Wikipedija mtwiki https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali MediaWiki 1.47.0-wmf.12 first-letter Medja Speċjali Diskussjoni Utent Diskussjoni utent Wikipedija Diskussjoni Wikipedija Stampa Diskussjoni stampa MediaWiki Diskussjoni MediaWiki Mudell Diskussjoni mudell Għajnuna Diskussjoni għajnuna Kategorija Diskussjoni kategorija Portal Diskussjoni portal TimedText TimedText talk Module Module talk Event Event talk Ġebla ta' Majmuna 0 1544 331204 325940 2026-07-25T19:34:55Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 331204 wikitext text/x-wiki [[Stampa:Maymūnah Stone, Gozo Museum of Archaeology, Victoria, Gozo 001.jpg|thumb|right|250px| Il-Ġebla ta' Majmuna]] '''Il-Ġebla ta' Majmuna''', magħrufa wkoll bħala '''il-Ħaġra ta' Majmuna''', hija waħda mill-iktar sejbiet arkeoloġiċi mportanti f'Malta assoċjati ma' żmien il-[[Ħakma ta' l-Għarab]]. Dan il-kapulavur fil-[[Kalligrafija]] [[Kalligrafija#Kalligrafija Għarbija |kufija]] ġie magħmul bħala tifkira ta' tifla Għarbija li mietet nhar il-Ħamis, [[21 ta' Marzu]], [[1174]] u fuqu hemm talba ta' missier biex jingħata s-saħħa spiritwali sabiex jaffronta t-telfa ta' bintu. Għal ħafna snin ingħad li l-Ġebla ta' Majmuna nstabet [[Għawdex]] viċin ix-[[Xewkija]] jew is-[[Sannat]]. Tant hu hekk li f'Għawdex stess hemm post li għadu jġib l-isem ''ta' Majmuna''. Madanakollu, m'hemm l-ebda evidenza bil-miktub li ssaħħah din l-ipoteżi. Fil-fatt, l-oriġini tal-ġebla m'humiex ċari. L-iskrizzjoni hija mnaqqxa fuq biċċa rħam minn fdalijiet [[Imperu Ruman|Rumani]]. Din kienet prattika komuni ħafna fl-[[Afrika ta' Fuq]], fejn fdalijiet Rumani kienu jiġu misruqa għall-ġebel u l-irħam tagħhom. B'hekk huwa wkoll possibbli li dil-ġebla oriġinat minn xi pajjiż fl-Afrika ta' Fuq. Għal ħafna żmien il-ġebla kienet ikkunsidrata bħala evidenza li Malta, minkejja t-tmiem tal-ħakma Għarbija mal-wasla tal-[[Ruġġieru I ta' Sqallija|Konti Ruġġieru]] fl-[[1090]], xorta waħda baqgħet influwenzata b'mod konsiderevoli mill-kultura Għarbija. Dan l-argument, però, ma jidhirx li għandu bażi soda f'din is-sejba. Fl-[[1839]] din il-lapida ġiet f'idejn il-familja Xara, u mingħandhom għaddiet f'idejn il-Baruni [[Giuseppe Maria de Piro]] li fl-[[1845]] taha lil-librerija pubblika. L-interpretazzjoni korretta tal-kitba kienet sfida kbira, speċjalment minħabba l-fatt li ħafna interpretazzjonijiet kienu bbażati fuq illustrazzjonijiet ħżiena. Eventwalment ġiet iddeċifrata mir-Russu/Pollakk [[Andrej Jakovlevic Italinski]] (magħruf ukoll bħala Andrea Italinski u l-konti Italinski), li kien diplomatiku tat-[[Tzar]] fl-[[Imperu Tork]] minn [[1863]] sa [[1886]]. Illum il-ġurnata, il-Ġebla ta' Majmuna hi mħarsa fil-[[Mużew ta' l-Arkeoloġija]] fiċ-[[Ċittadella]], ir-[[Rabat (Għawdex)]]. ==Traduzzjoni bil-Malti== Din il-kitba tal-ħaġra ġiet maqluba għall-Malti minn [[Temi Zammit]] fuq bażi ta' traskrizzjoni b'ittri latini li kien fisser [[Grabjiel d'Aleppo]], patri Kapuċċin. ::''B'isem Alla l-ħanin, u sella għalih in-nibi (profeta) Muħammed u għal niesu u sellem għalihom tislima.'' ::''Lili Alla l-kobor ta' dejjem iżda l-ħolqien tiegħu ried jintemmu.'' ::''Intom ta' dan f'rasul Alla għandkom xhieda sewwa.'' ::''Dan hu l-qabar ta' Majmuna bint Ħasan, bin Għali il-Hudli il-magħruf b'Ibn as-Susi. Mietet, il-ħniena t'Alla għaliha, nhar il-Ħamis fis-sittax tax-xahar Xagħban il-Kbir fis-sena ħames mija u disgħa u sittin u hi tixhed li ma hemmx Alla ħlief Alla l-waħdieni li ma għandux xirka.'' ::#''Saqsi lilek innifsek, jekk hemmx fl-art min jibqa'.'' ::#''Il-mewt ħarġitni, jaħasra, minn ħajti l-qasira.'' ::#''Kont bieżla f'għemili u kull ma għamilt magħdud u jibqa'.'' ::#''Ja min jara l-qabar li ġewwa fih jiena mibnija, it-trab għabbar ix-xfar u t-truf ta' għajnejja.'' ::#''F'maqgħadi u f'dari xejn ħlief biki u x'jkun fil-qawmien tiegħi meta jiġi min ħalaqna?'' ==Referenzi== *''Viglo,'' N°26 Ottubru 2004 (Ġurnal ippublikat bl'Ingliż minn l-għaqda [https://web.archive.org/web/20050525073953/http://www.dinlarthelwa.org/index.asp Din l-Art Ħelwa]) *[http://de-piro.biography.ms/ de-piro biography] *[https://web.archive.org/web/20060528192404/http://how-to-learn-any-language.com/e/polyglots/italinski.html Count Andrew Italinski] *Andrew P. Vella, ''Storja ta' Malta'' Vol. I, pp. 86-88 *M. Amari, Le epigrafi arabiche di Sicilia, Edizzjoni ġdida (Palermo, 1971), pp. 