliża]] taħt id-direzzjonijiet tas-surmast [[Daniel Barenboim]]. Meta kellha 15-il sena, Mutter għamlet l-ewwel reġistrazzjoni tagħha tal-Kunċerti Nri 3 u 5 għall-Vjolin ta’ Mozart ma’ Karajan u l-Orkestra Filarmonika ta’ Berlin.<ref name=":0" />
Fl-1980, Mutter għamlet id-debutt [[Stati Uniti|Amerikan]] tagħha mal-Orkestra Filarmonika ta’ [[New York]] taħt is-surmast [[Zubin Mehta]]. Fl-1985, meta kellha 22 sena, saret imsieħba onorarja tal-Akkademja Rjali tal-Mużika ([[Londra]]) u kap tal-fakultà tagħha tal-istudji internazzjonali tal-vjolin u fl-1986 saret membru onorarju. Fl-1988 għamlet tour kbir tal-[[Kanada]] u tal-Istati Uniti, u daqqet għall-ewwel darba fis-Sala ta’ Carnegie. Fl-1998 hija daqqet għal reġistrazzjoni ta’ CD u ta’ DVD tas-sett komplut tas-Sonati bil-Vjolin ta’ [[Ludwig van Beethoven|Beethoven]], akkumpanjata minn [[Lambert Orkis]]; dawn ixxandru fuq it-[[televiżjoni]] f’bosta pajjiżi.
== Repertorju ==
Minkejja li r-repertorju tagħha jinkludi ħafna xogħlijiet klassiċi, Mutter hija magħrufa b’mod partikolari għall-wirjiet tagħha ta’ mużika kontemporanja. Diversi xogħlijiet mużikali nkitbu b’mod speċjali għaliha jew ġew iddedikati lilha, fosthom ''Sur le même accord'' ta’ Henri Dutilleux, it-Tieni Kunċert għall-Vjolin ta’ Krzysztof Penderecki, ''Chain 2'' u l-verżjoni orkestrali ta’ ''Partita'' ta’ Witold Lutosławski, u ''Gesungene Zeit'', ''Lichtes Spiel'', u ''Dyade'' ta’ Wolfgang Rihm. F’Awwissu 2007, daqqet għall-ewwel darba l-Kunċert Nru 2 għall-Vjolin ''In tempus praesens'' ta’ Sofia Gubaidulina. Hija rċeviet bosta premjijiet, inkluż diversi Premjijiet Grammy.
F’Ottubru 2006, fuq it-televiżjoni Franċiża, Mutter dehret li kienet qed tindika li se tirtira meta tagħlaq 45 sena fl-2008.<ref>{{Ċita aħbar|kunjom=Perkins|isem=David|data=2006-11-14|titlu=Mutter still takes her music seriously|url=http://archive.boston.com/news/globe/living/articles/2006/11/14/mutter_still_takes_her_music_seriously/|data-aċċess=2021-06-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20160303204952/http://www.boston.com/news/globe/living/articles/2006/11/14/mutter_still_takes_her_music_seriously/|arkivju-data=2016-03-03|url-status=dead}}</ref> Madankollu, ix-xahar ta’ wara qalet li l-kliem tagħha ġie interpretat ħażin u li hi kienet se tkompli ddoqq sakemm tibqa’ tħoss li tista’ “twassal xi ħaġa ġdida, importanti u differenti għall-mużika".<ref>{{Ċita aħbar|kunjom=Brookes|isem=Stephen|data=2006-11-19|titlu=Violinist Mutter, Revving Her Motor|url=http://www.washingtonpost.com/wp-dyn/content/article/2006/11/17/AR2006111700291.html|lingwa=en-US|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
== Dehra ==
Mutter hija magħrufa li kienet tidher fuq il-palk liebsa lbiesi eleganti bla ċineg. Mutter kienet tħoss li d-drapp kien jiżloq wisq biex jipprovdi t-trazzjoni li kien ikollha bżonn hi u ddoqq.<ref name=":1">{{Ċita web|url=https://nypost.com/2018/03/01/why-this-violinist-only-wears-strapless-ball-gowns/|titlu=Why this violinist only wears strapless ball gowns|kunjom=Hoffman|isem=Barbara|data=2018-03-01|lingwa=en-US|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
Hija rċeviet pariri fuq id-dehra tagħha mingħand Karajan li kien jinsisti li x-xagħar tagħha jkun issettjat u li tmur “[[Pariġi]] biex ikollha libsa deċenti”. Meta kellha madwar 18-il sena, hija xtrat ftit ilbiesi (imraħħsin) minn Chanel u ordnat li jitqassrulha. Hija sostniet li “Hemmhekk twieldet l-imħabba tiegħi għall-ilbiesi mfasslin apposta għalija”. Hija libset ukoll ilbiesi Givenchy. Kienet tilbes ukoll ilbiesi ta’ John Galliano ta’ Dior, iżda qatgħet kwalunkwe rabta ma’ Dior minħabba “polemika anti-Semita li feġġet”. Attwalment tilbes ilbiesi ta’ [[Nicholas Oakwell]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.violinist.com/blog/laurie/200810/9189/|titlu=Violinist.com interview with Anne-Sophie Mutter|sit=Violinist.com|lingwa=en-us|data-aċċess=2021-06-29}}</ref> Mutter tippreferi l-aħmar, l-oranġjo u l-aħdar bħala kuluri għaliex jaqblu mal-vjolin [[Stradivari]] tagħha.<ref name=":1" />
== Strumenti ==
Mutter għandha żewġ vjolini Stradivari: l-''Emiliani'' tal-1703 u l-iStradivari ta’ Lord Dunn-Raven tal-1710.<ref>{{Ċita aħbar|data=2017-04-03|titlu=Anne-Sophie Mutter Tallahassee 1|url=https://www.newspapers.com/clip/51871193/anne-sophie-mutter-tallahassee-1/|post=Tallahassee, Florida|paġni=A1|data-aċċess=2021-06-29}}</ref><ref>{{Ċita aħbar|data=1990-05-06|titlu=Anne-Sophie Mutter Stamets|url=https://www.newspapers.com/clip/51859266/anne-sophie-mutter-stamets/|post=St. Petersburg, Florida|paġni=71|data-aċċess=2021-06-29}}</ref> Għandha wkoll Finnigan-Klaembt tal-1999 u Regazzi tal-2005.<ref>{{Ċita web|url=http://archive.is/6A5E|titlu=.:. Dynamic .:. Product Details|data=2012-06-04|sit=archive.is|data-aċċess=2021-06-29}}</ref> F’diskussjoni dwar il-vjolini Stradivari tagħha, Mutter stqarret:<ref name=":0" />
Vjolin Stradivari dejjem huwa speċjali bħala opra ta’ sengħa sublimi, iżda dawn l-istrumenti huma aħjar minn oħrajn għaliex kapaċi jwasslu anke l-iktar ''pianissimi'' sottili sal-aħħar ringiela nett ta’ kwalunkwe sala. Jien inħobb partikolarment l-ambitu illimitat ta’ lwien li l-vjolin tiegħi kapaċi joħroġ fid-dieher, kif ukoll l-għajta tidwi qisha ta’ [[tigra]] tal-korda G … Huwa l-aqwa strument li seta’ jkolli, bil-personalità tiegħu stess. Iżda huwa sensittiv għall-bidliet f’daqqa fit-temperatura—wara kollox għandu 300 sena.