218-30. *E. Rossi, ‘Le lapidi sepolcrali Arabo-Musulmane’, Rivista degli Studi Orientali, XII. ==Noti== * Skond [[Godfrey Wettinger]], Rossi jagħti l-aħjar rakkont fuq l-oqbra misilmin f'Malta u Għawdex * Minkejja riċerka f'diversi Arkivji u f'volumi ta' iskrizzjonijiet Għarab, l-awtur ta' dan l-artiklu ma setax isib id-deċifrazzjoni oriġinali ta' Italinski. Ikun obligat ħafna lil min ikun jista' jagħtih xi informazzjoni fejn jinsab dan id-dokument, jew fejn tinsab edizzjoni kritika (''critical edition'') ta' l-iskrizzjoni. ==Ħoloq esterni== * [https://web.archive.org/web/20070814175422/http://www.gozo.gov.mt/pages.aspx?page=475 Il-Mużew tal-Arkeoloġija - Għawdex] * [https://web.archive.org/web/20070928031015/http://www.gozo.gov.mt/showdoc.aspx?id=681&filesource=4&file=I664.jpg Ritratt (klwalità dgħajfa ħafna) tal-ġebla ta' Majmuna] fuq is-sit tal-Mużew tal-Arkeoloġija. [[Kategorija:Storja ta' Malta]] [[Kategorija:Arkeoloġija]] [[Kategorija:Oqbra]] fpnyl2kpolovocnsm3l8gcssbe7qj7t Tim nazzjonali tal-futbol tal-Urugwaj 0 26785 331203 280047 2026-07-25T19:09:50Z ~2026-41423-74 28557 331203 wikitext text/x-wiki {{Infobox tim nazzjonali tal-futbol | isem = Urugwaj | pajjiż = Urugwaj | psewdonimu = ''La Celeste'' (Ċelest is-Sema) | assoċjazzjoni = [[Federazzjoni tal-futbol tal-Urugwaj|Asociación Uruguaya de Fútbol]] | konfederazzjoni = [[CONMEBOL]] ([[L-Amerika t'Isfel]]) | kowċ = | kaptan = | rekord_preżenzi = [[Diego Godin]] (146) | rekord_gowls = [[Luis Suárez]] (64) | stadju = [[Estadio Centenario]] | kodiċi_FIFA = URU | pożizzjoni_FIFA = 9 | pożizzjoni_massima_FIFA = 2 | data_pożizzjoni_massima_FIFA = Ġunju 2012 | pożizzjoni_minima_FIFA = 76 | data_pożizzjoni_minima_FIFA = Diċembru 1998 | pattern_la1 = _uru21h | pattern_b1 = _uru21h | pattern_ra1 = _uru21h | pattern_sh1 = | pattern_so1 = | leftarm1 = FFFFFF | body1 = FFFFFF | rightarm1 = FFFFFF | shorts1 = 000000 | socks1 = 000000 | pattern_la2 = _uru21a | pattern_b2 = _uru21a | pattern_ra2 = _uru21a | pattern_sh2 = | pattern_so2 = | leftarm2 = FFFFFF | body2 = FFFFFF | rightarm2 = FFFFFF | shorts2 = FFFFFF | socks2 = FFFFFF | l-ewwel_logħba = {{flagicon|Urugwaj}} Urugwaj 0 – 6 {{fb-rt|Arġentina}}<br />([[Montevideo]], [[Urugwaj]]; 20 ta' Lulju 1902) | l-ikbar_rebħa = {{flagicon|Urugwaj}} Urugwaj 9 – 0 {{fb-rt|Bolivja}}<br />([[Lima]], [[Perù]]; 9 ta' Novembru 1927) | l-ikbar_telfa = {{flagicon|Urugwaj}} Urugwaj 0 – 6 {{fb-rt|Arġentina}}<br />([[Montevideo]], [[Urugwaj]]; 20 ta' Lulju 1902) | preżenzi_tazza_tad-dinja = 13 | l-ewwel_preżenza_tazza_tad-dinja = 1930 | l-aqwa_riżultat_tazza_tad-dinja = Rebbieħa ([[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|1930]], [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950|1950]]) | isem_tazza_reġjonali = [[Copa América]] | preżenzi_tazza_reġjonali = 44 | l-ewwel_preżenza_tazza_reġjonali = [[Copa América 1916|1916]] | l-aqwa_riżultat_tazza_reġjonali = Rebbieħa ([[Copa América 1916|1916]], [[Copa América 1917|1917]], [[Copa América 1920|1920]], [[Copa América 1923|1923]], [[Copa América 1924|1924]], [[Copa América 1926|1926]], [[Copa América 1935|1935]], [[Copa América 1942|1942]], [[Copa América 1956|1956]], [[Copa América 1959|1959]], [[Copa América 1967|1967]], [[Copa América 1983|1983]], [[Copa América 1987|1987]], [[Copa América 1995|1995]], [[Copa América 2011|2011]]) | preżenzi_tazza_tal-konfederazzjonijiet = 2 | l-ewwel_preżenza_tazza_tal-konfederazzjonijiet = [[Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1997|1997]] | l-aqwa_riżultat_tazza_tal-konfederazzjonijiet = Ir-raba' post (1997, 2013) }} It-'''tim nazzjonali tal-futbol tal-Urugwaj''' (bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]: ''Selección de fútbol de Uruguay'') jirrappreżenta lill-[[Urugwaj]] fil-[[futbol]] internazzjonali u hu mmexxi mill-[[Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Urugwaj]]. Imlaqqam ''La Celeste'', l-Urugwaj huwa t-tim l-iktar titolat fid-dinja b'19-il trofew taħt ismu, fosthom rebbieħ tal-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|ewwel edizzjoni]] tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]]. Fil-lista ta' trofej hemm inklużi żewġ Tazzi tad-Dinja, 15-il [[Copa América]] (rekord) u żewġ midalji tad-deheb fil-[[Logħob Olimpiku tas-sajf|Logħob Olimpiku]]. L-Urugwaj iżomm ukoll rekord partikulari tar-rebħ tal-kompetizzjonijiet