== Ħajja personali ==
Fl-1989, Mutter iżżewġet lill-ewwel raġel tagħha, [[Detlef Wunderlich]], u miegħu kellha żewġt itfal, Arabella u Richard. Wunderlich miet bil-[[kanċer]] fl-1995. Hija ddedikat ir-reġistrazzjoni tagħha tal-1999 ta’ ''Vivaldi: L-Erba’ Staġuni'', għall-memorja tiegħu.<ref>Liner Notes, ''Vivaldi: The Four Seasons'' (Deutsche Grammophon, 1999): 3.</ref> Fl-2002 hija żżewġet lill-pjanista u lis-surmast [[André Previn]].<ref>{{Ċita aħbar|data=2002-08-04|titlu=Previn weds Anne-Sophie Mutter|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/entertainment/2172469.stm|lingwa=en-GB|data-aċċess=2021-06-29}}</ref> Il-koppja ddivorzjat fl-2006<ref>{{Ċita aħbar|data=2006-08-21|titlu=Conductor Andre Previn to divorce|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/entertainment/5271896.stm|lingwa=en-GB|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>, iżda komplew jikkollaboraw mużikalment u baqgħu ħbieb.<ref>{{Ċita aħbar|kunjom=Jepson|isem=Barbara|data=2008-11-26|titlu=The Reigning Diva of the Violin Embraces Contemporary Music|url=https://www.wsj.com/articles/SB122756931186154533|lingwa=en-US|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
Fis-26 ta’ Marzu 2020, Mutter ħabbret li rriżultat pożittiva għall-COVID-19.<ref>{{Ċita web|url=https://www.classicfm.com/artists/anne-sophie-mutter/violinist-tests-positive-coronavirus/|titlu=German violinist Anne-Sophie Mutter tests positive for coronavirus|sit=Classic FM|lingwa=en|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
== Premjijiet u rikonoxximenti ==
* Premju Grammy għall-Aqwa Spettaklu Mużikali tal-Kamra:
** Anne-Sophie Mutter u Lambert Orkis għal ''Beethoven: Is-Sonati għall-Vjolin (Nri 1-3, Op. 12; Nri 1-3, Op. 30; Sonata tar-"rebbiegħa")'' (2000)
* Premju Grammy għall-Aqwa Spettaklu Strumentali ta’ Solista (mal-orkestra):
** Anne-Sophie Mutter u André Previn (surmast) għal ''Previn: Kunċert għall-Vjolin "Anne-Sophie"/Bernstein: Serenata'' (2005)
** Anne-Sophie Mutter, Krzysztof Penderecki (surmast) u l-Orkestra Sinfonika ta’ Londra għal ''Penderecki: Kunċert Nru 2 għall-Vjolin, Metamorphosen'' (1999)
** Anne-Sophie Mutter, James Levine (surmast) u l-Orkestra Sinfonika ta’ [[Chicago]] għal ''Berg: Kunċert għall-Vjolin/Rihm: Gesungene Zeit'' (1994)
* Tismija ta’ Anne-Sophie-Mutter-Weg f’[[Wehr]], [[Baden-Württemberg]] (Triq Anne-Sophie Mutter) (is-27 ta’ Awwissu 1988)
* Ordni tal-Mertu ta’ Baden-Württemberg (1999)
* Salib [[Awstrija|Awstrijaku]] tal-Unur għax-[[Xjenza]] u [[l-Arti]] (1999)<ref>{{Ċita web|url=http://www.parlament.gv.at/PAKT/VHG/XXIV/AB/AB_10542/imfname_251156.pdf|titlu="Reply to a parliamentary question" (PDF).|kunjom=Parlament.gv.at}}</ref>
* Premju Sonning (2001; id-[[Danimarka]])
* Ordni Massimiljana [[Bavarja|Bavarjana]] għax-Xjenza u l-Arti (2002)
* Premju Mużikali Herbert von Karajan ([[Baden-Baden]], 2003)<ref>{{Ċita aħbar|data=2003-06-15|titlu=Anne-Sophie Mutter wins top award|url=http://news.bbc.co.uk/2/hi/entertainment/2992228.stm|lingwa=en-GB|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* Kavallier tal-Ordre des Arts et des Lettres (2005)
* Victoires de la Musique Classique (2006)
* Premju Grandjuż tal-Unur għas-Servizzi lir-Repubblika tal-Awstrija (2007)<ref>{{Ċita web|url=http://www.parlament.gv.at/PAKT/VHG/XXIV/AB/AB_10542/imfname_251156.pdf|titlu="Reply to a parliamentary question" (PDF).|kunjom=Parlament.gv.at}}</ref>
* Premju Mużikali Ernst von Siemens (2008)
* Premju Mendelssohn (kategorija mużikali) ([[Leipzig]], 2008)
* Salib tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (''Verdienstkreuz 1. Klasse'') (2009)
* Chevalier de la Legion d'honneur ([[Franza]], 2009) għall-impenn tagħha fix-xogħlijiet tal-mużika kontemporanja mill-Franċiżi
* Echo Klassik bħala Mużiċista Strumentali (2009)
* Premju Ewropew ta’ St. Ulrich (Lulju 2009)
* Dottorat ''Honoris Causa'' mill-Università [[Norveġja|Norveġiża]] tax-Xjenza u t-Teknoloġija (NTNU) (2010)<ref>{{Ċita web|url=http://archive.is/Y82AP|titlu=News in brief - Gemini - Research news from NTNU and SINTEF|data=2013-02-23|sit=archive.is|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* Premju tal-Fondazzjoni Kulturali ta’ [[Dortmund]]
* Premju Brahms (Soċjetà Brahms ta’ [[Schleswig-Holstein]], 2011)
* Premju tal-Kunsill [[Oċean Atlantiku|Atlantiku]] għal Tmexxija Artistika Distinta (2012)<ref>{{Ċita web|url=http://www.acus.org/event/2012-annual-awards-dinner|titlu=2012 Annual Awards Dinner {{!}} Atlantic Council|data=2012-05-30|sit=web.archive.org|data-aċċess=2021-06-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20120530074635/http://www.acus.org/event/2012-annual-awards-dinner|arkivju-data=2012-05-30|url-status=bot: unknown}}</ref>
* Ordni Bavarjana tal-Mertu
* Unur Kulturali tal-Belt ta’ [[Munich]]
* Membru Onorarju tal-Akkademja Rjali tal-Mużika
* Premju Erich Fromm għax-xogħol soċjali komprensiv tagħha (2011)
* Premju Gustav Adolf tal-Gustav-Adolf-Werk tal-Knisja Evanġelika f’Hesse-Nassau għall-impenn djakonali soċjali tagħha<ref>{{Ċita web|url=https://magazin.klassik.com/news/teaser.cfm?ID=9006|titlu=klassik.com : Anne-Sophie Mutter erhält Gustav-Adolf-Preis|sit=magazin.klassik.com|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* Midalja taċ-Ċentenarju ta’ Lutosławski (il-25 ta’ Jannar 2013)<ref>{{Ċita web|url=http://www.lutoslawski.org.pl/en/anniversary,6.html|titlu=Towarzystwo im. Witolda Lutosławskiego|sit=www.lutoslawski.org.pl|data-aċċess=2021-06-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210629180158/http://www.lutoslawski.org.pl/en/anniversary,6.html|arkivju-data=2021-06-29|url-status=dead}}</ref>
* Membru Onorarju Barranija tal-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi (April 2013)<ref>{{Ċita web|url=https://www.amacad.org/news?field_article_type=3|titlu=News {{!}} American Academy of Arts and Sciences|sit=www.amacad.org|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* Echo Klassik 2014 għall-album “Dvořák”
* Imsieħba Onorarja tal-Kulleġġ ta’ Keble, [[Oxford]]
* 11-il Premju Yehudi Menuhin mill-Fondazzjoni Albeniz (2016)<ref>{{Ċita web|url=https://www.escuelasuperiordemusicareinasofia.es/en/distinctions|titlu=Distinctions {{!}} Escuela Superior de Música Reina Sofía|sit=www.escuelasuperiordemusicareinasofia.es|lingwa=en|data-aċċess=2021-06-29|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20200224111903/https://www.escuelasuperiordemusicareinasofia.es/en/distinctions|arkivju-data=2020-02-24|url-status=dead}}</ref>
* Midalja tad-Deheb għall-Merti fil-Belle Arti (2016)<ref>{{Ċita web|url=https://www.elmundo.es/cultura/2016/12/05/58458b5846163fcc548b45ba.html|titlu=Gregorio Marañón, Medalla de Oro al Mérito en las Bellas Artes|data=2016-12-05|sit=ELMUNDO|lingwa=es|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* Midalja tad-Deheb għall-Mertu fil-Kultura – ''Gloria Artis'' (2018)
* Premju Mużika Polari (2019)<ref>{{Ċita web|url=http://www.theguardian.com/music/2019/feb/13/grandmaster-flash-and-annie-sophie-mutter-win-2019-polar-music-prize|titlu=Grandmaster Flash and Anne-Sophie Mutter win 2019 Polar Music prize|data=2019-02-13|sit=the Guardian|lingwa=en|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
* ''Praemium Imperiale'' (2019)<ref>{{Ċita web|url=https://www.gramophone.co.uk/classical-music-news/article/anne-sophie-mutter-receives-praemium-imperiale-award|titlu=Anne-Sophie Mutter receives Praemium Imperiale Award|sit=Gramophone|lingwa=en|data-aċċess=2021-06-29}}</ref>
== Referenzi ==
{{DEFAULTSORT:Mutter, Anne-Sophie}}
[[Kategorija:Mużiċisti Ġermaniżi]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1963]]
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
227zx7zbqsclc84bg4up79qwfuo9mg4
Bergpark Wilhelmshöhe
0
28934
331143
314945
2026-07-18T17:24:18Z
Ziv
24637
([[c:GR|GR]]) [[File:Rembrandt Harmensz. van Rijn 089.jpg]] → [[File:Rembrandt van Rijn - Saskia van Uylenburgh im Profil, in reichem Kostüm.jpg]] [[c:COM:FR#FR2|Criterion 2]] · Name of the painting and not just a generic number
331143
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:Herkules1 1.jpg|daqsminuri|Il-[[monument]] ikoniku ta' Erkole.]]
Il-'''Bergpark Wilhelmshöhe''' huwa park pajsaġġistiku f'[[Kassel]], il-[[Ġermanja]]. L-erja tal-park hija 2.4 kilometri kwadri (590 akru), u b'hekk huwa l-ikbar park [[Ewropa|Ewropew]] f'għolja, u t-tieni l-ikbar park f'għolja fid-[[Id-Dinja|dinja]]. Il-kostruzzjoni tal-''Bergpark'', litterlament "park tal-għolja", bdiet fl-1689 taħt il-patroċinju tal-Landgravji ta' [[Hesse]]-Kassel u damet madwar 150 sena. Il-park huwa miftuħ għall-pubbliku u fl-2013 tniżżel fil-lista tas-[[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1413/|titlu=Bergpark Wilhelmshöhe|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-27}}</ref>
== Ġeografija ==
=== Pożizzjoni ===
Bad Wilhelmshöhe, ''Stadtteil'' ta' Kassel fit-Tramuntana ta' Hesse, jinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt taħt l-għoljiet ta' Habichtswald. Huwa magħruf ukoll għall-istazzjon Kassel-Wilhelmshöhe fil-linja ferrovjarja ta' veloċità għolja Hanover–Würzburg.
== Storja ==
Oriġinarjament il-park kien ġie stabbilit bl-istil [[Barokk]] tal-ġonna [[Italja|Taljani]] u tal-ġonna formali [[Franza|Franċiżi]], b'karatteristiċi tal-ilma jnixxu 'l isfel bħala kaskati sal-Palazz ta' Wilhelmshöhe (bil-[[Lingwa Ġermaniża|Ġermaniż]]: ''Schloss Wilhelmshöhe''), u iktar 'il quddiem ġie rranġat mill-ġdid fi ġnien pajsaġġistiku [[Renju Unit|Ingliż]].
Fl-1143, il-Kanoniċi Regolari minn [[Mainz]] stabbilew il-Monasteru ta' Weißenstein fis-sit fejn illum il-ġurnata hemm il-Palazz ta' Wilhelmshöhe, u dan tneħħa matul ir-Riformazzjoni [[Protestantiżmu|Protestanta]]. Il-Landgravju [[Filippu I ta' Hesse]] uża l-binjiet li kien għad fadal bħala loġġa tal-kaċċa, fil-biċċa l-kbira rikostruwità mid-dixxendent tiegħu Maurice ta' Hesse-Kassel bejn l-1606 u l-1610.
=== 1696-1806 ===
[[Stampa:Bundesarchiv Bild 146-2002-009-10, Kaiserpaar bei Ausritt.jpg|daqsminuri|L-Imperatur [[Wilhelm II]] fil-Bergpark fl-1906.]]
Il-Bergpark inbena bħala park Barokk taħt il-Landgravju [[Karlu I ta' Hesse-Kassel]]. Fl-1701, l-[[arkitett]] Taljan [[Giovanni Francesco Guerniero]] beda l-kostruzzjoni tal-monument ta' [[Erkole]] u l-kaskati ġganteski. Fl-1785, [[Wilhelm IX]], il-Landgravju ta' Hesse, beda estensjoni kbira tal-park, u fis-sena ta' wara, l-arkitett tiegħu [[Simon Louis du Ry]], iddisinja l-palazz Neoklassiku ta' Wilhelmshöhe.
Sadanittant, l-ideali pajsaġġistiċi nbidlu mill-Barokk Franċiż għall-ġnien Ingliż. Matul l-estensjoni u l-modifiki li saru, [[Heinrich Christoph Jussow]], apparti li kkontribwixxa bid-disinn tal-palazz, ħoloq kostruzzjonijiet li għadhom jikkaratterizzaw il-park sa llum il-ġurnata: fdalijiet artifiċjali bħal-Löwenburg (il-Kastell tal-[[Iljun]]) u l-akkwedott [[Imperu Ruman|Ruman]], kif ukoll estensjonijiet tal-ġnien tal-ilma bħal-lag, il-vaska bil-funtana u t-''Teufelsbrücke'' (il-Pont tax-Xitan) flimkien mal-''Höllenteich'' (il-Vaska tal-[[Infern]]). Fl-1793, [[Karl Steinhöfer]] żied il-Kaskata ta' Steinhöfer fil-ġnien tal-ilma.
=== 1806-1866 ===
Kassel saret il-[[belt kapitali]] tar-Renju l-ġdid ta' Westfalen, stat vassall ta' [[Franza]], immexxi minn ħu [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]], [[Jérôme Bonaparte]]. Huwa kellu l-qorti rjali fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe (li beda jissejjaħ ''Napoleonshöhe'', il-Palazz ta' Napuljun) sal-1813, wara t-telfa li ġarrab Napuljun u l-istabbiliment mill-ġdid tal-elettorat. Iċ-Ċambellan Ewlieni tar-Re u l-gvernatur ta' ''Napoleonshöhe'' kien il-Konti [[Heinrich von Blumenthal]]. Fl-1826, William II, Elettur ta' Hesse ordna l-aħħar kostruzzjoni kbira tal-Bergpark Wilhelmshöhe, il-''grosser Wasserfall'' (il-Kaskata l-Kbira).
=== 1866-1918 ===
[[Stampa:Bundesarchiv Bild 146-2005-0164, Kassel, großes Hauptquartier, Offiziere.jpg|xellug|daqsminuri|Membri tal-Oberste Heeresleitung, il-Kmand Għoli tal-Armata Ġermaniża, Novembru 1918.]]
Peress li żamm mal-[[Awstrija]] fil-Gwerra bejn l-Awstrija u l-[[Prussja]] għas-supremazija fil-Ġermanja, il-prinċipat ġie anness mir-Renju tal-Prussja fl-1866. L-amministrazjoni Prussjana għaqdet lil Nassau, [[Frankfurt]] u Hesse-Kassel fil-provinċja l-ġdida ta' Hesse-Nassau. Kassel ma baqgħetx residenza tal-prinċpijiet iktar u d-dinastija tal-ħallieqa tal-park intemmet.
Fl-1870, wara l-Battalja ta' Sedan, l-Imperatur Franċiż [[Napuljun III]] ntbagħat bħala priġunier fil-Palazz ta' Schloss Wilhelmshöhe qabel ma ntbagħat f'eżilju fir-Renju Unit. Mill-1899, l-Imperatur Ġermaniż Wilhelm II, li kien mar l-iskola f'Kassel, għażel il-Palazz ta' Wilhelmshöhe bħala r-residenza tas-sajf tiegħu, u b'hekk il-palazz u l-park saru ċentru tal-[[politika]] Ewropea għaż-żewġ deċennji ta' wara. Wara l-armistizju li temm [[l-Ewwel Gwerra Dinjija]], l-Oberste Heeresleitung immexxi minn [[Paul von Hindenburg]] organizza u wassal għall-irtirar u d-demobilizzazzjoni tat-truppi Ġermaniżi minn Kassel minn Novembru 1918 sa Frar 1919.
=== Sekli 20 u 21 ===
[[Stampa:Bergpark wilhelmshoehe talblick ds 05 2006.jpg|daqsminuri|Veduta mill-monument ta' Erkole.]]
Il-Palazz ta' Wilhelmshöhe ġarrab ħsarat mill-bumbardamenti tal-Alleati fit-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]]. Mill-1968 sal-1974, inbena mill-ġdid bħala mużew tal-arti.<ref>{{Ċita web|url=http://www.museum-kassel.de/en/index_navi.php?parent=9527|titlu=Museumslandschaft Hessen Kassel|data=2015-06-19|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-08-27|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150619202958/http://www.museum-kassel.de/en/index_navi.php?parent=9527|arkivju-data=2015-06-19|url-status=dead}}</ref> Jospita kollezzjoni ta' wallpapers, kollezzjoni ta' antikitajiet [[Greċja|Griegi]]-Rumani, u gallerija ta' [[Pittura|pitturi]] tal-Artisti l-Kbar l-Antiki. Il-kollezzjoni tiffoka fuq is-sekli 16 u 17, b'kapulavuri ta' pitturi Ġermaniżi, Taljani, Franċiżi u [[Spanja|Spanjoli]]. Il-mużew għandu wkoll it-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' pitturi ta' [[Rembrandt]] fil-Ġermanja. Il-pittura famuża ta' Rembrandt ''Saskia'' u ''r-Raġel tal-Kappell Wiesa''' ta' [[Frans Hals]] huma fost l-iktar magħrufin.
Fl-1972, il-Kanċillier tal-Ġermanja tal-Punent [[Willy Brandt]] u l-Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża [[Willi Stoph]] iltaqgħu fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe għan-negozjati bejn iż-żewġ stati Ġermaniżi.
[[Stampa:Rembrandt van Rijn - Saskia van Uylenburgh im Profil, in reichem Kostüm.jpg|xellug|daqsminuri|Il-pittura ''Saskia'' ta' Rembrandt.]]
Ma saret l-ebda estensjoni fil-park matul is-seklu 20. Min-naħa l-oħra, fis-seklu 21 saru rinnovazzjonijiet estensivi tal-monument ta' Erkole u tal-kaskati.<ref>{{Ċita web|url=https://www.kulturportal-hessen.de/de/downloads/category/16-museen-schloesser-parks|titlu=3 Orte in Deutschland mit kulturellem Wert - Kulturportal Hessen|lingwa=de-DE|data-aċċess=2022-08-27}}</ref>
== Deskrizzjoni ==
Il-park jinkludi erja ta' madwar 2.4 kilometri kwadri (0.93 mili kwadri), u jibqa' sejjer sal-għolja ta' Karlsberg bil-monument ta' Erkole fil-quċċata tagħha f'għoli ta' 526.2 metru (1,726 pied).
=== Erkole ===
L-Erkole ta' Kassel hija [[statwa]] tar-ram tas-semialla tal-Greċja Antika Erakle jew Erkole. Din hija kopja tal-istatwa tas-seklu 3 ta' Erkole tal-Palazz Farnese f'[[Ruma]], l-Italja, u nħolqot minn [[Johann Jacob Anthoni]], [[arġentier (tad-deheb)]] minn [[Augsburg]].
== Sit ta' Wirt Dinji ==
[[Stampa:Bergpark wilhelmshoehe grosse fontaene.jpg|daqsminuri|Il-funtana l-kbira tal-park.]]
Il-Bergpark Wilhelmshöhe huwa amministrat mill-Istat ta' Hesse u huwa affiljat man-Network tal-Wirt tal-Ġonna Ewropej mill-2009. Fit-23 ta' Ġunju 2013 ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sessjoni li saret fi [[Phnom Penh]], il-[[Kambodja]].<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/news/1049/|titlu=Sites in Germany and Italy bring to 19 the number of sites inscribed on the World Heritage List this year|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-27}}</ref> Il-park jagħmel parti mill-Museumslandschaft Hessen Kassel.<ref name=":0" />
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".<ref name=":0" />
== Evalwazzjoni ==
L-istoriku tal-arti [[Georg Dehio]] (1850-1932), l-ispiratur tad-dixxiplina moderna tal-preservazzjoni storika, iddeskriva l-park bħala "x'aktarx l-iżjed kombinament grandjuż ta' pajsaġġ u ta' arkitettura li l-Barokk qatt azzarda fi kwalunkwe post" (''"vielleicht das Grandioseste, was irgendwo der Barock in Verbindung von Architektur und Landschaft gewagt hat"'').<ref>{{Ċita web|url=https://www.torkret.de/databases/internet/_public/files30.nsf/SearchView/FD0832105F9B18DFC12582B70042D7EB/$File/16-91a_2010_Referenzfolder_Herkulesbauwerk.pdf|titlu=Herkulesbauwerk Kassel - bei TORKRET GmbH}}</ref>
== Biblijografija ==
* Giovanni Francesco Guerniero, ''Delineatio Montis'', Kassel, 1706.
* Paul Heidelbach, ''Die Geschichte der Wilhelmshöhe.'' Klinkhardt & Biermann, [[Leipzig]], 1909.
* Horst Becker und Michael Karkosch, ''Park Wilhelmshöhe, Parkpflegewerk'', [[Bad Homburg]] u [[Regensburg]], 2007, <nowiki>ISBN 978-3-7954-1901-1</nowiki>.
* Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, ComputerWorks AG und Michael Karkosch, ''Kassel-Wilhelmshöhe, Gartendenkmalpflegerische Zielplanung mit VectorWorks Landschaft'', Lörrach, 2007.
* Bernd Modrow und Claudia Gröschel, ''Fürstliches Vergnügen, 400 Jahre Gartenkultur in Hessen'', Verlag Schnell und Steiner, Bad Homburg u Regensburg, 2002, <nowiki>ISBN 3-7954-1487-3</nowiki>.
* Michael Karkosch, ''Zeitreise in die Jahrhundertwende, Der Kaiserpark Wilhelmshöhe in Kassel'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 28f.
* Dunja Richter, ''Der Duft der großen weiten Welt, Wilhelminische Pflanzenhausarchitektur in Kassel'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 30.
* Michael Karkosch, ''Zurückgelassen in der Heimat, Erdmann – Lieblingsteckel Seiner Majestät'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg 2008, p. 35.
* Siegfried Hoß, ''Kaiserliche Farbenpracht – neu entfacht!'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 42.
* Marianne Bolbach, ''Geschichte und soziale Bedeutung des Bergparks Wilhelmshöhe'', Kassel, 1988.
* Paul Heidelbach, ''Die Geschichte der Wilhelmshöhe'', Leipzig 1909, Nachdruck, hrsg. v. Dieter Carl, [[Vellmar]], 2005.
* Alfred Hoffmann und Herrmann Mielke. ''Kassel – Schlosspark Wilhelmshöhe – Bäume und Sträucher'', hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 1994.
* Jutta Korsmeier, ''Wasserkünste im Schlosspark Wilhelmshöhe'', hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg u Regensburg, 2000, <nowiki>ISBN 3-7954-1287-0</nowiki>.
* Helmut Sander, ''Das Herkules-Bauwerk in Kassel-Wilhelmshöhe'', Kassel, 1981.
== Referenzi ==
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]]
[[Kategorija:Ġonna]]
[[Kategorija:Ġermanja]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fil-Ġermanja]]
gxt5py9g4ktc51m9h2rh9rgyzxi7ge3
331152
331143
2026-07-19T04:12:48Z
Ziv
24637