internazzjonali kollha organizzati fil-pajjiż stess – 8 – li jinkludu Tazza tad-Dinja u seba' Copa Américas. Il-popolazzjoni ta' 1.75 miljun ruħ fl-1930 tagħmlu l-iżgħar pajjiż illi qatt rebaħ it-Tazza tad-Dinja. == Storja == === L-era tad-deheb (1916–1930) === [[File:Uruguay 1902.jpg|thumb|250px|It-tim Urugwajan qabel l-ewwel logħba uffiċjali kontra l-Arġentina fl-20 ta' Lulju 1902.]] Għalkemm l-ewwel logħba qatt milgħuba minn tim Urugwajan kienet fis-16 ta' Mejju 1901 kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Arġentina|Arġentina]], din mhix ikkunsidrata bħala logħba uffiċjali minħabba li ma kinitx organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Urugwaj imma minn [[Albion FC]] fi grawnd ġewwa Paso del Molino. L-ewwel logħba rikonoxxuta ntlagħbet fl-istess grawnd fl-20 ta' Lulju 1902 kontra l-istess Arġentina; l-Arġentina ħarġu rebbieħa 6–0 quddiem folla ta' 8,000 ruħ.<ref>{{ċita web |url=https://www.elgrafico.com.ar/articulo/0/4330/historias-curiosidades-y-estadisticas-de-la-seleccion-tras-sus-primeros-900-partidos |titlu=Historias, curiosidades y estadísticas de la Selección, tras sus "primeros" 900 partidos |pubblikatur=El Gráfico |data=2012-07-04 |lingwa=Spanjol }}</ref> Qabel l-1916 l-Urugwaj lagħbu iktar min 30 logħba li kollha kemm huma, apparti waħda, kienu kontra l-Arġentina. L-[[Copa América 1916|ewwel edizzjoni]] tal-Copa América fl-1916 rat lill-Urugwaj jissieltu kontra avversarji differenti, b'rebħiet kontra ċ-[[Tim nazzjonali tal-futbol taċ-Ċili|Ċili]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|Brażil]]. L-aħħar logħba kontra l-Arġentina, li ntlagħbet fis-16 ta' Lulju, kellha titwaqqaf wara biss ħames minuti minħabba ġlied bejn il-partitarji. L-irvelli nfirxu fil-grawnd sakemm xi sedili tqabbdu bin-nar. Ir-riżultat tal-logħba ġie kkunsidrat bħala null; il-logħba reġgħet ġiet skedata għall-ġurnata ta' wara fl-[[Estadio Racing Club]] u ntemmet b'riżultat ta' 0–0 li kien biżżejjed biex jagħti t-trofew lill-Urugwaj.<ref>{{ċita web |url=http://www.rsssf.com/tables/16safull.html |titlu=Southamerican Championship 1916 |pubblikatur=RSSSF |isem=Martin |kunjom=Tabeira |data=2007-08-10 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fl-1924, it-tim tal-Urugwaj ivvjaġġa lejn [[Pariġi]] biex sar l-ewwel tim tal-[[L-Amerika t'Isfel|Amerka t'Isfel]] li ħa sehem fil-[[Logħob Olimpiku tas-sajf 1924|Logħob Olimpiku]]. Bi stil ta' futbol ibbażat fuq passaġġi qosra li kien jikkontrasta mal-istil fiżiku tat-timijiet Ewropej ta' dik l-era,<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/sport3/worldcup2002/hi/team_pages/uruguay/newsid_1907000/1907148.stm |titlu=Football's debt to Uruguay |pubblikatur=BBC Sport |isem=Tim |kunjom=Vickery |data=2002-04-08 |lingwa=Ingliż }}</ref> huma rebħu kull logħba inkluż il-finali kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvizzera|Iżvizzera]] għar-rebħ tal-midalja tad-deheb. [[Pedro Petrone]] spiċċa bħala l-aqwa skorer bi 8 gowls. Erba' snin wara, l-Urugwaj reġgħu kisbu l-midalja tad-deheb fl-[[Olimpjadi tas-sajf 1928|Olimpjadi tas-sajf tal-1928]] meta f'[[Amsterdam]] rebħu 2–1 kontra l-Arġentina.<ref>{{ċita web |url=https://www.fifa.com/tournaments/archive/mensolympic/amsterdam1928/index.html |titlu=Olympic Football Tournament Amsterdam 1928 |pubblikatur=FIFA |arkivju-data=2017-12-10 |arkivju-url=https://web.archive.org/web/20171210011104/https://www.fifa.com/tournaments/archive/mensolympic/amsterdam1928/index.html |lingwa=Ingliż }}</ref> Wara t-trijonf doppju fl-Olimpjadi, l-Urugwaj ġie magħżul bħala l-pajjiż ospitu tal-ewwel [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|Tazza tad-Dinja fl-1930]], f'għeluq il-mitt sena anniversarju mill-ewwel kostituzzjoni tal-pajjiż. Matul il-kompetizzjoni, l-Urugwaj rebħu l-logħbiet kollha u qalbu telfa f'rebħa kontra l-Arġentina fl-[[Estadio Centenario]] b'riżultat ta' 4–2, quddiem folla ta' 93,000.