([[c:GR|GR]]) [[c:COM:FR|File renamed]]: [[File:Herkules1 1.jpg]] → [[File:Herkules Monument, Bergpark Wilhelmshöhe, Kassel 2004.jpg]] [[c:COM:FR#FR2|Criterion 2]] · More precise and not just a meaningless name
331152
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:Herkules Monument, Bergpark Wilhelmshöhe, Kassel 2004.jpg|daqsminuri|Il-[[monument]] ikoniku ta' Erkole.]]
Il-'''Bergpark Wilhelmshöhe''' huwa park pajsaġġistiku f'[[Kassel]], il-[[Ġermanja]]. L-erja tal-park hija 2.4 kilometri kwadri (590 akru), u b'hekk huwa l-ikbar park [[Ewropa|Ewropew]] f'għolja, u t-tieni l-ikbar park f'għolja fid-[[Id-Dinja|dinja]]. Il-kostruzzjoni tal-''Bergpark'', litterlament "park tal-għolja", bdiet fl-1689 taħt il-patroċinju tal-Landgravji ta' [[Hesse]]-Kassel u damet madwar 150 sena. Il-park huwa miftuħ għall-pubbliku u fl-2013 tniżżel fil-lista tas-[[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1413/|titlu=Bergpark Wilhelmshöhe|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-27}}</ref>
== Ġeografija ==
=== Pożizzjoni ===
Bad Wilhelmshöhe, ''Stadtteil'' ta' Kassel fit-Tramuntana ta' Hesse, jinsab fil-Punent taċ-ċentru tal-belt taħt l-għoljiet ta' Habichtswald. Huwa magħruf ukoll għall-istazzjon Kassel-Wilhelmshöhe fil-linja ferrovjarja ta' veloċità għolja Hanover–Würzburg.
== Storja ==
Oriġinarjament il-park kien ġie stabbilit bl-istil [[Barokk]] tal-ġonna [[Italja|Taljani]] u tal-ġonna formali [[Franza|Franċiżi]], b'karatteristiċi tal-ilma jnixxu 'l isfel bħala kaskati sal-Palazz ta' Wilhelmshöhe (bil-[[Lingwa Ġermaniża|Ġermaniż]]: ''Schloss Wilhelmshöhe''), u iktar 'il quddiem ġie rranġat mill-ġdid fi ġnien pajsaġġistiku [[Renju Unit|Ingliż]].
Fl-1143, il-Kanoniċi Regolari minn [[Mainz]] stabbilew il-Monasteru ta' Weißenstein fis-sit fejn illum il-ġurnata hemm il-Palazz ta' Wilhelmshöhe, u dan tneħħa matul ir-Riformazzjoni [[Protestantiżmu|Protestanta]]. Il-Landgravju [[Filippu I ta' Hesse]] uża l-binjiet li kien għad fadal bħala loġġa tal-kaċċa, fil-biċċa l-kbira rikostruwità mid-dixxendent tiegħu Maurice ta' Hesse-Kassel bejn l-1606 u l-1610.
=== 1696-1806 ===
[[Stampa:Bundesarchiv Bild 146-2002-009-10, Kaiserpaar bei Ausritt.jpg|daqsminuri|L-Imperatur [[Wilhelm II]] fil-Bergpark fl-1906.]]
Il-Bergpark inbena bħala park Barokk taħt il-Landgravju [[Karlu I ta' Hesse-Kassel]]. Fl-1701, l-[[arkitett]] Taljan [[Giovanni Francesco Guerniero]] beda l-kostruzzjoni tal-monument ta' [[Erkole]] u l-kaskati ġganteski. Fl-1785, [[Wilhelm IX]], il-Landgravju ta' Hesse, beda estensjoni kbira tal-park, u fis-sena ta' wara, l-arkitett tiegħu [[Simon Louis du Ry]], iddisinja l-palazz Neoklassiku ta' Wilhelmshöhe.
Sadanittant, l-ideali pajsaġġistiċi nbidlu mill-Barokk Franċiż għall-ġnien Ingliż. Matul l-estensjoni u l-modifiki li saru, [[Heinrich Christoph Jussow]], apparti li kkontribwixxa bid-disinn tal-palazz, ħoloq kostruzzjonijiet li għadhom jikkaratterizzaw il-park sa llum il-ġurnata: fdalijiet artifiċjali bħal-Löwenburg (il-Kastell tal-[[Iljun]]) u l-akkwedott [[Imperu Ruman|Ruman]], kif ukoll estensjonijiet tal-ġnien tal-ilma bħal-lag, il-vaska bil-funtana u t-''Teufelsbrücke'' (il-Pont tax-Xitan) flimkien mal-''Höllenteich'' (il-Vaska tal-[[Infern]]). Fl-1793, [[Karl Steinhöfer]] żied il-Kaskata ta' Steinhöfer fil-ġnien tal-ilma.
=== 1806-1866 ===
Kassel saret il-[[belt kapitali]] tar-Renju l-ġdid ta' Westfalen, stat vassall ta' [[Franza]], immexxi minn ħu [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun]], [[Jérôme Bonaparte]]. Huwa kellu l-qorti rjali fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe (li beda jissejjaħ ''Napoleonshöhe'', il-Palazz ta' Napuljun) sal-1813, wara t-telfa li ġarrab Napuljun u l-istabbiliment mill-ġdid tal-elettorat. Iċ-Ċambellan Ewlieni tar-Re u l-gvernatur ta' ''Napoleonshöhe'' kien il-Konti [[Heinrich von Blumenthal]]. Fl-1826, William II, Elettur ta' Hesse ordna l-aħħar kostruzzjoni kbira tal-Bergpark Wilhelmshöhe, il-''grosser Wasserfall'' (il-Kaskata l-Kbira).
=== 1866-1918 ===
[[Stampa:Bundesarchiv Bild 146-2005-0164, Kassel, großes Hauptquartier, Offiziere.jpg|xellug|daqsminuri|Membri tal-Oberste Heeresleitung, il-Kmand Għoli tal-Armata Ġermaniża, Novembru 1918.]]
Peress li żamm mal-[[Awstrija]] fil-Gwerra bejn l-Awstrija u l-[[Prussja]] għas-supremazija fil-Ġermanja, il-prinċipat ġie anness mir-Renju tal-Prussja fl-1866. L-amministrazjoni Prussjana għaqdet lil Nassau, [[Frankfurt]] u Hesse-Kassel fil-provinċja l-ġdida ta' Hesse-Nassau. Kassel ma baqgħetx residenza tal-prinċpijiet iktar u d-dinastija tal-ħallieqa tal-park intemmet.
Fl-1870, wara l-Battalja ta' Sedan, l-Imperatur Franċiż [[Napuljun III]] ntbagħat bħala priġunier fil-Palazz ta' Schloss Wilhelmshöhe qabel ma ntbagħat f'eżilju fir-Renju Unit. Mill-1899, l-Imperatur Ġermaniż Wilhelm II, li kien mar l-iskola f'Kassel, għażel il-Palazz ta' Wilhelmshöhe bħala r-residenza tas-sajf tiegħu, u b'hekk il-palazz u l-park saru ċentru tal-[[politika]] Ewropea għaż-żewġ deċennji ta' wara. Wara l-armistizju li temm [[l-Ewwel Gwerra Dinjija]], l-Oberste Heeresleitung immexxi minn [[Paul von Hindenburg]] organizza u wassal għall-irtirar u d-demobilizzazzjoni tat-truppi Ġermaniżi minn Kassel minn Novembru 1918 sa Frar 1919.
=== Sekli 20 u 21 ===
[[Stampa:Bergpark wilhelmshoehe talblick ds 05 2006.jpg|daqsminuri|Veduta mill-monument ta' Erkole.]]
Il-Palazz ta' Wilhelmshöhe ġarrab ħsarat mill-bumbardamenti tal-Alleati fit-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]]. Mill-1968 sal-1974, inbena mill-ġdid bħala mużew tal-arti.<ref>{{Ċita web|url=http://www.museum-kassel.de/en/index_navi.php?parent=9527|titlu=Museumslandschaft Hessen Kassel|data=2015-06-19|sit=web.archive.org|data-aċċess=2022-08-27|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20150619202958/http://www.museum-kassel.de/en/index_navi.php?parent=9527|arkivju-data=2015-06-19|url-status=dead}}</ref> Jospita kollezzjoni ta' wallpapers, kollezzjoni ta' antikitajiet [[Greċja|Griegi]]-Rumani, u gallerija ta' [[Pittura|pitturi]] tal-Artisti l-Kbar l-Antiki. Il-kollezzjoni tiffoka fuq is-sekli 16 u 17, b'kapulavuri ta' pitturi Ġermaniżi, Taljani, Franċiżi u [[Spanja|Spanjoli]]. Il-mużew għandu wkoll it-tieni l-ikbar kollezzjoni ta' pitturi ta' [[Rembrandt]] fil-Ġermanja. Il-pittura famuża ta' Rembrandt ''Saskia'' u ''r-Raġel tal-Kappell Wiesa''' ta' [[Frans Hals]] huma fost l-iktar magħrufin.
Fl-1972, il-Kanċillier tal-Ġermanja tal-Punent [[Willy Brandt]] u l-Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża [[Willi Stoph]] iltaqgħu fil-Palazz ta' Wilhelmshöhe għan-negozjati bejn iż-żewġ stati Ġermaniżi.
[[Stampa:Rembrandt van Rijn - Saskia van Uylenburgh im Profil, in reichem Kostüm.jpg|xellug|daqsminuri|Il-pittura ''Saskia'' ta' Rembrandt.]]
Ma saret l-ebda estensjoni fil-park matul is-seklu 20. Min-naħa l-oħra, fis-seklu 21 saru rinnovazzjonijiet estensivi tal-monument ta' Erkole u tal-kaskati.<ref>{{Ċita web|url=https://www.kulturportal-hessen.de/de/downloads/category/16-museen-schloesser-parks|titlu=3 Orte in Deutschland mit kulturellem Wert - Kulturportal Hessen|lingwa=de-DE|data-aċċess=2022-08-27}}</ref>
== Deskrizzjoni ==
Il-park jinkludi erja ta' madwar 2.4 kilometri kwadri (0.93 mili kwadri), u jibqa' sejjer sal-għolja ta' Karlsberg bil-monument ta' Erkole fil-quċċata tagħha f'għoli ta' 526.2 metru (1,726 pied).
=== Erkole ===
L-Erkole ta' Kassel hija [[statwa]] tar-ram tas-semialla tal-Greċja Antika Erakle jew Erkole. Din hija kopja tal-istatwa tas-seklu 3 ta' Erkole tal-Palazz Farnese f'[[Ruma]], l-Italja, u nħolqot minn [[Johann Jacob Anthoni]], [[arġentier (tad-deheb)]] minn [[Augsburg]].
== Sit ta' Wirt Dinji ==
[[Stampa:Bergpark wilhelmshoehe grosse fontaene.jpg|daqsminuri|Il-funtana l-kbira tal-park.]]
Il-Bergpark Wilhelmshöhe huwa amministrat mill-Istat ta' Hesse u huwa affiljat man-Network tal-Wirt tal-Ġonna Ewropej mill-2009. Fit-23 ta' Ġunju 2013 ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sessjoni li saret fi [[Phnom Penh]], il-[[Kambodja]].<ref>{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/news/1049/|titlu=Sites in Germany and Italy bring to 19 the number of sites inscribed on the World Heritage List this year|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2022-08-27}}</ref> Il-park jagħmel parti mill-Museumslandschaft Hessen Kassel.<ref name=":0" />
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".<ref name=":0" />
== Evalwazzjoni ==
L-istoriku tal-arti [[Georg Dehio]] (1850-1932), l-ispiratur tad-dixxiplina moderna tal-preservazzjoni storika, iddeskriva l-park bħala "x'aktarx l-iżjed kombinament grandjuż ta' pajsaġġ u ta' arkitettura li l-Barokk qatt azzarda fi kwalunkwe post" (''"vielleicht das Grandioseste, was irgendwo der Barock in Verbindung von Architektur und Landschaft gewagt hat"'').<ref>{{Ċita web|url=https://www.torkret.de/databases/internet/_public/files30.nsf/SearchView/FD0832105F9B18DFC12582B70042D7EB/$File/16-91a_2010_Referenzfolder_Herkulesbauwerk.pdf|titlu=Herkulesbauwerk Kassel - bei TORKRET GmbH}}</ref>
== Biblijografija ==
* Giovanni Francesco Guerniero, ''Delineatio Montis'', Kassel, 1706.
* Paul Heidelbach, ''Die Geschichte der Wilhelmshöhe.'' Klinkhardt & Biermann, [[Leipzig]], 1909.
* Horst Becker und Michael Karkosch, ''Park Wilhelmshöhe, Parkpflegewerk'', [[Bad Homburg]] u [[Regensburg]], 2007, <nowiki>ISBN 978-3-7954-1901-1</nowiki>.
* Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, ComputerWorks AG und Michael Karkosch, ''Kassel-Wilhelmshöhe, Gartendenkmalpflegerische Zielplanung mit VectorWorks Landschaft'', Lörrach, 2007.
* Bernd Modrow und Claudia Gröschel, ''Fürstliches Vergnügen, 400 Jahre Gartenkultur in Hessen'', Verlag Schnell und Steiner, Bad Homburg u Regensburg, 2002, <nowiki>ISBN 3-7954-1487-3</nowiki>.
* Michael Karkosch, ''Zeitreise in die Jahrhundertwende, Der Kaiserpark Wilhelmshöhe in Kassel'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 28f.
* Dunja Richter, ''Der Duft der großen weiten Welt, Wilhelminische Pflanzenhausarchitektur in Kassel'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 30.
* Michael Karkosch, ''Zurückgelassen in der Heimat, Erdmann – Lieblingsteckel Seiner Majestät'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg 2008, p. 35.
* Siegfried Hoß, ''Kaiserliche Farbenpracht – neu entfacht!'', in: SehensWerte, Heft 4, Besuchermagazin der Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 2008, p. 42.
* Marianne Bolbach, ''Geschichte und soziale Bedeutung des Bergparks Wilhelmshöhe'', Kassel, 1988.
* Paul Heidelbach, ''Die Geschichte der Wilhelmshöhe'', Leipzig 1909, Nachdruck, hrsg. v. Dieter Carl, [[Vellmar]], 2005.
* Alfred Hoffmann und Herrmann Mielke. ''Kassel – Schlosspark Wilhelmshöhe – Bäume und Sträucher'', hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg, 1994.
* Jutta Korsmeier, ''Wasserkünste im Schlosspark Wilhelmshöhe'', hrsg. v. d. Verwaltung der Staatlichen Schlösser und Gärten Hessen, Bad Homburg u Regensburg, 2000, <nowiki>ISBN 3-7954-1287-0</nowiki>.
* Helmut Sander, ''Das Herkules-Bauwerk in Kassel-Wilhelmshöhe'', Kassel, 1981.
== Referenzi ==
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]]
[[Kategorija:Ġonna]]
[[Kategorija:Ġermanja]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fil-Ġermanja]]
bol9oe40ur1wws3xjj6mmv0z36lszdx
Għar ta' Gorham
0
29580
331149
315816
2026-07-19T02:18:33Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331149
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:View from Gorham's Cave, Gibraltar.JPG|daqsminuri|Veduta tal-Baħar Alboran minn ġol-Għar ta' Gorham.]]
L-'''Għar ta' Gorham''' (bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]]: ''Gorham's Cave''; bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]: ''Cueva de Gorham'', pronunzjata: [ɡoɾˈãm]) huwa għar mal-livell tal-baħar fit-territorju [[Renju Unit|Brittaniku]] extra-[[Ewropa|Ewropew]] ta' [[Ġibiltà]]. Għalkemm mhuwiex għar fil-baħar, spiss ikun hemm minn jaħseb li hu għar ta' dak it-tip. L-għar jitqies li huwa wieħed mill-aħħar abitazzjonijiet magħrufa tal-antenati [[Preistorja|preistoriċi]] tal-[[bniedem]], in-[[Neanderthal]], fl-Ewropa, u effettivament huwa kumpless ta' erba' għerien importanti distinti li tniżżlu bħala l-uniku [[Sit ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] f'Ġibiltà. It-tliet għerien l-oħra huwa l-[[Għar ta' Vanguard]], l-[[Għar tal-Jena]] u l-[[Għar ta' Bennett]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1500/|titlu=Gorham's Cave Complex|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
L-Għar ta' Gorham jinsab fil-Bajja tal-Gvernatur fuq in-naħa tax-Xlokk tal-Blata ta' Ġibiltà. Meta ġie abitat għall-ewwel darba xi 55,000 sena ilu, x'aktarx li kien jinsab madwar ħames kilometri (3.1 mili) 'il bogħod mix-xatt, iżda, minħabba tibdil fil-livell tal-baħar, issa jinsab ftit metri biss 'il bogħod mill-[[Baħar Mediterran]].
== Skoperta ==
L-għar ingħata kunjom il-Kaptan [[A. Gorham]] tat-Tieni Battaljun tal-Artillerija Rjali ta' Ġibiltà, li skoprih fl-1907 hu u jiftaħ fissura fuq in-naħa ta' wara ta' grotta fil-baħar. Gorham naqqax kunjomu u d-data tal-iskoperta tiegħu bin-nugrufun fuq il-ħajt tal-għar, u l-għar baqa' msemmi għalih minn dawk iż-żmien. Wara din l-iskoperta inizjali, milli jidher l-għar intesa — mill-inqas fuq livell uffiċjali — għaliex l-istoriku u l-ispeleologu ta' Ġibiltà [[George Palao]] jfakkar tinqixa fuq il-ħajt tal-għar bil-kitba ''J. J. Davies 1943''.<ref>{{Ċita web|url=http://www.gibmuseum.gi/Gorhams_History.html|titlu=Gorham's History|data=2011-07-21|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-14|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110721031122/http://www.gibmuseum.gi/Gorhams_History.html|arkivju-data=2011-07-21|url-status=bot: unknown}}</ref>
== Deskrizzjoni ==
L-Għar ta' Gorham huwa għar li jinsab fuq in-naħa tal-Lvant ta' Ġibiltà, ftit metri 'l fuq mil-livell tal-baħar li ġie ffurmat bil-[[ġebla tal-ġir]] Ġurassika. It-tul totali ta' dan l-għar hu bejn wieħed u ieħor ta' 100 metru (330 pied) u d-daħla hija għolja madwar 35 metru (115-il pied). Iktar 'il ġewwa, l-għar jidjieq u fih lilwa ta' bejn wieħed u ieħor 90 grad. Mid-daħla tal-għar wieħed jista' jgawdi veduta tal-[[Baħar Alboran]]. Jista' jkun li iktar ma ssir riċerka, l-għar isir itwal.<ref>Campbell, Peter B.; Flemming, Nic; Antonioli, Fabrizio (2017). "Prehistoric Archaeology, Palaeontology, and Climate Change Indicators Indicators from Caves Submerged by Change of Sea Level". In Campbell, Peter (ed.). ''The Archaeology of Underwater Caves''. Highfield Press. p. 29. ISBN <bdi>978-0-9926336-7-7</bdi>.</ref>
== Arkeoloġija ==
=== Skoperta u ħidma bikrija ===
L-Għar ta' Gorham ilu sit ta' interess [[Arkeoloġija|arkeoloġiku]] minn mindu l-importanza tiegħu ġiet rikonoxxuta għall-ewwel darba. Il-bajja ta' taħt l-għar (il-Bajja tal-Gvernatur) kienet inaċċessibbli mill-irdumijiet ta' fuq; madankollu, wara proġett ta' ħolqien ta' mina fil-blat, il-bajja u l-għar saru aċċessibbli minħabba r-radam li ntefa' hemmhekk.<ref>"The Cave That Time Forgot". ''Visit Gibraltar'' (10): 3. Ġunju 2001.</ref>
L-inġiniera rjali Keighley u Ward kienu l-ewwel nies li rrapportaw is-sejba ta' artefatti ta' interess arkeoloġiku fl-għar fil-gazzetti ta' Ġibiltà. Huma kienu sabu bċejjeċ tal-fuħħar u għodod tal-ġebel. Barra minn hekk, huma rrapportaw li kienu ġew skoperti fdalijiet ta' bnedmin u ta' annimali fl-Għar ta' Gorham. Ir-Reverendu [[F. E. Brown]] tas-Soċjetà ta' Ġibiltà rrapporta dawn is-sejbiet lill-gvernatur ta' Ġibiltà li talab li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri wara żjara fis-sit. Dawn l-investigazzjonijiet ġew irrapportati lill-[[British Museum]] biex jiġu deliberati.
Il-Logutenent [[George Baker Alexander]], inġinier irjali u ġeologu ggradwar mill-Università ta' Cambridge, wasal Ġibiltà fl-1945. Huwa ddeċieda li jagħmel stħarriġ [[Ġeoloġija|ġeoloġiku]] ta' Ġibiltà li rriżulta f'mappa ġeoloġika dettaljata. Alexander kien l-ewwel wieħed li wettaq skavi fl-Għar ta' Gorham, qabel it-tluq tiegħu minn Ġibiltà fl-1948 wara li l-[[Mużew]] ta' Ġibiltà ddubitat il-metodi tiegħu. Ma hemm l-ebda materjal ippreservat dwar dawn l-iskavi.
Fl-1945, il-gvernatur kiteb lill-British Museum u talab li jkomplu jesploraw l-għar. Madankollu, il-mużew ma kellux riżorsi u għalhekk it-talba tiegħu għaddiet għand il-Professur [[Dorothy Garrod]] f'Cambridge, li kienet sabet kranju ta' Neanderthal fl-Għar tat-Torri tax-Xitan matul ix-xogħol iktar bikri tagħha f'Ġibiltà fis-snin 20 tas-seklu 20. Garrod fittxet l-assistenza ta' Dr. [[John d'Arcy Waechter]], sieħeb tal-Istitut Brittaniku tal-Arkeoloġija f'[[Ankara]], it-[[Turkija]]. Waechter wasal f'Settembru 1948 u qatta' xahrejn iħaffer fosos ta' ttestjar biex jara jekk iktar skavi kinux iġġustifikati.<ref>J. d'A. Waechter: "Excavations at Gorham's Cave, Gibraltar", Paper no. 3. ''Proceedings of the Prehistoric Society'', 1951.</ref> Is-suċċess ta' Waechter wassal biex jerġa' jirritorna f'Ġunju 1950. Huwa mar lura l-[[Renju Unit|Ingilterra]] fl-1951, mingħajr ma kien għadu kkonkluda l-ħidma tiegħu u reġa' lura minn Frar sa Lulju 1952. Matul żjara finali fl-1954, huwa rnexxielu jitlob u jikseb assistenza finanzjarja mill-gvern lokali biex ilesti x-xogħol tiegħu.
F'Settembru 2021, l-arkeologi mill-Mużew Nazzjonali ta' Ġibiltà, immexxija mill-Professur [[Clive Finlayson]], ħabbru l-iskoperta fl-għar ta' kompartiment ta' 40,000 sena ilu tan-Neanderthal fil-Kumpless tal-Għar ta' Gorham, inkluż tinqixa li x'aktarx hija forma ta' [[arti]] bikrija tan-Neanderthal.<ref>{{Ċita web|url=https://www.cnn.com/travel/article/neanderthals-cave-gibraltar-scn-scli-intl/index.html|titlu=Cave chamber closed for 40,000 years could hold the key to the lives of Neanderthals|kunjom=CNN|isem=By Jeevan Ravindran|sit=CNN|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.livescience.com/cave-chamber-gibraltar-last-neanderthal-hideout|titlu=Secret cave chamber may be one of the last Neanderthal hideouts|kunjom=published|isem=Owen Jarus|data=2021-09-29|sit=livescience.com|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
=== Perjodi, siti u speċijiet umani ===
[[File:Gorham's_Cave.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Gorham's_Cave.jpg|daqsminuri|250x250px|Veduta tal-Għar ta' Gorham fuq in-naħa tal-Lvant tal-Blata ta' Ġibiltà.]]
L-iskavi f'dan is-sit wasslu għall-iskoperta ta' erba' saffi stratigrafiċi, wieħed taħt l-ieħor:
* fil-Livell I instabet evidenza ta' użu mill-[[Feniċi]] fis-sekli 8 sa 3 [[Ante Christum natum|Q.K]];
* fil-Livell II instabet evidenza ta' użu qasir min-[[Neolitiku|Neolitiċi]].
* fil-Livell III nstabu mill-inqas 240 artefatt tal-perjodu Paleolitiku Superjuri ta' oriġini Magdalenjana u Solutreana.
* fil-Livell IV nstabu 103 oġġetti, inkluż ponot tal-lanez, skieken u apparati tal-brix li ġew identifikati bħala tal-perjodu Mousterjan, u nstabet evidenza ta' użu ripetut matul eluf ta' snin.