<ref>{{ċita web |url=https://www.fifa.com/tournaments/mens/worldcup/1930uruguay/match-center/1087 |titlu=URUGUAY 4-2 ARGENTINA |pubblikatur=FIFA |lingwa=Ingliż }}</ref> === Is-sorpriża tal-Maracanã (1931–1959) === Fis-snin wara r-rebħ tat-titlu tat-Tazza tad-Dinja, is-''Celeste'' rari lagħbu. L-animosità bejn il-federazzjonijiet tal-Urugwaj u l-Arġentina kienet tant kibret li l-Copa América kellha titwaqqaf milli ssir għal diversi snin. Għall-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934|edizzjoni tal-1934]] tat-Tazza tad-Dinja, l-Urugwaj irrifjutaw li jiddefendu t-titlu mirbuħ fl-edizzjoni preċedenti bħala bojkott kontra diversi timijiet Ewropej li ma kienux ipparteċipaw fl-1930. Din il-protesta ġiet estiża għall-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938|edizzjoni tal-1938]], flimkien mal-Arġentina, minħabba li l-FIFA kienet għażlet lil [[Franza]] bħala l-ospitu meta pajjiż tal-Amerika t'Isfel kellu jkun magħżul minflok. [[File:Urug1950.jpg|thumb|250px|It-tim li għeleb lill-Brażil fl-aħħar logħba tat-Tazza tad-Dinja 1950 biex l-Urugwaj kisbu t-tieni Tazza tad-Dinja.]] It-tim Urugwajan irritorna għat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950|Tazza tad-Dinja tal-1950]] li saret fil-[[Brażil]]. Minħabba li t-[[Tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija|Turkija]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Iskozja]] ddeċidew li ma jipparteċipawx, il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Urugwaj spiċċat f'logħba waħda kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bolivja|Bolivja]] li rebħuha bl-iskor kbir ta' 8–0, inkluż tripletta ta' [[Óscar Míguez]]. Fil-fażi finali, wara dro ma' [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja|Spanja]] u rebħa fl-aħħar kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvezja|Iżvezja]], l-Urugwaj kellha taffronta lit-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil|tim nazzjonali Brażiljan]] fl-aħħar logħba deċiżiva. Il-Brażil kellhom bżonn biss dro sabiex jirbħu t-titlu.<ref>{{ċita web |url=https://www.fifa.com/tournaments/mens/worldcup/1950brazil |titlu=1950 FIFA WORLD CUP BRAZIL™ |pubblikatur=FIFA |lingwa=Ingliż }}</ref> Ġewwa l-[[Maracanã]], il-Brażil fetħu l-iskor b'gowl ta' [[Friaça]], però fi spazju ta' ftit minuti l-Urugwaj qallbu r-riżultat b'żewġ gowls tal-emblema [[Juan Alberto Schiaffino]] u [[Alcides Ghiggia]]. Din ir-rebħa baqgħet deskritta bħala waħda mill-ikbar sorpriżi fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja u t-terminu ''[[Maracanazo]]'' baqa' sinonimu ma' din il-logħba.<ref>{{ċita web |url=https://www.soccerphile.com/soccerphile/news/greatest-upsets.html |titlu=The Top 20 Most Amazing Upsets of All Time |pubblikatur=Soccerphile |lingwa=Ingliż }}</ref> === Tim fit-tfittxija lejn il-passat (1959–2006) === Wara il-ħamsinijiet, l-Urugwaj sabha diffiċli li jerġa' jitla' fil-quċċata tal-futbol dinji. Apparti mir-raba' post fit-Tazza tad-Dinja tal-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1954|1954]] u l-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1970|1970]], it-tim naqas li jħalli impressjoni fejn anke falla mill-kwalifikazzjoni għall-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1958|edizzjoni tal-1958]], l-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1978|1978]] u l-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1982|1982]]. [[File:RodolfoRodríguez-Mundialito1980.jpg|thumb|[[Rodolfo Rodriguez]] jgħolli t-trofew tal-Mundialito (1980–81).]] Fil-bidu tas-snin tmenin, l-Urugwaj organizza l-[[Mundialito]], kompetizzjoni ta' ċelebrazzjoni tal-50 sena anniversarju tal-ewwel Tazza tad-Dinja. Il-pajjiżi mistiedna kienu s-sitt rebbieħa, f'ordni kronoloġika, l-Urugwaj, l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja|Italja]], Franza, il-Brażil, l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]] u l-Arġentina.<ref>{{ċita web |url=http://rsssf.com/tablesm/mund80.html |titlu=Mundialito 1980 |pubblikatur=RSSSF |isem=Martin |kunjom=Tabeira |data=2006-02-12 |lingwa=Ingliż }}</ref> L-Ingilterra m'aċċettatx l-istedina minħabba kunflitt fil-programm tal-logħob tal-kampjonat nazzjonali u għalhekk l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Olanda|Olanda]] ħadet postha minħabba li kienet finalista telliefa fl-edizzjonijiet tal-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1974|1974]] u l-1978. Fl-ewwel rawnd, l-Urugwaj rebħu kontra l-Olanda u l-Italja bi skor identiku ta' 2–0. Fil-finali kontra l-Brażil, l-Urugwaj rebħu b'riżultat ta' 2–1 grazzi għall-gowls ta' [[Jorge Barrios]] u [[Waldemar Victorino]]. Fis-snin ta' wara, l-Urugwaj ra t-tnissil ta' ġenerazzjoni ġdida mmexxija minn [[Enzo Francescoli]], [[Pablo Bengoechea]] u [[Rubén Sosa]]. Huma rebħu l-Copa América darbtejn – fl-[[Copa América 1983|1983]] kontra l-Brażil f'finali doppja u fl-[[Copa América 1987|1987]] kontra ċ-Ċili – u kkwalifikaw għat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1986|Tazza tad-Dinja tal-1986]] u l-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1990|1990]] fejn fit-tnejn li huma ġew eliminati fir-rawnd tal-aħħar sittax mill-Arġentina u l-Italja rispettivament. Fil-[[Copa América 1995|Copa América tal-1995]] huma rebħu l-14-il titlu tal-kompetizzjoni kontra l-Brażil, biex ugwaljaw ir-rekord tal-Arġentina. Is-snin ta' wara kienu diżappuntanti fejn apparti minn semifinali kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja|Awstralja]] fit-[[Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA 1997|Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-1997]] u finali mitlufa kontra l-Brażil fil-[[Copa América 1999|Copa América tal-1999]], it-tim Urugwajan laħaq is-76 post fil-[[Klassifika dinjija tal-FIFA|klassifika tal-FIFA]], l-agħar post fl-istorja tagħhom. Wara nuqqas ta' żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, huma rritornaw għat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002|Tazza tad-Dinja tal-2002]] b'rebħa fil-''play-off'' interkontinentali kontra l-Awstralja. F'dan it-turnew naqsu li jimpressjonaw fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi, b'telfa kontra d-[[Tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka|Danimarka]] u żewġ dros kontra Franza u s-[[Tim nazzjonali tal-futbol tas-Senegal|Senegal]]. === Il-''Proceso'' (2006–2026) === Wara l-falliment mill-kwalifikazzjoni għat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|Tazza tad-Dinja tal-2006]], [[Óscar Tabárez]] ġie maħtur bħala kowċ tat-tim nazzjonali għat-tieni darba, wara li serva bejn l-1988 u l-1990. Hu ppreżenta dokument intitolat il-"''Proceso de Institucionalización de Selecciones y la Formación de sus Futbolistas''" (Proċess ta' Istituzzjonalizzazzjoni tat-Timijiet Nazzjonali u t-Tkabbir tal-Plejers) li elenka mod korrett kif it-timijiet nazzjonali (miż-żgħar sal-kbar) għandhom jiffuzzjonaw. Dan ix-xogħol wera l-frott bil-kwalifikazzjoni għat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010|Tazza tad-Dinja tal-2010]] b'rebħa fil-''play-off'' kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kosta Rika|Kosta Rika]]. Huma spiċċaw l-ewwel fil-fażi tal-gruppi wara dro kontra Franza u rebħiet kontra l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Afrika t'Isfel|Afrika t'Isfel]] u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku|Messiku]]. Fir-rawnd tal-aħħar sittax għelbu lill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Korea t'Isfel|Korea t'Isfel]] u reħbu lill-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Gana|Gana]] fil-kwarti tal-finali wara l-ħin barrani, f'logħba kontroversjali li rat ''penalty'' mitluf minn [[Asamaoh Gyan]] wara li [[Luis Suárez]] ipprevjena xutt milli jidħol fix-xibka b'idejh.<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/sport2/hi/football/world_cup_2010/8785140.stm |titlu=World Cup 2010: I have hand of God - Uruguay's Suarez |pubblikatur=BBC Sport |data=2010-07-03 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fl-ewwel semifinali tagħhom f'40 sena, huma tilfu 3–2 kontra l-Olanda, u temmew il-kompetizzjoni fir-raba' post wara telfa identika ta' 3–2 kontra l-Ġermanja. == Rekord kompetittiv == === Tazza tad-Dinja === {| class="wikitable" style="text-align: center;" !Sena !Fażi !Pożizzjoni !L !R !D* !T !GF !GK |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|1930]] | '''Rebbieħa''' | '''1''' | '''4''' | '''4''' | '''0''' | '''0''' | '''15''' | '''3''' |- | {{flagicon|Italja|1861}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934|1934]] | colspan=8 rowspan=2|''Irrifjutaw li jipparteċipaw'' |- | {{flagicon|Franza|1794}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930|1938]] |- style="background: gold;" | {{flagicon|Brażil|1889}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950|1950]] | '''Rebbieħa''' | '''1''' | '''4''' | '''3''' | '''1''' | '''0''' | '''15''' | '''5''' |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Żvizzera}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1954|1954]] | '''Ir-raba' post''' | '''4''' | '''5''' | '''3''' | '''0''' | '''2''' | '''16''' | '''9''' |- | {{flagicon|Żvezja}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1958|1958]] | colspan=8|''Ma