Id-datazzjoni bl-ispettrometrija tal-massa b'aċċelleratur (SMA) tagħtina dati għal-Livell IV ta' bejn 33,000 u 23,000 sena qabel il-preżent (kyr BP) — ir-riċerkaturi ħassew li l-inċertezzi rigward żmien tant imbiegħed wasslu biex il-kalibrazzjoni ma tkunx prattika. Huma jissuġġerixxu li kien hemm okkupazzjoni sa mill-inqas 28 kyr BP u x'aktarx sa 24 kyr BP.<ref>{{Ċita web|url=http://www.jscarrion.com/pdf/neandertals_nature.pdf|titlu=Late survival of Neanderthals at the southernmost extreme of Europe|kunjom=Finlayson|isem=C, Pacheco FG, Rodríguez-Vidal J|data=2006|data-aċċess=2023-01-14|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20080827194258/http://www.jscarrion.com/pdf/neandertals_nature.pdf|arkivju-data=2008-08-27|url-status=bot: unknown}}</ref>
L-ebda fdal ta' fossili ma nstabu li jistgħu jippermettu l-identifikazzjoni li kieku tindika l-abitanti tal-għar kinux Neanderthal jew bnedmin [[Anatomija|anatomikament]] moderni, u lanqas setgħet issir assoċjazzjoni ma' sejbiet ta' bniedem modern f'sit pjuttost viċin f'[[Abrigo do Lagar Velho]], il-[[Portugall]] ta' 24,500 sena ilu li jaf setgħu indikaw taħlitiet [[Ġenetika|ġenetiċi]] tan-Neanderthal<ref>Duarte C, Maurício J, Pettitt PB, et al. (June 1999). "The early Upper Paleolithic human skeleton from the Abrigo do Lagar Velho (Portugal) and modern human emergence in Iberia". ''Proc. Natl. Acad. Sci. U.S.A''. '''96''' (13): 7604–9.</ref>, għalkemm il-[[kultura]] Mousterjana normalment tiġi identifikata man-Neanderthals.<ref>{{Ċita web|url=http://news.bbc.co.uk/1/shared/spl/hi/pop_ups/08/sci_nat_enl_1222162504/html/1.stm|titlu=BBC News {{!}} Enlarged Image|sit=news.bbc.co.uk|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
=== Brix mal-art ===
[[File:Neanderthal_Engraving_(Gorham's_Cave_Gibraltar).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Neanderthal_Engraving_(Gorham's_Cave_Gibraltar).jpg|lemin|daqsminuri|Il-brix mal-art tal-Għar ta' Gorham.]]
F'Lulju 2012, fl-art tal-għar instab brix fond. Ir-riċerkaturi żvelaw sensiela ta' linji f'xulxin tul ~1 m2 (11-il pied kwadru), mibruxa fil-wiċċ tal-art tal-għar madwar 100 metru (330 pied) mid-daħla. Il-brix jikkonsisti minn tmien linji rranġati f'żewġ gruppi ta' tliet linji twal weqfin b'żewġ linji orizzontali iqsar fuqhom. Dawn intużaw biex jiġi suġġerit li l-brix kien simbolu. Huwa maħsub li l-brix sar mill-inqas 39,000 sena ilu, peress li nstab taħt saff ta' sedimenti mhux mimsusa ta' dak iż-żmien, fejn ġew skoperti wkoll mijiet ta' għodod tal-ġebel tan-Neanderthal.<ref>{{Ċita web|url=https://www.nationalgeographic.com/|titlu=National Geographic|sit=National Geographic|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
L-attribuzzjoni tal-brix għan-Neanderthal mhuwiex maqbul b'mod wiesa'. [[Matt Pope]] tal-Kulleġġ Universitarju ta' [[Londra]] jwissi li "l-kollegament tagħhom direttament mal-popolazzjonijiet tan-Neanderthal, jew li wieħed isostni li ġew magħmula min-Neanderthal mingħajr ma kien hemm l-ebda kuntatt mal-bniedem modern huwa ferm iktar diffiċli. Id-dati nkisbu b'mod indirett u jirreferu għall-materjal fi ħdan is-sedimenti li kienu qed jgħattu l-brix u mhux il-marki nfushom. Meta wieħed iqis li d-dati jkopru perjodu sħiħ li matulu nafu li l-bniedem modern kien wasal fl-Ewropa, perjodu fejn għandna evidenza arkeoloġika "tranżizzjonali" mhux ċerta li diffiċli tiġi attribwita lil popolazzjoni jew lill-oħra, jien kieku noqgħod lura qabel ma nsostni li saru min-Neanderthal".<ref name=":1">{{Ċita aħbar|data=2014-09-01|titlu=Neanderthal 'artwork' found in Gibraltar cave|url=https://www.bbc.com/news/science-environment-28967746|lingwa=en-GB|data-aċċess=2023-01-14}}</ref> [[Harold Dibble]] tal-Università ta' [[Pennsylvania]] ddubita wkoll l-akkuratezza tad-datazzjoni. Huwa ssuġġerixxa li l-brix seta' kien sar mill-bniedem modern u sussegwentement tgħatta minn sedimenti iktar antiki li ċċaqilqu fi ħdan l-għar.<ref name=":2">{{Ċita rivista|kunjom1=Callaway|isem1=Ewen|data=2014-09-01|titlu=Neanderthals made some of Europe's oldest art|url=https://www.nature.com/articles/nature.2014.15805|rivista=Nature|lingwa=en}}</ref>
Minkejja dan, il-brix ġie deskritt bħala "arti astratta" minn [[Joaquín Rodríguez-Vidal]] tal-Università ta' [[Huelva]], [[Spanja]] li skontu l-brix huwa "l-ewwel eżempju direttament dimostrabbli ta' xogħol astratt, li twettaq b'mod konsistenti u b'seba' għajnejn, u li kien jeħtieġ xogħol twil u ta' konċentrazzjoni, li ġie prodott f'għar". Huwa jsostni li "l-ħolqien ta' [[Pittura|pitturi]] jew tinqix fl-għerien jitqies bħala pass konjittiv fl-iżvilupp tal-bniedem. Din l-imġiba tqieset bħala esklużiva għall-bniedem modern u ntużat bħala argument biex issir distinzjoni bejn l-antenati diretti tagħna u l-bniedem tal-qedem, inkluż in-Neanderthal".<ref>{{Ċita web|url=http://www.theguardian.com/world/2014/sep/02/neanderthal-abstract-art-found-gibraltar-cave|titlu=Neanderthal abstract art found in Gibraltar cave|data=2014-09-02|sit=the Guardian|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref> Il-kwistjoni tal-ħiliet artistiċi tan-Neanderthal ilha suġġett ta' kontroversji. Eżempji allegati oħra ta' arti tan-Neanderthal instabu f'għerien oħra fl-Ewropa, inkluż motivi fi Spanja, u possibbilment "ġojjellerija" fi [[Franza]].
It-tim li kien qed iwettaq ir-riċerka dwar il-brix tal-Għar ta' Gorham ipprova jiddetermina jekk setax inħoloq bi żball, pereżempju bħala konsegwenza li l-blat kien intuża bħala superfiċe għall-qtugħ tal-laħam jew tal-ġlud tal-annimali mill-bniedem. It-tim wettaq esperimenti b'għodod simili għal dawk li kienu jkunu disponibbli dak iż-żmien sabiex inaqqxu linji fi blokok ta' blat dolomitiku simili, biex jidentifikaw kif seta' kien sar il-brix. It-tim iddeċieda li l-linji x'aktarx li nħolqu bl-użu ta' għodda ppuntata jew ta' xifer jaqta' biex b'moviment ripetut fuq xi linja eżistenti minn qabel, il-linja titħaffer iktar fil-fond. Dan seta' jirrikjedi saħansitra 300 moviment u sa mill-inqas siegħa xogħol. Barra minn hekk, il-brix jinsab f'post li kien ikun viżibbli ħafna u mill-ewwel wieħed kien jinduna bih kif jidħol fl-għar.<ref name=":1" />
Dawk li jsostnu li l-brix għandu tifsira simbolika ma jistgħu jispjegaw x'setgħet kienet din it-tifsira. Clive Finlayson tal-Mużew ta' Ġibiltà jinnota li "l-brix jinsab f'punt fl-għar fejn l-orjentazzjoni tal-għar tinbidel b'90 grad" u jispekula jekk il-brix huwiex marbut mal-pożizzjoni li jinsab fih: "Qisu kważi bħal Clapham Junction, qisu qed juri fejn hemm lilwa. Jien qed nispekula, iżda dan iġiegħlek taħseb jekk kellux xi ħaġa x'jaqsam mal-immappjar, jew donnu jgħidlek: "Inti tinsab hawnhekk"". [[Francesco d'Errico]], id-direttur tar-riċerka fis-CRNS, jikkummenta li: "il-brix jinsab f'pożizzjoni fissa, u għalhekk, pereżempju, seta' kien xi ħaġa biex jindika lil Neanderthal oħrajn li jżuru l-għar li xi ħadd diġà kien qed juża l-għar, jew li kien hemm grupp ta' nies li kienu s-sidien ta' dak l-għar". [[Harrold Dibble]] jikkummenta li "huwa meħtieġ iktar minn ftit brix — magħmul apposta jew le — biex tiġi identifikata mġiba simbolika min-naħa tan-Neanderthal".<ref name=":2" />
== Sit ta' Wirt Dinji ==
L-Għar ta' Gorham jagħti l-isem lill-Kumpless tal-Għar ta' Gorham, li huwa raggruppament ta' erba' għerien importanti distinti miġbura f'Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. It-tliet għerien l-oħra huma l-Għar ta' Vanguard, l-Għar tal-Jena u l-Għar ta' Bennett li jinsabu fil-qrib.<ref name=":0" />
F'Novembru 2010, il-Kumpless tal-Għar ta' Gorham tressaq biex jikkompeti għal nomina bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-Professur Clive Finlayson, id-direttur tal-Mużew ta' Ġibiltà, kien responsabbli għall-koordinazzjoni tal-isforzi biex din in-nomina tinkiseb. L-ewwel pass kien it-tressiq ta' proposta lill-awtoritajiet kulturali tar-Renju Unit biex il-Kumpless tal-Għar ta' Gorham jitniżżel fil-lista tas-siti indikattivi tar-Renju Unit. Din il-lista tiġi riveduta kull għaxar snin, u l-proċess għal lista ġdida kien għaddej dak iż-żmien tat-tressiq tal-proposta.<ref>{{Ċita web|url=http://www.chronicle.gi/headlines_details.php?id=20423|titlu=Gibraltar Chronicle - The Independent Daily First Published 1801|data=2011-08-28|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-14|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110828100917/http://www.chronicle.gi/headlines_details.php?id=20423|arkivju-data=2011-08-28|url-status=dead}}</ref>
Is-sjieda tal-art assoċjata mal-Għar ta' Gorham għaddiet mill-Ministeru għad-Difiża tar-Renju Unit għall-gvern ta' Ġibiltà fl-2011. Fil-ftehim sar it-tpartit ta' din l-art tal-Ministeru għad-Difiża u ta' iktar minn 300 dar tal-Ministeru għad-Difiża mal-gvern ta' Ġibiltà, li bħala parti mill-ftehim qabel li jibni 90 dar ġdida fuq il-bqija tal-art tal-Ministeru għad-Difiża.<ref>{{Ċita web|url=http://www.gibraltar.gov.gi/archives/press-releases-archives/2011/1526-2302011-government-announces-details-of-the-recent-lands-agreement-with-mod-|titlu=230/2011 - Government announces details of the recent Lands Agreement with MOD|data=2012-11-13|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-01-14|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20121113153308/http://www.gibraltar.gov.gi/archives/press-releases-archives/2011/1526-2302011-government-announces-details-of-the-recent-lands-agreement-with-mod-|arkivju-data=2012-11-13|url-status=dead}}</ref>
F'Mejju 2012, il-Kumpless tal-Għar ta' Gorham kien wieħed minn żewġ siti, flimkien mal-[[Pont ta' Forth|Pont Ferrovjarju ta' Forth]], li tressqu biex wieħed minnhom ikollu l-possibbiltà li jsir Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.<ref>{{Ċita aħbar|data=2012-05-28|titlu=Forth Bridge to bid for Unesco world heritage status|url=https://www.bbc.com/news/uk-scotland-edinburgh-east-fife-18237211|lingwa=en-GB|data-aċċess=2023-01-14}}</ref> Is-sit ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-15 ta' Lulju 2016 u huwa l-unika sit ta' dan it-tip f'Ġibiltà u ftit wara nbena ċentru għall-viżitatur fil-qrib.<ref name=":0" /> Wieħed jista' jżur l-Għar ta' Gorham jekk jirriżerva sew minn qabel biex jinżel f'waħda mill-ftit żjarat iggwidati li jiġu organizzati għat-turisti u jrid jilbes elmu protettiv matul iż-żjara kollha. Inkella jiġu organizzati wkoll dawriet bid-dgħajsa biex wieħed jara l-għar mill-baħar u ma jinżilx l-art.<ref>{{Ċita web|url=https://www.gorhamscave.gi/visit-us|titlu=Visit Us {{!}} Gorham´s Cave Complex {{!}} UNESCO World Heritage Site|sit=Gorham´s Cave Complex|lingwa=en|data-aċċess=2023-01-14}}</ref>
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".<ref name=":0" />
== Fawna ==
Fil-Kumpless tal-Għar ta' Gorham jgħixu diversi speċijiet ta' friefet il-lejl, fosthom il-farfett il-lejl Ewropew ''Tadarida teniotis''.<ref>{{Ċita web|url=https://www.yourgibraltartv.com/society/9804-aug-05-gorham-s-cave-complex-reveals-an-elusive-species|titlu=Aug 05 - Gorham's Cave Complex Reveals An Elusive Species|sit=Your Gibraltar TV|lingwa=en-gb|data-aċċess=2023-01-14|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250111145730/https://www.yourgibraltartv.com/society/9804-aug-05-gorham-s-cave-complex-reveals-an-elusive-species|arkivju-data=2025-01-11|url-status=dead}}</ref>
Il-kumpless ta' erba' għerien huwa l-ikbar post fid-dinja fejn jieqfu jistrieħu għax-xitwa l-ħawwiefa tal-blat, b'total massimu ta' xi 12,000 [[għasfur]] fl-istaġun tax-xitwa tal-2020-2021, jiġifieri sa 1-2 % tal-popolazzjoni Ewropea kollha ta' din l-ispeċi.<ref>Bensusan, Keith; Holmes, Tyson Lee; Perez, Charles; Finlayson, Geraldine; Finlayson, Stewart; Guillem, Rhian; Finlayson, Clive (2021-08-19). "Crag Martin neontology complements taphonomy at the Gorham's Cave Complex". ''Scientific Reports''. '''11''' (16851): 16851.</ref>
== Referenzi ==
[[Kategorija:Għerien tar-Renju Unit]]
[[Kategorija:Ġibiltà]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]]
[[Kategorija:Preistorja]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fir-Renju Unit]]
r8h6ok68rf6hjhwqp56vvj227qd0t5x
Cusco
0
30329
331147
328333
2026-07-19T01:07:45Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331147
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox city}}
'''Cusco''' jew '''Cuzco''' (pronunzja: [ˈkusko]; bil-Quechua: ''Qusqu'' ([ˈqɔsqɔ])) hija belt fix-Xlokk tal-[[Perù]] qrib il-Wied ta' Urubamba tal-katina muntanjuża tal-[[Andes]]. Hija l-[[belt kapitali]] tar-Reġjun ta' Cusco u tal-Provinċja ta' Cusco. Il-belt hija s-seba' l-iktar popolata fil-Perù; fl-2017 kellha popolazzjoni ta' 428,450 ruħ. L-elevazzjoni tagħha hi madwar 3,400 metru (11,200 pied).
Il-belt kienet il-belt kapitali tal-[[Imperu Inka]] mis-seklu 13 sal-konkwista [[Spanja|Spanjola]] fis-seklu 16. Fl-1983, Cusco tniżżlet fil-lista tas-[[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]].<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/273/|titlu=City of Cuzco|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-06-19}}</ref> Saret destinazzjoni turistika ewlenija u tospita kważi żewġ miljun viżitatur fis-sena. Il-Kostituzzjoni tal-Perù (1993) tiddeżinjaha bħala Kapitali Storika tal-Perù.<ref>{{Ċita web|url=https://pdba.georgetown.edu/Constitutions/Peru/per93reforms05.html|titlu=Peru: Constitucion Politica de 1993 con refomas hasta 2005|sit=pdba.georgetown.edu|data-aċċess=2023-06-19}}</ref>
== Ortografija u etimoloġija ==
L-isem indiġenu ta' din il-belt hu ''Qusqu''. Għalkemm l-isem kien jintuża bil-Quechua tan-Nofsinhar, oriġina fil-lingwa Aymara. L-isem ġej mill-frażi ''qusqu wanka'' ("blata tal-kokka"), b'rabta mal-leġġenda tal-aħwa Ayar dwar l-istabbiliment tal-belt. Skont din il-leġġenda, Ayar Awqa (''Ayar Auca'') kiseb il-ġwienaħ u tar lejn is-sit tal-belt futura; hemmhekk ġie ttrasformat fi blata sabiex jimmarka l-pussess tal-art mill-''ayllu'' ("l-arblu tar-razza") tiegħu:<ref>Cerrón-Palomino, Rodolfo (2007). "Cuzco: La piedra donde se posó la lechuza. Historia de un nombre". ''Andina''. [[Lima]]. '''44''': 143–174. ISSN 0259-9600.</ref>
Imbagħad Ayar Oche qam bilwieqfa, tfaċċawlu par ġwienaħ kbar, u qal li kellu jkun dak li kellu jibqa' fi Guanacaure bħala idolu sabiex jitkellem ma' missierhom, ix-[[Xemx]]. Imbagħad mar fil-quċċata tal-għolja. Malli wasal fis-sit fejn kellhom jibqa' bħala idolu, Ayar Oche tar fis-sema, tant fl-għoli li ma setgħux jarawh. Huwa reġa' lura u qal lil Ayar Manco li minn hemm 'il quddiem kellu jibda jissemma bħala Manco Capac. Ayar Oche ġie minn fejn kien hemm ix-Xemx u x-Xemx ordnat lil Ayar Manco jieħu dak l-isem u jmur fil-post li kienu raw. Wara li dan intqal mill-idolu, Ayar Oche inbidel f'blata, kif kien, bil-ġwienaħ b'kollox. Iktar 'il quddiem, Manco Capac niżel ma' Ayar Auca lejn l-insedjament tagħhom... huwa kien jogħġbu l-post li issa huwa okkupat minn Cusco. Manco Capac u sieħbu, bl-għajnuna ta' erba' nisa, bnew dar. B'hekk, Manco Capac u sieħbu, flimkien mal-erba' nisa, żergħu l-qamħirrun f'xi raba'. Jingħad li ħadu l-qamħirrum mill-għar, li Manco Capac kien semma bħala Pacaritambo, li tfisser dawk li oriġinaw.... għaliex ħarġu minn dak l-għar.<ref>Betanzos, J., 1996, ''Narrative of the Incas'', Austin: University of Texas Press, ISBN 978-0292755598. pp. 15-16.</ref>
Il-konkwistaturi (suldati) Spanjoli adottaw l-isem lokali, u ttraskrivewh skont il-fonetika tal-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] bħala ''Cuzco'' jew, inqas frekwenti, ''Cozco''. ''Cuzco'' kienet l-ortografija standard fuq id-dokumenti u l-kronaka uffiċjali fiż-żminijiet kolonjali,<ref>Carrión Ordóñez, Enrique (1990). "Cuzco, con Z". ''Histórica''. Lima. '''XVII''': 267–270.</ref> għalkemm ''Cusco'' kienet tintuża wkoll. ''Cuzco'', pronunzjata bħall-Ispanjol tas-seklu 16, milli jidher kienet pjuttost qrib tal-pronunzja tal-Quechua lokali tal-isem dak iż-żmien.<ref>{{Ċita web|url=http://revistas.pucp.edu.pe/lexis/sites/revistas.pucp.edu.pe.lexis/files/images/Lexis-XXX-1-2006-5-Cerron-Palomino.pdf|titlu=Cuzco: la piedra donde se posó la lechuza. Historia de un|kunjom=Cerrón-Palomino|isem=Rodolfo|data-aċċess=2023-06-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110717204020/http://revistas.pucp.edu.pe/lexis/sites/revistas.pucp.edu.pe.lexis/files/images/Lexis-XXX-1-2006-5-Cerron-Palomino.pdf|arkivju-data=2011-07-17|url-status=dead}}</ref>
Peress li kemm il-pronunzja tal-Ispanjol kif ukoll dik tal-Quechua evolvew minn dak iż-żmien, il-pronunzja bl-Ispanjol ta' "z" ma għadhiex daqshekk qrib il-pronunzja bil-Quechua. Fl-1976, is-sindku tal-belt iffirma ordinanza li pprojbixxiet l-ortografija tradizzjonali u li ordnat l-użu tal-ortografija l-ġdida, ''Cusco'', fil-pubblikazzjonijiet tal-muniċipalità. Dsatax-il sena wara, fit-23 ta' Ġunju 1990, l-awtoritajiet lokali fformalizzaw ortografija ġdida iktar qrib dik tal-Quechua, ''Qosqo'', iżda l-amministrazzjonijiet li ġew wara ma komplewx jużawha.<ref>{{Ċita web|url=https://cuzcoeats.com/among-cuzco-cusco-or-qosqo-i-prefer-cusco/|titlu=Among Cuzco, Cusco, or Qosqo, I Prefer Cusco|kunjom=Knowlton|isem=David|data=2014-09-22|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-06-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20230619105603/https://cuzcoeats.com/among-cuzco-cusco-or-qosqo-i-prefer-cusco/|arkivju-data=2023-06-19|url-status=dead}}</ref>
Ma hemm l-ebda ortografija internazzjonali uffiċjali tal-isem tal-belt. F'bosta pubblikazzjonijiet internazzjonali, pereżempju bl-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]], l-isem jiġi spellut kemm bl-"s"<ref>{{Ċita web|url=https://www.roughguides.com/peru/cusco-and-around/|titlu=Cusco Travel Guide {{!}} Places to visit in Cusco|sit=Rough Guides|lingwa=en|data-aċċess=2023-06-19}}</ref><ref>{{Ċita enċiklopedija|titlu=Peru|url=https://www.cia.gov/the-world-factbook/countries/peru/|data-aċċess=2023-06-19|lingwa=en|data=2023-06-09|pubblikatur=Central Intelligence Agency|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210110072816/https://www.cia.gov/the-world-factbook/countries/peru|arkivju-data=2021-01-10|url-status=dead}}</ref> kif ukol biz-"z"<ref name=":0" />. L-''Oxford Dictionary of English'' u l-''Merriam-Webster Dictionary'' jippreferu "Cuzco",<ref>''Oxford Dictionary of English'', 2nd ed, revised, 2009, Oxford University Press, eBook edition.</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.merriam-webster.com/dictionary/Cuzco|titlu=Definition of CUZCO|sit=www.merriam-webster.com|lingwa=en|data-aċċess=2023-06-19}}</ref> u fil-kitbiet akkademiċi "Cuzco" tintuża iktar spiss minn "Cusco". Il-kodiċi tal-ajruport internazzjonali tal-belt huwa CUZ, u għaldaqstant jirrifletti l-ortografija Spanjola bikrija.
== Storja ==
=== Kronoloġija ta' Cusco ===
Affiljazzjonijiet storiċi:
Ir-Renju ta' Cusco, 1197-1438;
L-Imperu tal-Inka, 1438-1532;
Ir-Renju ta' Spanja – l-[[Asburgi]] (il-Governorat ta' Kastilja l-Ġdida u l-Viċirenju tal-Perù), 1532-1700;
Ir-Renju ta' Spanja – il-[[Borboni]] (il-Viċirenju tal-Perù), 1700-1808;
Ir-Renju ta' Spanja – [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun Bonaparte]] (il-Viċirenju tal-Perù), 1808-1813;
Ir-Renju ta' Spanja – il-[[Borboni]] (il-Viċirenju tal-Perù), 1813-1821;
Il-Protettorat tal-Perù, 1821-1822;
Il-Perù, 1822-1836;
Il-Konfederazzjoni tal-Perù u l-[[Bolivja]] (ir-Repubblika tan-Nofsinhar tal-Perù), 1836-1839;
Il-Perù, 1839-preżent.