kkwalifikawx'' |- | {{flagicon|Ċili}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1962|1962]] | Fażi tal-gruppi | 13 | 3 | 1 | 0 | 2 | 4 | 6 |- | {{flagicon|Ingilterra}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1966|1966]] | Kwarti tal-finali | 7 | 4 | 1 | 2 | 1 | 2 | 5 |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Messiku}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1970|1970]] | '''Ir-raba' post''' | '''4''' | '''6''' | '''2''' | '''1''' | '''3''' | '''4''' | '''5''' |- | {{flagicon|Ġermanja tal-Punent}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1974|1974]] | Fażi tal-gruppi | 13 | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 6 |- | {{flagicon|Arġentina}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1978|1978]] | colspan=8 rowspan=2|''Ma kkwalifikawx'' |- | {{flagicon|Spanja}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1982|1982]] |- | {{flagicon|Messiku}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1986|1986]] | rowspan=2|L-aħħar sittax | 16 | 4 | 0 | 2 | 2 | 2 | 8 |- | {{flagicon|Italja}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1990|1990]] | 16 | 4 | 1 | 1 | 2 | 2 | 5 |- | {{flagicon|Stati Uniti}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1994|1994]] | colspan=8 rowspan=2|''Ma kkwalifikawx'' |- | {{flagicon|Franza}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1998|1998]] |- | {{flagicon|Korea t'Isfel|1997}} {{flagicon|Ġappun}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002|2002]] | Fażi tal-gruppi | 26 | 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 |- | {{flagicon|Ġermanja}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006|2006]] | colspan=8|''Ma kkwalifikawx'' |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Afrika t'Isfel}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010|2010]] | '''Ir-raba' post''' | '''4''' | '''7''' | '''3''' | '''2''' | '''2''' | '''11''' | '''8''' |- | {{flagicon|Brażil}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014|2014]] | L-aħħar sittax | 12 | 4 | 2 | 0 | 2 | 4 | 6 |- | {{flagicon|Russja}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018|2018]] | Kwarti tal-finali | 5 | 5 | 4 | 0 | 1 | 7 | 3 |- | {{flagicon|Qatar}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2022|2022]] | colspan=8| |- | {{flagicon|Kanada}} {{flagicon|Messiku}} {{flagicon|Stati Uniti}} [[Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2026|2026]] | colspan=8| |- ! Total ! 2 titli ! 13/21 ! 56 ! 24 ! 12 ! 20 ! 87 ! 74 |} :''* Id-dros jinkludu logħbiet ta' eliminazzjoni diretta li ġew deċiżi bl-[[L-għoti tal-penalties|għoti tal-penalties]].'' === Copa América === {| class="wikitable" style="text-align: center;" !Sena !Fażi !Pożizzjoni !L !R !D* !T !GF !GK |- style="background: gold;" | {{flagicon|Arġentina}} [[Copa América 1916|1916]]|| '''Rebbieħa'''|| '''1''' || '''3''' || '''2''' || '''1''' || '''0''' || '''6''' || '''1''' |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1917|1917]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''3''' || '''3''' || '''0''' || '''0''' || '''9''' || '''0''' |- style="background: silver;" | {{flagicon|Brażil|1889}} [[Copa América 1919|1919]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''3''' || '''2''' || '''1''' || '''0''' || '''7''' || '''4''' |- style="background: gold;" | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1920|1920]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''3''' || '''2''' || '''1''' || '''0''' || '''9''' || '''2''' |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Arġentina|alt}} [[Copa América 1921|1921]]|| It-tielet post || 3 || 3 || 1 || 0 || 2 || 3 || 4 |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Brażil|1889}} [[Copa América 1922|1922]]|| It-tielet post || 3 || 4 || 2 || 1 || 1 || 3 || 1 |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1923|1923]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''3''' || '''3''' || '''0''' || '''0''' || '''6''' || '''1''' |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1924|1924]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''3''' || '''2''' || '''1''' || '''0''' || '''8''' || '''1''' |- | {{flagicon|Arġentina|alt}} [[Copa América 1925|1925]]||colspan=9|''Irtiraw'' |- style="background: gold;" | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1926|1926]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''4''' || '''4''' || '''0''' || '''0''' || '''17''' || '''2''' |- style="background: silver;" | {{flagicon|Perù|1825}} [[Copa América 1927|1927]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''3''' || '''2''' || '''0''' || '''1''' || '''15''' || '''3''' |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Arġentina|alt}} [[Copa América 1929|1929]]|| It-tielet post || 3 || 3 || 1 || 0 || 2 || 4 || 6 |- style="background: gold;" | {{flagicon|Perù|1825}} [[Copa América 1935|1935]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''3''' || '''3''' || '''0''' || '''0''' || '''6''' || '''1''' |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Arġentina|alt}} [[Copa América 1937|1937]]|| It-tielet post || 3 || 5 || 2 || 0 || 3 || 11 || 14 |- style="background: silver;" | {{flagicon|Perù|1825}} [[Copa América 1939|1939]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''4''' || '''3''' || '''0''' || '''1''' || '''13''' || '''5''' |- style="background: silver;" | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1941|1941]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''4''' || '''3''' || '''0''' || '''1''' || '''10''' || '''1''' |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1942|1942]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''6''' || '''6''' || '''0''' || '''0''' || '''21''' || '''2''' |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1945|1945]]|| Ir-raba' post || 4 || 6 || 3 || 0 || 3 || 14 || 6 |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Arġentina}} [[Copa América 1946|1946]]|| Ir-raba' post || 4 || 5 || 2 || 0 || 3 || 11 || 9 |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Ekwador}} [[Copa América 1947|1947]]|| It-tielet post || 3 || 7 || 5 || 0 || 2 || 21 || 8 |- | {{flagicon|Brażil|1889}} [[Copa América 1949|1949]]|| Is-sitt post || 6 || 7 || 2 || 1 || 4 || 14 || 20 |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Perù}} [[Copa América 1953|1953]]|| It-tielet post || 3 || 6 || 3 || 1 || 2 || 15 || 6 |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1955|1955]]|| Ir-raba' post || 4 || 5 || 2 || 1 || 2 || 12 || 12 |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1956|1956]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''5''' || '''4''' || '''1''' || '''0''' || '''9''' || '''3''' |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Perù}} [[Copa América 1957|1957]]|| It-tielet post || 3 || 6 || 4 || 0 || 2 || 15 || 12 |- | {{flagicon|Arġentina|alt}} [[Copa América 1959 (Arġentina)|1959]]|| Is-sitt post || 6 || 6 || 2 || 0 || 4 || 15 || 14 |- style="background: gold;" | {{flagicon|Ekwador}} [[Copa América 1959 (Ekwador)|1959]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''4''' || '''3''' || '''1''' || '''0''' || '''13''' || '''1''' |- | {{flagicon|Bolivja}} [[Copa América 1963|1963]]||colspan=9|''Irtiraw'' |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1967|1967]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''5''' || '''4''' || '''1''' || '''0''' || '''13''' || '''2''' |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Amerika t'Isfel}} [[Copa América 1975|1975]]|| Ir-raba' post || 4 || 2 || 1 || 0 || 1 || 1 || 3 |- | {{flagicon|Amerika t'Isfel}} [[Copa América 1979|1979]]|| Fażi tal-gruppi || 6 || 4 || 1 || 2 || 1 || 5 || 5 |- style="background: gold;" | {{flagicon|Amerika t'Isfel}} [[Copa América 1983|1983]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''8''' || '''5''' || '''2''' || '''1''' || '''12''' || '''6''' |- style="background: gold;" | {{flagicon|ARG}} [[Copa América 1987|1987]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''2''' || '''2''' || '''0''' || '''0''' || '''2''' || '''0''' |- style="background: silver;" | {{flagicon|Brażil}} [[Copa América 1989|1989]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''7''' || '''4''' || '''0''' || '''3''' || '''11''' || '''3''' |- | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 1991|1991]]|| Fażi tal-gruppi || 5 || 4 || 1 || 3 || 0 || 4 || 3 |- | {{flagicon|Ekwador}} [[Copa América 1993|1993]]|| Kwarti tal-finali || 6 || 4 || 1 || 2 || 1 || 5 || 5 |- style="background: gold;" | style="border: 3px solid red"|{{flagicon|Urugwaj}} [[Copa América 