=== Kultura Killke ===
Il-poplu Killke okkupa r-reġjun mid-900 sal-1200 [[WK|W.K]]., qabel il-wasla tal-Inka fis-seklu 13. Id-datazzjoni tal-karbonju-14 ta' [[Saksaywaman]], il-kumpless imdawwar bil-ħitan 'il barra minn Cusco, stabbiliet li l-poplu Killke bnew il-fortizza għall-ħabta tal-1100. Iktar 'il quddiem, l-Inka kabbru u okkupaw il-kumpless fis-seklu 13. F'Marzu 2008, l-arkeologi skoprew il-fdalijiet ta' tempju, triq u sistema ta' akkwedotti tal-qedem f'Saksaywaman. It-tempju jkopri xi 2,700 pied kwadru (250 metru kwadru) u fih 11-il sala li hu maħsub li kien fihom idoli u mummji għal skopijiet [[Reliġjon|reliġjużi]]. Flimkien mar-riżultati tal-iskavi fl-2007, meta nstab tempju ieħor fit-tarf tal-fortizza, dawn jindikaw użu reliġjuż kif ukoll militari fit-tul.
=== Storja tal-Inka ===
{{multiple image|align=right|image1=Corigold.jpg|width1=170|alt1=|caption1=|image2=View of Cusco from Coricancha.jpg|width2=170|alt2=|caption2=|footer=Il-ħolqien mill-ġdid b'mod diġitali ta' kif seta' kien oriġinarjament il-Qurikancha (it-tempju prinċipali tax-Xemx tal-Imperu Inka) minn ġewwa, skont id-deskrizzjoni ta' Garcilaso de la Vega; u l-fdalijiet tal-ħajt attwali ta' Qoricancha fil-Kunvent ta' San Duminku.|direction=|total_width=}}Cusco kienet ċentru importanti fit-tul ta' nies indiġeni. Kienet il-belt kapitali tal-Imperu Inka (mis-seklu 13 sal-1532). Bosta jemmnu li l-belt ġiet ippjanata bħala effiġju b'għamla ta' puma, li kien [[annimal]] sagru. Għadu ma ġiex iddeterminat kif Cusco inbniet speċifikament, jew kif inqatgħu l-ġebliet kbar tagħha fil-barrieri jew kif ġew ittrasportati minnhom. Taħt l-Inka, il-belt kellha żewġ setturi: l-''urin'' u l-''hanan''. Kull settur kien maqsum biex jinkorpora tnejn mill-erba' provinċji, Chinchasuyu (fil-Majjistral), Antisuyu (fil-Grigal), Kuntisuyu (fil-Lbiċ) u Qullasuyu (fix-Xlokk). Triq kienet tagħti minn kull kwartier sal-kwartier korrispondenti tal-imperu.
[[File:Sacsayhuamán,_Cusco,_Perú,_2015-07-31,_DD_35.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Sacsayhuam%C3%A1n,_Cusco,_Per%C3%BA,_2015-07-31,_DD_35.JPG|daqsminuri|231x231px|Sacsayhuamán hija fortizza ċerimonjali tal-Inka li tinsab żewġ kilometri fit-Tramuntana ta' Cusco: tirrappreżenta l-ikbar xogħol arkitettoniku tal-Imperu Inka fl-apoġew tiegħu.]]
Kull mexxej lokali kien meħtieġ jibni dar fil-belt u jgħix parti mis-sena f'Cusco, ristrett għall-kwartier li kien jikkorrispondi għall-kwartier fejn kellu t-territorju tiegħu. Wara t-tmexxija ta' [[Pachacuti]], meta xi ħadd Inka kien imut, it-titlu tiegħu kien jgħaddi għand ibnu u l-proprjetà tiegħu kienet tingħata lil korporazzjoni kkontrollata mill-qrabat l-oħra tiegħu (wirt maqsum). Kull detentur ta' titlu kellu jibni dar ġdida u jżid artijiet ġodda mal-imperu sabiex ikollu s-sjieda ta' art għall-familja tiegħu biex imbagħad jirtuha wara [[Mewt|mewtu]].
Skont leġġenda tal-Inka, il-belt inbniet mill-ġdid minn Sapa Inca Pachacuti, ir-[[raġel]] li ttrasforma r-Renju ta' Cusco minn belt-stat għall-imperu enormi ta' ''Tawantinsuyu''. Madankollu, l-evidenza [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] tindika li t-tkabbir kien iktar kajman u organiku, u fil-fatt kien beda qabel Pachacuti. Il-belt inbniet skont pjanta definita fejn żewġ xmajjar ġew kanalati madwar il-belt. L-arkeologi ssuġġerew li din il-pjanta tal-belt ġiet replikata f'siti oħra.
Il-belt sfat taħt id-dominju ta' Huáscar matul il-Gwerra Ċivili tal-Inka, wara l-mewt ta' [[Huayna Capac]] fl-1528. Inħatfet mill-ġenerali ta' [[Atahualpa]] f'April 1532 fil-Battalja ta' Quipaipan. Dsatax-il xahar wara, esploraturi Spanjoli invadew il-belt wara li ħatfu u qatlu lil Atahualpa fil-Battalja ta' Cusco, u kisbu l-kontroll bis-saħħa tal-armi u ż-[[Żiemel|żwiemel]] tagħhom, kif ukoll għax kellhom teknoloġija militari superjuri.
=== Wara l-invażjoni Spanjola ===
[[File:Capitulo-XCII.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Capitulo-XCII.jpg|xellug|daqsminuri|L-ewwel xbieha ta' Cusco fl-[[Ewropa]]. Pedro Cieza de León. ''Crónica del Perú'', 1553.]]
L-ewwel tliet Spanjoli waslu fil-belt f'Mejju 1533, wara l-Battalja ta' Cajamarca, u bdew jiġbru għar-rahan ta' Atahualpa. Fil-15 ta' Novembru 1533, [[Francisco Pizarro]] wasal uffiċjalment f'Cusco. "Il-kapitali tal-Inka... ħalliet lill-Ispanjoli b'ħalqhom miftuħ bil-ġmiel tal-binjiet tagħha, u bit-tul u r-regolarità tat-toroq tagħha". Il-[[pjazza]] l-kbira kienet imdawra b'diversi palazzi, peress li "kull sovran bena palazz ġdid għalih innifsu". "Il-lavur fil-ġebel kien ta' livell eċċellenti, bil-bosta iktar minn dak tal-Ispanjoli". Il-fortizza kellha tliet parapetti u kienet magħmula minn "mases tqal tal-blat". "Mill-qalba tal-kapitali kien hemm xmara ... kanalata bil-ġebel. ...L-iktar binja lussuża f'Cusco... bla dubju kienet dik tat-tempju l-kbir iddedikat lix-Xemx... imżejjen bi platti tad-deheb... imdawwar b'kunventi u b'dormitorji għall-patrijiet. ...Kien hemm bosta palazzi u t-truppi f'qasir żmien serqu l-kontenut kollu tagħhom, u skonsagraw il-binjiet reliġjużi, inkluż il-mummji rjali fil-Coricancha.
Pizarro b'mod ċerimonjali ta l-Manco Inca l-figura tal-Inka bħala l-mexxej Peruvjan ġdid. Pizarro ħeġġeġ lil uħud mill-irġiel tiegħu biex joqogħdu u jinsedjaw il-belt, u tahom ''repartimientos'', jew għotjiet tal-art biex jagħmlu dan. Ġew stabbiliti ''alcaldes'' u ''regidores'' fl-24 ta' Marzu 1534, li kienu jinkludu l-aħwa [[Gonzalo Pizarro]] u [[Juan Pizarro]]. Pizarro ħalla gwarniġjon ta' 90 raġel u telaq lejn Jauja flimkien ma' Manco Inca.
[[File:1565_Cusco_Ramusio_Delle_Navigationi_vol3_pp411-412.png|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:1565_Cusco_Ramusio_Delle_Navigationi_vol3_pp411-412.png|daqsminuri|220x220px|Mappa li turi l-belt ta' Cusco matul l-Imperu Inka. [[Pittura]] tal-1565 ta' Giovanni Battista Ramusio.]]
Pizarro ta titlu uffiċjali lill-belt bħala "l-belt kbira u nobbli ħafna ta' Cusco". Il-binjiet, li spiss inbnew wara l-invażjoni Spanjola, għandhom taħlita ta' influwenza Spanjola u arkitettura indiġena tal-Inka, inkluż il-kwartieri ta' Santa Clara u San Blas. L-Ispanjoli qerdu bosta binjiet, tempji u palazzi tal-Inka. Huma użaw il-fdalijiet tal-ħitan tagħhom bħala bażijiet għall-kostruzzjoni ta' belt ġdida, u dan il-lavur fil-ġebel għadu viżibbli.
Patri Vincente de Valverde sar l-Isqof ta' Cusco u bena l-[[katidral]] tiegħu faċċata tal-pjazza ewlenija. Huwa appoġġa l-kostruzzjoni tal-monasteru tal-Ordni Dumnikana (il-Kunvent ta' [[Duminku ta' Guzmán|San Duminku]]) fuq il-fdalijiet ta' Corichanca, id-Dar tax-Xemx, u ta' kunvent fis-sit preċedenti tad-Dar tal-Verġni tax-Xemx.
[[File:Hatunrumiyoc_(7640968366).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Hatunrumiyoc_(7640968366).jpg|daqsminuri|Veduta tat-triq ta' Hatun Rumiyuq. Bosta mill-kostruzzjonijiet kolonjali użaw il-kostruzzjonijiet tal-Inka fil-belt bħala sisien.]]
Matul l-Assedju ta' Cusco tal-1536 minn Manco Inca Yupanqui, mexxej tas-Sapa Inca, huwa ħa l-kontroll tal-belt mill-Ispanjoli. Minkejja li l-assedju dam 10 xhur, fl-aħħar mill-aħħar ma kellux suċċess. Il-forzi ta' Manco rnexxielhom jieħdu l-belt għal xi ftit jiem biss. Eventwalment huwa rtira lejn Vilcabamba, il-kapitali tal-Istat il-Ġdid tal-Inka li kien għadu kemm ġie stabbilit. L-istat tiegħu baqa' jeżisti għal 36 sena oħra iżda baqa' qatt ma seta' jerġa' lura lejn Cusco. Matul il-kunflitt kollu s-snin tal-kolonizzazzjoni tal-Amerki mill-Ispanjoli, bosta Inka miet bl-epidemija tal-ġidri, peress li ma kellhomx immunità għall-marda li mbagħad saret epidemija fost l-Ewropej.
Cusco nbniet fuq saffi differenti ta' kulturi. It-Tawantinsuyu (l-Imperu Inka preċedenti) inbena fuq strutturi tal-poplu Killke. L-Ispanjoli ssostitwew it-tempji indiġeni bi knejjes [[Knisja Kattolika|Kattoliċi]], u l-palazz tal-Inka b'vilel għall-invażuri.
Cusco kienet iċ-ċentru għall-kolonizzazzjoni Spanjola u t-tifrix tal-[[Kristjaneżmu]] fl-Andes. Stagħnat ħafna bis-saħħa tal-agrikoltura, it-trobbija tal-bhejjem u l-estrazzjoni, kif ukoll bis-saħħa tal-kummerċ tagħha ma' Spanja. Il-kolonjalisti Spanjoli bnew bosta knejjes u kunventi, kif ukoll il-katidral, l-università u l-arċidjoċesi.
=== Preżent ===
[[File:Colonial_balconies_of_Cusco_Ephraim_George_Squier.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Colonial_balconies_of_Cusco_Ephraim_George_Squier.jpg|alt=|daqsminuri|''Veduta ta' Plaza del Cabildo, Cusco'' fl-1877 ta' Ephraim George Squier.]]
Fil-21 ta' Mejju 1950 terromot kbir heżżeż il-belt u kkawża ħsarat f'iżjed minn terz tal-istrutturi tal-belt. Il-Pirjolat Dumnikan u l-Knisja ta' San Duminku, li nbnew fuq il-''Qurikancha'' (it-Tempju tax-Xemx) impressjonanti, kienu fost il-binjiet affettwati mill-era kolonjali. L-arkitettura tal-Inka felħet għat-terremot. Bosta mill-ħitan antiki tal-Inka għall-ewwel kien maħsub li kienu ntilfu wara t-terremot, iżda r-riffieda tal-granit tal-''Qurikancha'' ġew esposti, kif ukoll dawk ta' strutturi antiki oħra madwar il-belt kollha. Ix-xogħol ta' restawr fil-kumpless ta' San Duminku espona x-xogħol tal-Inka fil-ġebel, li qabel kien oskurat mis-sovrastruttura mingħajr ma ġiet kompromessa l-integrità tal-wirt kolonjali. Bosta mill-binjiet li ġarrbu ħsarat fl-1950 kienu ġew affettwati minn terremot xi disa' snin qabel ukoll.
[[File:Cuzco_Décembre_2007_-_Balcons.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cuzco_D%C3%A9cembre_2007_-_Balcons.jpg|alt=|daqsminuri|291x291px|Veduta tal-gallariji kolonjali ta' Cusco.]]
Mis-snin 90 tas-seklu 20, it-turiżmu żdied. Attwalment, Cusco hija l-iżjed destinazzjoni turistika importanti fil-Perù. Taħt l-amministrazzjoni tas-sindku Daniel Estrada Pérez, akkanit favur l-''Academia Mayor de la Lengua Quechua'', bejn l-1983 u l-1995 l-isem bil-Quechua, ''Qosqo'', ġie adottat uffiċjalment għall-belt. It-turiżmu ġie affettwat b'mod drastiku mill-pandemija tal-COVID-19 fil-Perù u mill-protesti Peruvjani tal-2022-2023. Dawn tal-aħħar swew liż-żona 10 miljun soles kuljum.
=== Unuri ===
* Fl-1933, il-Kungress tal-Amerikanisti tlaqqa' f'[[La Plata]], l-[[Arġentina]], u ddikjara lill-belt bħala l-Kapitali Arkeoloġika tal-Amerki.
* Fl-1978, is-Seba' Konvenzjoni tas-Sindki tal-Bliet Kbar tad-Dinja tlaqqgħet f'[[Milan]], l-[[Italja]], u ddikjarat lil Cusco bħala Sit ta' Wirt Dinji.
* Fl-1983, l-UNESCO, f'[[Pariġi]], [[Franza]], iddikjarat lill-belt bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Il-gvern Peruvjan iddikjaraha l-Kapitali tat-Turiżmu tal-Perù u Wirt Kulturali tan-Nazzjon.
* Fl-2001, f'Cusco, il-Kungress tal-Amerka Latina tal-Persuni Anzjani u l-Kunsilliera ta lill-belt it-titlu ta' Kapitali Storika tal-Amerka Latina.
* Fl-2007, l-Organización Capital Americana de la Cultura ta t-titlu ta' Kapitali Kulturali tal-Amerka lill-belt ta' Cusco.
* Fl-2007, il-Fondazzjoni New7Wonders iddeżinjat lil Machu Picchu bħala wieħed mis-[[Seba' Għeġubijiet Ġodda tad-Dinja]], wara li kien sar stħarriġ dinji.
== Sit ta' Wirt Dinji ==
[[File:Vista_de_Cusco,_Perú,_2015-07-31,_DD_11-17_PAN.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Vista_de_Cusco,_Per%C3%BA,_2015-07-31,_DD_11-17_PAN.JPG|nofs|daqsminuri|641x641px|Veduta panoramika tal-belt ta' Cusco.]]
Il-Belt ta' Cusco ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.<ref name=":0" />
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (iii)''' "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni [[Kultura|kulturali]] jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-'''kriterju (iv)''' "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-[[Storja|istorja]] tal-[[bniedem]]".<ref name=":0" />
== Ġeografija ==
Cusco hija estiża madwar il-wied kollu tax-xmara Huatanay (jew Watanay). Tinsab fit-tarf tal-Lvant tal-Għoqda ta' Cusco, b'elevazzjoni ta' madwar 3,400 metru (11,200 pied). Fit-Tramuntana tagħha hemm il-katina muntanjuża ta' Vilcabamba b'muntanji għolji 4,000-6,000 metru (13,000-20,000 pied). L-ogħla quċċata hi dik ta' Salcantay (6,271 metru jew 20,574 pied), li tinsab madwar 60 kilometru (37 mil) fil-Majjistral ta' Cusco.
=== Klima ===
Cusco għandha klima ta' art għolja subtropikali (''Cwb'' skont il-klassifikazzjoni ta' Köppen). Ġeneralment tkun niexfa u miti, b'żewġ staġuni definiti. Ix-xitwa tkun minn Mejju sa Settembru, b'xemx abbundanti u okkażjonalment b'temperaturi taħt iż-żero billejl; Lulju jkun l-iktar xahar kiesaħ b'medja ta' 9.7 °C (49.5 °F). Is-sajf ikun minn Ottubru sa April, b'temperaturi sħan u xita abbundanti; Novembru jkun l-iżjed xahar sħun, b'medja ta' 13.3 °C (55.9 °F). Għalkemm il-ġlata u s-silġ huma komuni, l-aħħar borra rrapportata niżlet f'Ġunju 1911. It-temperaturi normalment ivarjaw minn 0.2 sa 20.9 °C (32.4 sa 69.6 °F), iżda t-temperatura inġenerali tvarja bejn −8.9 u 30 °C (16.0 u 86.0 °F). L-ikbar ammont ta' sigħat ta' xemx ikunu f'Lulju, l-ekwivalenti ta' Jannar fl-Emisferu tat-Tramuntana. B'kuntrast ma' dan, Frar, l-ekwivalenti ta' Awwissu fl-Emisferu tat-Tramuntana, ikollu l-inqas ammont ta' sigħat ta' xemx.
Fl-2006 instab li Cusco kienet l-iżjed punt fid-[[Id-Dinja|Dinja]] bl-ogħla livell medju ta' dawl ultravjola.
{| class="wikitable mw-collapsible"
! colspan="14" |''Data'' klimatika għal Cusco (l-Ajruport Internazzjonali ta' Alejandro Velasco Astete) fl-1961-1990, temp. estremi mill-1931 sal-preżent

!Xahar
!Jan
!Fra
!Mar
!Apr
!Mej
!Ġun
!Lul
!Aww
!Set
!Ott
!Nov
!Diċ
!Sena

!'''Temp. għolja rekord f'°C (°F)'''
|27.8
(82.0)
|26.7
(80.1)
|25.3
(77.5)
|26.9
(80.4)
|27.0
(80.6)
|24.2
(75.6)
|24.2
(75.6)
|25.8
(78.4)
|25.9
(78.6)
|27.2
(81.0)
|26.6
(79.9)
|29.9
(85.8)
|29.9
(85.8)

!'''Temp. għolja medja f'°C (°F)'''
|18.8
(65.8)
|18.8
(65.8)
|19.1
(66.4)
|19.7
(67.5)
|19.7
(67.5)
|19.4
(66.9)
|19.2
(66.6)
|19.9
(67.8)
|20.1
(68.2)
|20.9
(69.6)
|20.6
(69.1)
|20.8
(69.4)
|19.8
(67.6)

!Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F)
|12.9
(55.2)
|12.7
(54.9)
|12.8
(55.0)
|12.7
(54.9)
|12.0
(53.6)
|11.4
(52.5)
|10.8
(51.4)
|11.5
(52.7)
|12.7
(54.9)
|13.6
(56.5)
|13.6
(56.5)
|13.2
(55.8)
|12.5
(54.5)

!'''Temp. baxxa medja f'°C (°F)'''
|6.6
(43.9)
|6.6
(43.9)
|6.3
(43.3)
|5.1
(41.2)
|2.7
(36.9)
|0.5
(32.9)
|0.2
(32.4)
|1.7
(35.1)
|4.0
(39.2)
|5.5
(41.9)
|6.0
(42.8)
|6.5
(43.7)
|4.3
(39.7)

!'''Temp. baxxa rekord f'°C (°F)'''
|0.0
(32.0)
|0.0
(32.0)
|0.0
(32.0)
|−2.0
(28.4)
|−7.0
(19.4)
|−4.5
(23.9)
|−7.0
(19.4)
|−6.0
(21.2)
|−6.0
(21.2)
|0.0
(32.0)
|0.0
(32.0)
|0.5
(32.9)
|−7.0
(19.4)

!'''Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri)'''
|160.0
(6.30)
|132.9
(5.23)
|108.4
(4.27)
|44.4
(1.75)
|8.6
(0.34)
|2.4
(0.09)
|3.9
(0.15)
|8.0
(0.31)
|22.4
(0.88)
|47.3
(1.86)
|78.6
(3.09)
|120.1
(4.73)
|737
(29)

!'''Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni'''
|19
|15
|13
|9
|2
|1
|1
|2
|5
|9
|13
|16
|105

!'''Umdità relattiva medja (%)'''
|66
|67
|66
|63
|59
|55
|54
|54
|56
|56
|58
|62
|60

!'''Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar'''
|143
|121
|170
|210
|239
|228
|257
|236
|195
|198
|195
|158
|2,350

| colspan="14" |Sors 1: NOAA, Meteo Climat (temp. għoljin u baxxi rekord).<ref name=":1">{{Ċita web|url=http://www.dmi.dk/dmi/tr01-17.pdf|titlu=Temp Cusco, il-Perù.|data-aċċess=2023-06-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20130427173827/http://www.dmi.dk/dmi/tr01-17.pdf|arkivju-data=2013-04-27|url-status=dead}}</ref>

| colspan="14" |Sors 2: Deutscher Wetterdienst (temp. medji fl-1961-1990, jiem ta' preċipitazzjoni fl-1970-1990 u umdità fl-1954-1993); l-Istitut Meteoroloġiku Daniż (jiem ta' xemx fl-1931-1960).<ref name=":1" />

== Turiżmu ==
It-turiżmu ilu s-sinsla tal-ekonomija mill-bidu ta' dan il-millenju, b'iktar minn 1.2 miljun turista fis-sena. Fl-2002, l-introjtu li Cusco daħlet mit-turiżmu kien jammonta għal US$837 miljun. Fl-2009, dak l-ammont żdied għal US$2.47 biljun. Minħabba l-[[pandemija tal-COVID-19]], it-turiżmu naqas b'ammont sinifikanti.
== Attrazzjonijiet prinċipali ==
[[Stampa:Sacsayhuamán Décembre 2006 - Vue Panoramique - Pleine résolution.jpg|nofs|daqsminuri|628x628px|Veduta panoramika tal-fortizza ta' Sacsayhuamàn.]]
Il-kultura Killke indiġena bniet il-kumpless ta' Sacsayhuamán għall-ħabta tal-1100. Il-poplu Killke bena tempju ewlieni qrib Saksaywaman, kif ukoll akkwedott (''pukyu'') u triq li tikkollega l-istrutturi [[Preistorja|preistoriċi]]. Sacsayhuamán ġiet imkabbra mill-Inka.
[[File:Catedral,_Plaza_de_Armas,_Cusco,_Perú,_2015-07-31,_DD_78.JPG|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Catedral,_Plaza_de_Armas,_Cusco,_Per%C3%BA,_2015-07-31,_DD_78.JPG|daqsminuri|Templo de la Sagrada Familia.]]
L-esploratur Spanjol Pizarro seraq ħafna mir-rikkezzi tal-belt tal-Inka fl-1535. Għad hemm xi fdalijiet tal-palazz tal-Inka, ta' Qurikancha (it-Tempju tax-Xemx), u tat-Tempju tal-Verġni tax-Xemx. Il-binjiet tal-Inka u f'xi każijiet il-pedamenti tagħhom kienu ferm iktar b'saħħithom mill-binjiet ta' warajhom meta kien seħħ it-terremot. Fost il-binjiet kolonjali Spanjoli notevoli tal-belt hemm il-[[Katidral]] ta' San Duminku.
L-iżjed siti ewlenin tal-Inka fil-qrib x'aktarx li kienu ir-residenzi tax-xitwa ta' Pachacuti: [[Machu Picchu]], li wieħed jista' jasal għalih bil-mixi mill-Mogħdija tal-Inka sa Machu Picchu jew bil-ferrovija; u l-"fortizza" ta' Ollantaytambo.
Fost il-fdalijiet li jżuruhom inqas nies insibu: Incahuasi, l-ogħla fost is-sit kollha tal-Inka f'elevazzjoni ta' 3,980 metru (13,060 pied); Vilcabamba, il-kapitali tal-Inka wara li l-Ispanjoli ħatfu lil Cusco; il-ġnien tal-[[Skultura|iskulturi]] f'Ñusta Hisp'ana (magħruf ukoll bħala Chuqip'allta, Yuraq Rumi); Tipón, b'kanali tal-ilma li għadhom jaħdmu f'raba' mtarraġ wiesa'; kif ukoll Willkaraqay, Patallaqta, Chuqik'iraw, Moray, Vitcos u bosta oħrajn.
L-inħawi tal-madwar, fil-Wied ta' Watanay, huma importanti għall-estrazzjoni tad-deheb u għall-agrikoltura, inkluż għall-qamħirrum, għax-xgħir, għall-kinoa, għat-te u għall-kafè.
Il-istadium prinċipali ta' Cusco, Estadio Garcilaso de la Vega, kien wieħed mis-seba' stadiums li ntużaw meta l-Perù ospita l-kampjonat kontinentali tal-[[futbol]], il-[[Copa América]], fl-2004. L-istadium jospita wieħed mill-iżjed klabbs tal-futbol ta' suċċess fil-pajjiż, ''[[Cienciano]]''.
[[File:Arco_de_Santa_Clara,_Cuzco.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Arco_de_Santa_Clara,_Cuzco.jpg|alt=|daqsminuri|311x311px|Arco de Santa Clara.]]
Il-belt hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Alejandro Velasco Astete.
=== Wirt arkitettoniku ===
Bis-saħħa tal-antikità u tal-importanza tiegħu, iċ-ċentru tal-belt, li jippreserva bosta binjiet, pjazez, toroq u knejjes kolonjali, u saħansitra strutturi pre-[[Kolombja|Kolombjani]], ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.<ref name=":0" /> Fost l-attrazzjonijiet prinċipali tal-belt hemm:
==== ''Barrio de San Blas'' ====
Dan il-kwartier jospita l-[[Artiġjan|artiġjani]] u l-workshops u l-ħwienet tas-[[Sengħa|snajja]]'. Huwa wieħed mill-iżjed kwartieri pittoreski fil-belt. Għandu toroq weqfin u dojoq, bi djar antiki li nbnew mill-Ispanjoli fuq pedamenti importanti tal-Inka. Għandu pjazza attraenti u l-iżjed knisja parrokkjali antika f'Cusco, mibnija fl-1563, li għandha pulptu tal-injam imnaqqax li jitqies bħala l-epitoma tax-xogħol bl-injam tal-era kolonjali f'Cusco.
L-isem bil-Quechua ta' dan il-kwartier hu ''Tuq'ukachi'', li jfisser il-ftuħ tal-melħ.
[[File:Cusco_Peru_Beautiful_Building.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Cusco_Peru_Beautiful_Building.jpg|daqsminuri|Binja ċivika kolonjali.]]
==== Hatun Rumiyuq ====
Din it-triq hija l-iżjed li jżuru t-turisti. Fit-triq ta' Hatun Rumiyoq ("dik tal-ġebla l-kbira") kien hemm il-palazz ta' Inca Roca, li ġie kkonvertit fir-residenza tal-Arċisqof.
Tul din it-triq li twassal minn Plaza de Armas għal Barrio de San Blas, wieħed jista' jara l-Ġebla tat-Tnax-il Angolu, li titqies bħala lavur antik tal-għaġeb tal-ġebel u saret emblematika għall-istorja tal-belt.
[[File:Calle_Mantas_-_Cuzco.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Calle_Mantas_-_Cuzco.jpg|alt=|xellug|daqsminuri|Veduta tat-torri tal-kampnar tal-''Basilica de La Merced''.]]
==== Basílica de la Merced ====
Din il-bażilika ġiet stabbilita fl-1536. L-ewwel kumpless inqered mit-terremot tal-1650 u r-rikostruzzjoni tlestiet fl-1675.
Il-kjostri bi stil [[Rinaxximent|Rinaxximentali]]-[[Barokk]], is-sedji tal-kor, il-pitturi kolonjali u t-tinqix tal-injam tal-bażilika huma l-attrazzjonijiet ewlenin f'dik li issa saret mużew popolari.
Għall-wiri wkoll hemm ostensorju elaborat, magħmul bid-deheb u l-ħaġar prezzjuż, li jiżen 22 kilogramma (49 libbra) u huwa għoli 130 cm (51.18 pulzier).
==== Il-Katidral ====
L-ewwel katidral li nbena f'Cusco kien l-''Iglesia del Triunfo'', li nbniet fl-1539 fuq il-pedamenti tal-Palazz ta' Viracocha Inca. Illum il-ġurnata, din il-knisja hija [[kappella]] awżiljarja tal-katidral.
Il-bażilika-katidral prinċipali tal-belt inbniet bejn l-1560 u l-1664. Il-materjal prinċipali li ntuża kien il-ġebel, li ġie mħaffer mill-barrieri fil-qrib, għalkemm xi blokok tal-granit [[aħmar]] ittieħdu mill-fortizza ta' Saksaywaman.
Dan il-katidral kbir fuq ġewwa fih elementi Gotiċi Aħħarin, Barokk u Platereski u fih wieħed mill-iżjed eżempji straordinarji ta' xogħol kolonjali bid-deheb. L-artali mnaqqxin tal-injam tal-katidral huma importanti wkoll.
Il-belt żviluppat stil ta' pittura unika magħruf bħala l-"Iskola ta' Cusco" u l-katidral fih l-ikbar kollezzjoni ta' artisti lokali ta' dak iż-żmien. Il-katidral huwa magħruf għal pittura tal-Iskola ta' Cusco tal-Aħħar Ċena, b'[[Ġesù]] u t-tnax-il appostlu jieklu fenek tal-Indi, platt tradizzjonali tal-Andes.
Il-katidral huwa s-sede tal-Arċidjoċesi ta' Cusco.
==== Plaza de Armas de Cusco ====
[[Stampa:Cuzco Décembre 2007 - Panorama 1.jpg|daqsminuri|Veduta ta' Plaza de Armas f'Cusco.]]
Magħrufa bħala l-"Pjazza tal-ġellied" fi żmien l-Inka, f'din il-pjazza seħħew diversi avvenimenti importanti, bħall-proklamazzjoni ta' Francisco Pizarro fil-konkwista ta' Cusco.
Fil-Plaza de Armas ukoll miet [[Túpac Amaru II]], li kien jitqies bħala l-mexxej indiġenu tar-reżistenza.
L-Ispanjoli bnew arkati tal-ġebel madwar il-pjazza li għadhom hemm sal-lum. Il-katidral prinċipali u l-Knisja ta' La Compañía jagħtu direttament fuq il-pjazza.
[[File:Church_of_la_Compañía,_Cuzco.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Church_of_la_Compa%C3%B1%C3%ADa,_Cuzco.jpg|xellug|daqsminuri|Iglesia de la Compañía de Jesús.]]
Il-funtana tal-[[ħadid]] fondut f'Plaza de Armas ġiet maħduma minn Janes, Beebe & Co.
==== ''Iglesia de la Compañía de Jesús'' ====
Din il-knisja (il-Knisja tas-Soċjetà ta' Ġesù), li bdiet tinbena mill-[[Ġiżwiti]] fl-1576 fuq il-pedamenti tal-''Amarucancha'' jew il-palazz tal-mexxej tal-Inka [[Wayna Qhapaq]], titqies bħala waħda mill-aqwa eżempji tal-istil Barokk kolonjali fl-Amerki.
Il-faċċata tagħha hija mżejna bil-ġebel imnaqqax u l-artal prinċipali tagħha huwa magħmul mill-injam imnaqqax indurat bil-folji tad-deheb. Inbniet fuq kappella ta' taħt l-art u għandha kollezzjoni imprezzabbli ta' pitturi kolonjali tal-Iskola ta' Cusco.
[[File:El_Templo_de_Coricancha_(o_Koricancha).jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:El_Templo_de_Coricancha_(o_Koricancha).jpg|alt=|daqsminuri|240x240px|Qurikancha, Convento de Santo Domingo u Intipanpa.]]
==== ''Qurikancha'' u l-Kunvent ta' San Duminku ====
Il-''Qurikancha'' ("post tad-deheb") kien l-iżjed santwarju importanti ddedikat lill-alla tax-Xemx (Inti) fi żmien l-Imperu Inka. Skont il-kronaki antiki miktuba minn Garcilaso de la Vega (kronista), il-''Qurikancha'' kien jingħad li kellu ċirku kbir tad-deheb mastizz, ingastat bil-ħaġar prezzjuż, u dan kien jirrappreżenta lill-alla tax-Xemx tal-Inka – Inti. Il-kronisti Spanjoli jiddeskrivu l-Ġnien Sagru ta' quddiem it-tempju bħala ġnien ta' pjanti tad-deheb b'weraq tad-deheb battut, zkuk tal-fidda, ċifċiegħ tal-qamħirrum tad-deheb mastizz u 20 llama ta' daqs reali flimkien mar-[[Ragħaj|rgħajja]] tagħhom kollha tad-deheb mastizz.
It-tempju nqered mill-invażuri Spanjoli li bis-serq tar-rikkezzi tal-belt, kienu ddeterminati li jeħilsu lill-belt mill-idolaturi, mis-santwarji u mill-ġid tagħha. Illum il-ġurnata, minn dan is-sit fadal biss ħajt ta' barra ġej għat-tond u fdalijiet parzjali tat-tempju intern biss.
B'din l-istruttura bħala pedament, il-kolonjalisti bnew il-Kunvent ta' San Duminku bl-istil Rinaxximentali. Il-binja, b'torri Barokk wieħed, hija itwal minn bosta binjiet oħra fil-belt.
Fuq ġewwa hemm kollezzjoni kbira ta' pitturi tal-Iskola ta' Cusco.
=== Mużewijiet ===
[[File:MAP_Building_Facade.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:MAP_Building_Facade.jpg|daqsminuri|241x241px|Il-faċċata tal-Mużew tal-Arti Pre-Kolombjana.]]
Cusco għandha l-[[Mużew|mużewijiet]] importanti li ġejjin:
* Il-Mużew tal-Arti Pre-Kolombjana;
* Il-Mużew ta' Casa Concha (il-Mużew ta' [[Machu Picchu]]);
* Il-Mużew tal-Inka;
* Il-Mużew Storiku Reġjonali ta' Cusco;
* Iċ-Ċentru tat-Tessuti Tradizzjonali ta' Cusco;
* Il-Mużew tal-Pjanti Sagri, Maġiċi u Mediċinali;
* Iċ-ChocoMuseo (il-Mużew tal-Kawkaw u taċ-Ċikkulata).Barra minn hekk, hemm ukoll xi mużewijiet li jinsabu fil-knejjes.
[[File:Sacsayhuaman,_Cusco,_Peru.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Sacsayhuaman,_Cusco,_Peru.jpg|daqsminuri|[[Mara|Nisa]] lebsin ilbies tradizzjonali bl-alpaka qrib il-fdalijiet ta' Sacsayhuaman fil-periferija ta' Cusco.]]
[[File:Mercedarian_Friars_in_the_procession_Corpus_Christ_at_the_Main_Square_of_Cusco._Santa_Cruz_Puma_Callao._17th_century.png|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Mercedarian_Friars_in_the_procession_Corpus_Christ_at_the_Main_Square_of_Cusco._Santa_Cruz_Puma_Callao._17th_century.png|daqsminuri|Patrijiet Mercedarjani fil-purċissjoni tal-''Corpus Christi'' fil-pjazza prinċipali ta' Cusco. Is-seklu 17, l-Iskola tal-Pittura Kolonjali ta' Cusco. Il-pittura attwalment tinsab fil-Palazz tal-Arċisqof ta' Cusco.]]
[[File:FinCenCusco.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:FinCenCusco.jpg|daqsminuri|Iċ-ċentru finanzjarju tal-belt, Av. de la Cultura, Cusco.]]
== Popolazzjoni ==
{| class="wikitable"
|+Popolazzjoni storika
!Year
!Pop.

!1500
|45,000

!1614
|5,000
|−88.9%

!1761
|6,600
| +32.0%

!1794
|32,082
| +386.1%

!1812
|6,900
|−78.5%

!1820
|9,000
| +30.4%

!1825
|40,000
| +344.4%

!1827
|15,000
|−62.5%

!1846
|20,370
| +35.8%

!1850
|16,000
|−21.5%

!1861
|15,000
|−6.2%

!1876
|17,370
| +15.8%

!1890
|18,900
| +8.8%

!1896
|20,000
| +5.8%

!1900
|25,000
| +25.0%

!1908
|33,900
| +35.6%

!1920
|30,500
|−10.0%

!1924
|24,000
|−21.3%

!1925
|32,000
| +33.3%

!1927
|33,000
| +3.1%

!1931
|35,900
| +8.8%

!1940
|40,657
| +13.3%

!1945
|45,600
| +12.2%

!1951
|50,000
| +9.6%

!1953
|54,000
| +8.0%

!1961
|80,100
| +48.3%

!1969
|115,300
| +43.9%

!1981
|180,227
| +56.3%

!1993
|250,270
| +38.9%

!1997
|275,318
| +10.0%

!2000
|295,530
| +7.3%

!2005
|375,066
| +26.9%

!2006
|382,577
| +2.0%

!2007
|390,059
| +2.0%

!2008
|397,526
| +1.9%

!2009
|405,000
| +1.9%

!2010
|412,495
| +1.9%

!2011
|420,030
| +1.8%

!2012
|427,580
| +1.8%

!2013
|435,114
| +1.8%

!2015
|434,654
|−0.1%

Il-belt kellha popolazzjoni ta' madwar 434,114-il ruħ fl-2013 u popolazzjoni ta' 434,654 ruħ fl-2015 skont l-INEI.
{| class="wikitable"
|+Popolazzjoni skont id-distrett
!Distrett tal-belt
!Erja
(km2)
!Popolazzjoni
Ċensiment tal-2007 (abitanti)
!Abitazzjonijiet
(2007)
!Densità
(hab/km2)
!Elevazzjoni
(metri 'l fuq mil-livell tal-baħar)

|'''Cuzco'''
|116.22
|108,798*
|28,476
|936.1
|3,399

|'''San Jerónimo'''
|103.34
|28,856*
|8,942
|279.2
|3,244

|'''San Sebastián'''
|89.44
|85,472*
|18,109
|955.6
|3,244

|'''Santiago'''
|69.72
|66,277*
|21,168
|950.6
|3,400

|'''Wanchaq'''
|6.38
|54,524*
|14,690
|8,546.1
|3,366

|'''Total'''
|'''385.1'''
|'''358,052*'''
|'''91,385'''
|'''929.76'''

! colspan="7" |*''Data'' miċ-ċensiment tal-INEI

== Gastronomija ==
Bħala l-kapitali tal-Imperu Inka, Cusco kienet reġjun agrikolu importanti. Kienet riżerva naturali għal eluf ta' speċijiet Peruvjani nattivi, inkluż madwar 3,000 varjetà ta' patata kkultivata min-nies. Ir-ristoranti tal-fużjoni ta' gastronomiji differenti u r-ristoranti ġodda tal-gastronomija tal-Andes żviluppaw f'Cusco, u fihom il-platti jitħejjew b'tekniki moderni, b'taħlita ta' ingredjenti tradizzjonali tal-Andes u ingredjenti internazzjonali.
== Ġemellaġġ ==
Cusco hija ġemellata ma':<ref>{{Ċita web|url=https://www.aatccusco.com/ciudades_hermanas.php|titlu=Asociación de Agencias de Turismo del Cusco - Agencias de Turismo de Cusco - Agencias de Turismo de Cuzco|sit=www.aatccusco.com|data-aċċess=2023-06-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20220329013108/https://www.aatccusco.com/ciudades_hermanas.php|arkivju-data=2022-03-29|url-status=dead}}</ref>
* [[Betlem]], il-[[Palestina]];
* [[Baguio]], il-[[Filippini]];
* [[Copán Ruinas]], il-[[Ħonduras]];
* [[Cuenca (Ekwador)|Cuenca]], l-[[Ekwador]];
* [[Ħavana|Havana]], [[Kuba]];
* Il-[[Belt ta' Jersey]], l-[[Stati Uniti|Istati Uniti]];
* [[Ġerusalemm]], [[Iżrael]];
* [[Kaesong]], il-[[Korea ta' Fuq]];
* [[Krakovja]], il-[[Polonja]];
* Il-[[Belt tal-Messiku]], il-[[Messiku]];
* [[Moska]], ir-[[Russja]];
* [[La Paz]], il-[[Bolivja]];
* [[Potosí]], il-Bolivja;
* [[Puebla]], il-Messiku;
* [[Rio de Janeiro]], il-[[Brażil]];
* [[Samarkanda]], l-[[Użbekistan]];
* [[Tempe]], l-Istati Uniti.
== Ara wkoll ==
* [[Sistema tat-Toroq tal-Inka|Sistema tat-toroq tal-Inka]]
== Referenzi ==
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]]
[[Kategorija:Bliet tal-Perù]]
[[Kategorija:Amerika t'Isfel]]
[[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fil-Perù]]
[[Kategorija:Perù]]
b7l4tywwl9kszrvadxmwy050o6s2gp2
Manhattan
0
32361
331151
309439
2026-07-19T04:04:48Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331151
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox city|name=Manhattan}}
'''Manhattan''' ( pronunzjata bl- Ingliż {{MSAPI|m|æ|n|ˈ|h|æ|t|ə|n}} u bil- [[Lingwa Franċiża|Franċiż]] {{MSAPI|m|a|.|n|a|.|t|a|n}} ) hija waħda mill- ħames boroughs ( {{en langue|en|borough}} ) ) ta' [[Belt ta' New York|New York]] City, l-erbgħa l-oħra jkunu l- Bronx, Queens, Brooklyn, u Staten Island . Il-Gżira tan-Nofsinhar ta' Manhattan hija l-qalba storika tal-Belt ta' New York <ref>{{Ċita web|url=https://geoimage.cnes.fr/fr/geoimage/etats-unis-manhattan-sud-entre-mondial-et-local-les-mutations-dun-espace-urbain|titlu=Manhattan Sud : entre mondial et local, les mutations d'un espace urbain plurifonctionnel.|awtur=Jean-Louis Bonnaure et Arthur Plaza|data=2018-10-15|sit=GeoImage - CNES (Centre National d’Études Spatiales)|lingwa=fr|data-aċċess=2022-10-05|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20221005164526/https://geoimage.cnes.fr/fr/geoimage/etats-unis-manhattan-sud-entre-mondial-et-local-les-mutations-dun-espace-urbain|arkivju-data=2022-10-05|url-status=dead}}.</ref> . Il-borough jikkorrispondi prinċipalment għall-gżira ta 'Manhattan, b'erja ta' {{unité|56,98|km|2}} <ref name="census2020">{{Ċita web|url=https://www.census.gov/quickfacts/fact/table/newyorkcountynewyork,newyorkcitynewyork,US/POP010220|titlu=U.S. Census Bureau QuickFacts|awtur=U.S. Census Bureau|sit=census.gov|lingwa=en|data-aċċess=14/01/2022}}.</ref>, imdawra mix-Xmara Hudson fil-punent, il -Bajja ta' Fuq ta 'New York fin-nofsinhar, ix -Xmara tal-Lvant fil-lvant u l- Harlem Xmara lejn it-tramuntana.
Il-borough ta' Manhattan jikkoinċidi ma' '''New York County''' ( {{en langue|en|New York County}} ), diviżjoni amministrattiva tal- [[Istat ta' New York]] <ref>[[Comtés de l'État de New York]].</ref>, iżda din tal-aħħar ma tiffunzjonax bħala kontea strettament, peress li m'għandha l-ebda setgħa u tiddependi kompletament fuq l- awtorità muniċipali .
Mill-2017, il-popolazzjoni tagħha hija {{unité|1694251|habitants}} <ref name="census2020"/> u d-densità tagħha hija ħafna ogħla minn dik ta 'kwalunkwe kontea oħra fl- [[Stati Uniti|Istati Uniti]] . Manhattan hija famuża fid-dinja għas -skyscrapers u l-attività bieżla tagħha. Manhattan hija l-qalba ekonomika u finanzjarja tal-belt, mibnija madwar Wall Street, li hija dar għall- [[Borża ta' New York|Borża ta 'New York]], kif ukoll Midtown, li għandha diversi kwartieri ġenerali ta' kumpaniji bħal Time Warner, Bloomberg LP u MetLife . Huwa wkoll iċ-ċentru kulturali ta 'New York, b'istituzzjonijiet rinomati bħall- Mużew Metropolitan tal-Arti, il- Mużew Amerikan tal-Istorja Naturali u l- Mużew tal-Arti Moderna (MoMA) u d-distrett tat-teatru famuż ta' Broadway . Ħafna mill-skyscrapers l-aktar famużi jinsabu wkoll f'dan id-distrett, inklużi l- Empire State Building, il- Chrysler Building, il- Comcast Building u l- One World Trade Center, simbolu tal-qawwa ekonomika u l-qawmien mill-ġdid tal -World Trade Center meqrud waqt l- [[Attakki tal-11 ta' Settembru|attakki. tal-11 ta’ Settembru 2001]] .
Din id-densità urbana, id-diversità tagħha u l-kwalità morfoloġika u arkitettonika tagħha, il-preżenza ta 'mużewijiet ta' importanza internazzjonali, jagħmluha l-aktar distrett turistiku tal- ''{{Lang|en|[[Big Apple]]}}'' u destinazzjoni ewlenija fl-Istati Uniti. Manhattan huwa l-borough l-aħjar moqdi mis-subway ta’ New York : il-linji kollha jgħaddu minnha, bl-eċċezzjoni tal -linja G.
== Storja ==
L-isem "Manhattan" ġej minn Lenape, waħda mil-lingwi tal-familja Algonquin. L-ewwel miktub Manna-hata, l-isem probabbilment kien ifisser "gżira ta 'ħafna għoljiet". L-ewwel jidher fl-1609 fil-ġurnal ta’ abbord ta’ Robert Juet, membru tal-ispedizzjoni Olandiża ta’ Henry Hudson li kienet se tmexxi t-triq għall-immigrazzjoni Ewropea futura u, aktar tard, it-twaqqif ta’ New York. Fl-1610, l-isem Manahata jidher darbtejn, li jindika ż-żewġ banek tax-Xmara Mawrizju (ix-Xmara Hudson). L-Algonquins huma l-eqdem abitanti magħrufa ta’ dan it-territorju. Il-gżira ġiet ikkolonizzata fuq l-ordni tal-Kumpanija Olandiża tal-Indja tal-Punent u hemm inbniet fort fit-2 ta’ Frar, 1625.
Il-kolonja ta' [[New Amsterdam]] twieldet uffiċjalment fl-24 ta' Mejju, 1626 bix-xiri minn Pierre Minuit tat-territorju mingħand l-okkupanti tagħha (il-Manhattes) għal xi oġġetti ta' oġġetti tal-ħġieġ u trinkets oħra, li jiswew 60 florins (24 dollaru kurrenti).
Fit-2 ta' Frar, 1653, il-belt inkorporat ruħha bħala muniċipalità. New Amsterdam ċediet lill-ingliżi fl-1664. Il-gżira kienet ċeduta uffiċjalment mill-Olandiżi lill-ingliżi bit-Trattat ta' Breda tal-1667, li temm it-[[Tieni Gwerra Anglo-Olandiża]]. Immedjatament ingħatat l-isem ġdid f'ġieħ id-Duka ta' New York, il-futur Ġakbu II tal-Ingilterra.
Matul it-[[Tielet Gwerra Anglo-Olandiża]] l-belt ċediet lill-Olandiżi fl-1673 u ngħatat l-isem ta' New Orange. Fl-1674 waqt negozjati għall-paċi l-Olandiżi skambjaw il-belt għal [[Surinam]].
Il-borough ta' Manhattan jikkoinċidi ma' '''New York County''' ( {{en langue|en|New York County}} ), diviżjoni amministrattiva tal- [[Istat ta' New York]] <ref>[[Comtés de l'État de New York]].</ref>, iżda din tal-aħħar ma tiffunzjonax bħala kontea strettament, peress li m'għandha l-ebda setgħa u tiddependi kompletament fuq l- awtorità muniċipali .
Mill-2017, il-popolazzjoni tagħha hija {{unité|1694251|habitants}} <ref name="census2020"/> u d-densità tagħha hija ħafna ogħla minn dik ta 'kwalunkwe kontea oħra fl- [[Stati Uniti|Istati Uniti]] . Manhattan hija famuża fid-dinja għas -skyscrapers u l-attività bieżla tagħha. Manhattan hija l-qalba ekonomika u finanzjarja tal-belt, mibnija madwar Wall Street, li hija dar għall- [[Borża ta' New York|Borża ta 'New York]], kif ukoll Midtown, li għandha diversi kwartieri ġenerali ta' kumpaniji bħal Time Warner, Bloomberg LP u MetLife . Huwa wkoll iċ-ċentru kulturali ta 'New York, b'istituzzjonijiet rinomati bħall- Mużew Metropolitan tal-Arti, il- Mużew Amerikan tal-Istorja Naturali u l- Mużew tal-Arti Moderna (MoMA) u d-distrett tat-teatru famuż ta' Broadway . Ħafna mill-skyscrapers l-aktar famużi jinsabu wkoll f'dan id-distrett, inklużi l- Empire State Building, il- Chrysler Building, il- Comcast Building u l- One World Trade Center, simbolu tal-qawwa ekonomika u l-qawmien mill-ġdid tal -World Trade Center meqrud waqt l- [[Attakki tal-11 ta' Settembru|attakki. tal-11 ta’ Settembru 2001]] .
Din id-densità urbana, id-diversità tagħha u l-kwalità morfoloġika u arkitettonika tagħha, il-preżenza ta 'mużewijiet ta' importanza internazzjonali, jagħmluha l-aktar distrett turistiku tal- ''{{Lang|en|[[Big Apple]]}}'' u destinazzjoni ewlenija fl-Istati Uniti. Manhattan huwa l-borough l-aħjar moqdi mis-subway ta’ New York : il-linji kollha jgħaddu minnha, bl-eċċezzjoni tal -linja G.
L-isem "Manhattan" ġej minn Lenape, waħda mil-lingwi tal-familja Algonquin. L-ewwel miktub Manna-hata, l-isem probabbilment kien ifisser "gżira ta 'ħafna għoljiet". L-ewwel jidher fl-1609 fil-ġurnal ta’ abbord ta’ Robert Juet, membru tal-ispedizzjoni Olandiża ta’ Henry Hudson li kienet se tmexxi t-triq għall-immigrazzjoni Ewropea futura u, aktar tard, it-twaqqif ta’ New York. Fl-1610, l-isem Manahata jidher darbtejn, li jindika ż-żewġ banek tax-Xmara Mawrizju (ix-Xmara Hudson). L-Algonquins huma l-eqdem abitanti magħrufa ta’ dan it-territorju. Il-gżira ġiet ikkolonizzata fuq l-ordni tal-Kumpanija Olandiża tal-Indja tal-Punent u hemm inbniet fort fit-2 ta’ Frar, 1625.
'''Tkabbir qawwi fis-seklu 19 imbagħad is-seklu 20'''
Matul is-seklu 19, New York kibret u saret ċentru ekonomiku, li bbenefikat, fost affarijiet oħra, mill-ftuħ tal-Kanal Erie fl-1825. Fl-1835, il-popolazzjoni tagħha qabżet dik ta '[[Philadelphia]], u għamilha l-akbar belt fil-pajjiż. Fit-tieni nofs tas-seklu, il-wasla massiva ta’ immigranti, li daħlu minn Ellis Island fl-Istati Uniti, saħħet il-pożizzjoni ta’ Manhattan. New York għalhekk tibda tespandi lil hinn mill-gżira oriġinali. Fl-1874, porzjon minn dak li llum huwa l-Bronx kien anness mal-Kontea ta 'New York, imbagħad l-intier fl-1895. Fl-1898, New York City (Manhattan u l-[[Bronx]]) annesset [[Brooklyn]], Queens u Staten Island. Il-Bronx għadu parti mill-Kontea ta’ New York. Fl-1 ta’ Jannar, 1914, il-Leġiżlatura tal-Istat ta’ New York ħolqot il-Kontea ta’ Bronx, u l-Kontea ta’ New York tnaqqset għall-konfini preżenti tagħha. Id-dehra ta’ boroughs oħra ma tnaqqasx il-qawwa dejjem tikber ta’ Manhattan, li tibqa’ l-qalba vera tal-belt. Il-kostruzzjoni ta 'skyscrapers numerużi mill-bidu tas-seklu 20 tixhed id-dinamiżmu tad-distrett u żżid il-fama tiegħu madwar id-dinja. L-istess jgħodd fuq livell kulturali. Fl-1920, ir-Rinaxximent ta' Harlem għamel din il-parti tal-borough il-“kapitali dinjija tal-kultura sewda”. Minkejja l-effetti tad-Depressjoni l-Kbira, is-snin tletin raw il-bini ta’ diversi mill-akbar skyscrapers fid-dinja, li wħud minnhom, bħall-[[Empire State Building]] jew il-[[Chrysler Building]], minħabba l-fama tagħhom, kienu biżżejjed biex jissimbolizzaw New York.
Fis-snin 70, Manhattan esperjenzat kriżi finanzjarja u demografika: fabbriki u workshops magħluqa, parti mill-popolazzjoni telqet miċ-ċentru għas-subborgi jew ix-Sun Belt. Fis-snin tmenin, bit-twelid mill-ġdid ta’ Wall Street, Manhattan reġa’ lura bħala ċentru globali tal-ekonomija u l-finanzi. It-tnaqqis qawwi fil-kriminalità, li sar matul id-disgħinijiet u li sar possibbli mill-politika ta’ tolleranza żero tas-Sindku Rudy Giuliani, għen biex tinbidel il-wiċċ ta’ ħafna distretti fil-borough. F'dawn l-aħħar snin, rajna t-trasformazzjoni ta 'diversi distretti f'Manhattan. L-imtieħen tat-tessuti preċedenti jew faċilitajiet tal-port qed jiġu trasformati f'lofts jew galleriji tal-arti f'SoHo, Midtown u madwar Lincoln Center. Bosta blokki huma rinnovati u riabilitati, inkluż f’ċerti żoni ta’ Harlem; din il-konkwista mill-ġdid taċ-ċentru minn popolazzjonijiet għonja twassal għal fenomenu ta’ gentrification, li ftit li xejn huwa ta’ benefiċċju għal dawk l-aktar żvantaġġati u li jista’ jhedded il-wirt kulturali tal-viċinat, bħall- Lower East Side.
L-istorja reċenti ta' Manhattan hija mmarkata mill-attakk terroristiku tal-[[Attakki tal-11 ta' Settembru|11 ta' Settembru, 2001]] fuq il-[[World Trade Center]], li l-konsegwenzi tiegħu kienu sinifikanti għall-borough u r-residenti tiegħu. Bil-waqgħa tat-Twin Towers, l-orizzont ta 'Manhattan inbidel kompletament. Ground zero, li tinsab fil-qalba taċ-ċentru finanzjarju storiku ta’ Wall Street, ospitat diversi monumenti li jikkommemoraw l-avveniment mill-2011 kif ukoll torri ġdid, il-One World Trade Center (541 metru) li tlesta fl-10 ta’ Mejju 2013. Dan huwa l-ogħla bini fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] quddiem it-Torri Willis (442 metru) f’[[Chicago]].
== Ġeografija ==
Il-borough ta 'Manhattan għandu erja totali ta' 87.5 km2, inklużi 59.5 km2 ta 'art u 28 km2 ta' ilma. Manhattan Island hija mdawra mill-Hudson lejn il-punent u x-Xmara tal-Lvant fil-lvant. Hija tkopri erja ta '58.8 km2, hija twila 21.6 km u tilħaq 3.7 km wiesgħa f'14th Street.
Fit-tramuntana, ix-Xmara Harlem tifridha mill-Bronx u l-kontinent. Il-borough jinkludi wkoll gżejjer oħra, inklużi Randall's Island, Ward's Island, u Roosevelt Island fil-East River, kif ukoll Governors Island u Liberty Island fin-nofsinhar fil-Bajja ta 'New York. Jestendi wkoll fuq parti żgħira tal-kontinent, bla baħar fil-Bronx: dan huwa d-distrett Marble Hill, li qabel kien parti mill-gżira ta 'Manhattan, iżda li kien separat minnha waqt il-bini fl-1895 tal-kanal Spuyten Duyvil Creek li għaqqad l-Hudson max-Xmara Harlem, imbagħad ingħaqad mal-kontinent meta l-kanal ġie mblukkat qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija.
== Referenza ==
sl8w9ca2jxo4zuia8a845oq6lhrvvkw
Graziano D'Urso
0
34259
331148
330958
2026-07-19T02:17:23Z
InternetArchiveBot
18288
Rescuing 2 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5
331148
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Graziano D'Urso''' ([[Catania]], 30 ta' Marzu 1990) huwa baritnu u kittieb Taljan.
== Bijografija ==
Imwieled u ffurmat akkademikament f'[[Catania]]<ref>{{Ċita web|url=https://www.italianoperataormina.com/it/artist/graziano-durso/|titlu=Graziano D’Urso|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, D’Urso għamel id-debut tiegħu fl-ewwel rwol tiegħu fl-2017 f'intermezz ta' Paolo Altieri, ''L'amante burlato'',<ref name=":1">{{Ċita web|url=https://www.giornaledellamusica.it/recensioni/da-goldoni-a-altieri|titlu=Da Goldoni a Altieri|kunjom=Mastropietro|isem=Alessandro|sit=Il Giornale della Musica|lingwa=it|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> segwit minn attivitajiet kunċertistiċi u operistiċi<ref name=":6">{{Ċita web|url=https://www.rundschau-online.de/region/oberberg/gummersbach-compagnia-d-opera-italiana-di-milano-zeigt-den-maskenball-134049|titlu=Gummersbach: Compagnia d’Opera Italiana di Milano zeigt den „Maskenball“|data=2017-12-14|sit=Rundschau Online|lingwa=de|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> fl-[[Italja]]<ref>{{Ċita web|url=https://aiacepress.it/taormina-opera-stars-tosca-strepitosa-al-teatro-antico-pensando-gia-al-futuro/|titlu="Taormina opera stars": Tosca strepitosa al Teatro Antico pensando già al futuro|kunjom=Romano|isem=Mauro|data=2018-08-31|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, il-[[Ġermanja]]<ref name=":4">{{Ċita web|url=https://www.wiesbadener-kurier.de/lokales/kreis-main-taunus/eppstein-kreis-main-taunus/umjubelter-opernabend-auf-der-burg-eppstein-1542572|titlu=Umjubelter Opernabend auf der Burg Eppstein|data=2019-07-16|sit=Wiesbadener Kurier|lingwa=de|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, ir-[[Rumanija]]<ref>{{Ċita web|url=https://mytex.ro/cultura/brasov-marea-gala-a-festivalului-international-de-opera-opereta-si-balet/|titlu=BRAȘOV. Marea Gală a Festivalului Internaţional de Operă, Operetă şi Balet - MyTex.ro|data=2017-10-21|lingwa=ro-RO|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, [[Russja|ir-Russja]]<ref name=":5">{{Ċita web|url=https://kolomnagrad.ru/presscentr/news/kultura_news/6711-mezhdunarodnyy-festival-shkin-opera-proydet-v-kolomne.html|titlu=Международный фестиваль «Шкинь-опера» пройдёт в Коломне|sit=Администрация Городского округа Коломна Московской области|lingwa=ru|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, [[Żvizzera|l-Iżvizzera]] b'repertorju ta' awturi romantiċi<ref>{{Ċita web|url=https://www.sicilymag.it/belcanto-protagonista-nella-nuova-stagione-della-stagione-della-societa-catanese-amici-della-musica.htm|titlu=Belcanto protagonista nella nuova stagione della stagione della Società catanese amici della musica - SicilyMag Musica|kunjom=Greco|isem=Anna|data=2023-11-01|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, bħal Vincenzo Bellini u Giuseppe Verdi<ref name=":7">{{Ċita web|url=https://www.pressreader.com/italy/la-sicilia/20251203/283472147551689|titlu=PressReader.com - Digital Newspaper & Magazine Subscriptions|sit=www.pressreader.com|lingwa=en|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, u ta' awturi tal-Giovine Scuola<ref>{{Ċita web|url=https://www.noitv.it/2017/09/cori-concerto-2017-lomaggio-catalani-174205/|titlu=Cori in concerto 2017, l'omaggio a Catalani|kunjom=NoiTV|isem=Redazione|data=2017-09-19|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>. Minbarra l-attività kontinwa<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://www.operabase.com/graziano-durso-a32921/it|titlu=Graziano D'Urso, Baritono {{!}} Archivio, spettacoli, biglietti e video|sit=Operabase|lingwa=it|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> fir-repertorju tas-seklu XIX<ref>{{Ċita web|url=https://www.corrieredellospettacolo.net/2017/07/22/enrico-stinchelli-porta-al-castello-maniace-la-sua-carmen/|titlu=Carmen|kunjom=Spettacolo|isem=Corriere dello|data=2017-07-22|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> u XX, anki fl-ewwel eżekuzzjonijiet moderni, huwa esebixxa ruħu f'repertorji ta' mużika sagra<ref name=":8">{{Ċita web|url=https://www.connessiallopera.it/news/2021/catania-concerto-in-cattedrale-con-tre-inediti-di-bellini-in-prima-esecuzione-moderna/|titlu=Catania, concerto in cattedrale con tre inediti di Bellini in prima esecuzione moderna|kunjom=Montemagno|isem=Giuseppe|data=2021-10-01|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>, antika<ref>{{Ċita web|url=https://www.sicilymag.it/ludusdanielis-coinvolgenti-atmosfere-medievali-tra-sacro-e-storia.htm|titlu=Ludus Danielis, coinvolgenti atmosfere medievali tra sacro e storia - SicilyMag Recensioni|kunjom=Porta|isem=Silvana La|data=2022-09-30|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> u barokka.
Parallelament mal-attività artistika, D’Urso żviluppa mill-2021 mogħdija ta’ studju interdixxiplinarju orjentata lejn il-vokoloġija artistika<ref>{{Ċita web|url=https://www.lulu.com/it/search?sortBy=RELEVANCE&page=1&q=graziano+d%27urso&pageSize=10&adult_audience_rating=00&binding_type_group=HARDCOVER}}</ref> u r-riflessjoni ġuridika applikata għad-didattika tal-kant. <ref name=":2">{{Ċita web|url=https://www.voiceevolutioninstitute.it/category/course/la-responsabilita-civile-dellinsegnante-di-canto?fbclid=IwAR0Tqwxj5eGCrBx9cZFltoYNxk2LgBXEOClrm6BtFAXfYkjN0c8Y_6dHgQE|titlu=Voice Evolution Institute :: Scuola di Canto Moderno Diploma di Canto Scuola di Canto online|kunjom=webmio|sit=Voice Evolution System S.r.l.s|lingwa=IT|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>
== Repertorju (lista parzjali) ==
* Giuseppe Verdi
** Aida, ''Amonasro''<ref name=":4"/>
** Un ballo in maschera, ''Renato''<ref name=":6"/>
** La traviata, ''Giorgio Germont''<ref name=":7"/>
** Il corsaro (Verdi), ''Seid''
* Vincenzo Bellini
** Messa in La minore, barìtunu<ref name=":8"/>
* Paolo Altieri
** L'amante burlato, ''Tascadoro''<ref name=":1"/>
* Leonardo Vinci
** L'ammalato immaginario, ''Don Chilone''<ref>{{Ċita web|url=https://www.balarm.it/news/la-stagione-di-musicamente-a-palermo-note-antiche-barocco-e-artisti-internazionali-163221|titlu=La stagione di MusicaMente a Palermo: note antiche, barocco e artisti internazionali|sit=Balarm.it|lingwa=it|data-aċċess=2026-07-08}}</ref>
== Premji u rikonoxximenti ==
* Premju Vincenzo Bellini (2018)<ref>{{Ċita web|url=https://globusmagazine.it/lions-catania-bellini-al-baritono-graziano-durso-premio-bellini-2018/|titlu=Lions Catania Bellini. Al baritono Graziano D'Urso il Premio Bellini 2018|kunjom=Stroscio|isem=Enzo|data=2018-06-25|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260705083824/https://globusmagazine.it/lions-catania-bellini-al-baritono-graziano-durso-premio-bellini-2018/|arkivju-data=2026-07-05|url-status=dead}}</ref>
* Premju Domenico Danzuso (2019)<ref>{{Ċita web|url=https://globusmagazine.it/nove-dicembre-la-xviii-edizione-del-domenico-danzuso/|titlu=Il nove dicembre la XVIII edizione del Domenico Danzuso|kunjom=Passamonte|isem=Rosalia|data=2019-12-02|lingwa=it-IT|data-aċċess=2026-07-08|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260705083824/https://globusmagazine.it/nove-dicembre-la-xviii-edizione-del-domenico-danzuso/|arkivju-data=2026-07-05|url-status=dead}}</ref>
== Pubblikazzjonijiet (lista parzjali) ==
* [[d:Q140437379|Il canto della mente.]] ISBN 978-1-291-63095-4[[d:Q140437379|.]]
* {{Ċita ktieb|titlu=Il canto delle emozioni|url=https://www.wikidata.org/wiki/Q138968793|isbn=978-1-326-43606-3}}
* {{Ċita ktieb|titlu=La professionalità dell'insegnante di canto|url=https://www.wikidata.org/wiki/Q138701133|isbn=978-1-4478-8083-7}}
* {{Ċita ktieb|titlu=La metodologia dell'insegnante di canto|url=https://www.wikidata.org/wiki/Q138841788|isbn=978-1-4467-9385-5}}
* {{Ċita ktieb|titlu=La responsabilità civile dell'insegnante di canto|url=https://www.wikidata.org/wiki/Q138637528|isbn=978-1-4716-3472-7}}
* {{Ċita ktieb|titlu=IL BARITONO VERDIANO|isbn=978-1-105-01570-0|url=https://www.wikidata.org/wiki/Q138545639}}
== Referenzi ==
<references responsive="" />
{{Awtorità}}
[[Kategorija:Kantanti Taljani]]
[[Kategorija:Kantanti Sqallin]]
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
mholva7he6eopmn0md4edfjlmxuwmuz