1995|1995]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''6''' || '''4''' || '''2''' || '''0''' || '''11''' || '''4''' |- | {{flagicon|Bolivja}} [[Copa América 1997|1997]]|| Fażi tal-gruppi || 9 || 3 || 1 || 0 || 2 || 2 || 2 |- style="background: silver;" | {{flagicon|Paragwaj}} [[Copa América 1999|1999]]|| '''Finalista telliefa''' || '''2''' || '''6''' || '''1''' || '''2''' || '''3''' || '''4''' || '''9''' |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Kolombja}} [[Copa América 2001|2001]]|| Ir-raba' post || 4 || 6 || 2 || 2 || 2 || 7 || 7 |- style="background: #c96;" | {{flagicon|Perù}} [[Copa América 2004|2004]]|| It-tielet post || 3 || 6 || 3 || 2 || 1 || 12 || 10 |- style="background: lemonchiffon;" | {{flagicon|Veneżwela}} [[Copa América 2007|2007]]|| Ir-raba' post || 4 || 6 || 2 || 2 || 2 || 8 || 9 |- style="background: gold;" | {{flagicon|Arġentina}} [[Copa América 2011|2011]]|| '''Rebbieħa''' || '''1''' || '''6''' || '''3''' || '''3''' || '''0''' || '''9''' || '''3''' |- | {{flagicon|Ċili}} [[Copa América 2015|2015]]|| Kwarti tal-finali || 7 || 4 || 1 || 1 || 2 || 2 || 3 |- | {{flagicon|Stati Uniti}} [[Copa América Centenario|2016]]|| Fażi tal-gruppi || 11 || 3 || 1 || 0 || 2 || 4 || 4 |- | {{flagicon|Brażil}} [[Copa América 2019|2019]]|| Kwarti tal-finali || 6 || 4 || 2 || 2 || 0 || 7 || 2 |- | {{flagicon|Brażil}} [[Copa América 2021|2021]]|| Kwarti tal-finali || 5 || 5 || 2 || 2 || 1 || 4 || 2 |- | {{flagicon|Ekwador}} [[Copa América 2024|2024]]||colspan=9|''Ikkwalifikaw'' |- ! Total || 15-il titlu || 45/47 || 205 || 112 || 38 || 55 || 410 || 221 |} == Referenzi == {{Referenzi}} == Ħoloq esterni == * {{lingwi|es}} [https://www.auf.org.uy/mayores/ Sit uffiċjali] {{Timijiet nazzjonali tal-CONMEBOL}} [[Kategorija:Timijiet nazzjonali tal-futbol tal-Amerika t'Isfel|Urugwaj]] [[Kategorija:Futbol fl-Urugwaj]] 053l0ceg9ph32gjmmz7yfivpyoujyut Sheki 0 30002 331202 328176 2026-07-25T15:47:04Z InternetArchiveBot 18288 Rescuing 1 sources and tagging 0 as dead.) #IABot (v2.0.9.5 331202 wikitext text/x-wiki {{Infobox city}} '''Sheki''' (bl-[[Lingwa Ażerbajġana|Ażerbajġani]]: ''Şəki''), magħrufa wkoll bħala Shaki (spelluta wkoll bħala Xeki jew Xaki), hija belt fil-Majjistral tal-[[Ażerbajġan]], imdawwar bid-distrett bl-istess isem. Tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-katina muntanjuża tal-Kawkasi l-Kbar, 240 kilometru (150 mil) mill-[[belt kapitali]] ta' [[Baku]].<ref>{{Ċita web|url=http://www.fallingrain.com/world/AJ/48/Saki.html|titlu=Maps, Weather, and Airports for Saki, Azerbaijan|sit=www.fallingrain.com|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20220322101324/http://www.fallingrain.com/world/AJ/48/Saki.html|arkivju-data=2022-03-22|url-status=dead}}</ref> Mill-2020 għandha popolazzjoni ta' 68,400 ruħ.<ref>{{Ċita web|url=http://sheki-ih.gov.az/az/page/12.html|titlu=Əhalisi {{!}} Azərbaycan Respublikası Şəki şəhər İcra Hakimiyyəti|sit=sheki-ih.gov.az|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Iċ-ċentru tal-belt u l-Palazz tal-Khan ta' Sheki tniżżlu fil-lista tas-[[Sit ta' Wirt Dinji|Siti ta' Wirt Dinji]] tal-[[UNESCO]] fl-2019 minħabba l-arkitettura unika u l-istorja tas-sit bħala ċentru kummerċjali importanti tul it-Toroq tal-Ħarir.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://whc.unesco.org/en/list/1549/|titlu=Historic Centre of Sheki with the Khan&rsquo;s Palace|kunjom=Centre|isem=UNESCO World Heritage|sit=UNESCO World Heritage Centre|lingwa=en|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> == [[Etimoloġija]] == Skont l-istoriċi tal-Ażerbajġan, isem il-belt imur lura għal isem is-Saka, li waslu fit-territorju modern tal-Ażerbajġan fis-seklu 7 [[Ante Christum natum|Q.K]]. u għexu hemmhekk għal diversi sekli.<ref>{{Ċita web|url=http://narinqala.com/?lang=eng|titlu=Narin Qala|data=2011-07-09|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110709205500/http://narinqala.com/?lang=eng|arkivju-data=2011-07-09|url-status=bot: unknown}}</ref> Skont sorsi [[Medjuevu|Medjevali]], isem il-belt jingħata b'diversi forom, fosthom Sheke, Sheki, Shaka, Shakki, Shakne, Shaken, Shakkan u Shekin.<ref>{{Ċita web|url=http://ensiklopediya.gov.az/az/terms/20207/cild/12|titlu=AZƏRBAYCAN MİLLİ ENSİKLOPEDİYASI|sit=ensiklopediya.gov.az|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Il-belt kienet magħrufa wkoll bħala ''Nukha'' (bl-Ażerbajġani: ''Nuxa''; bir-[[Lingwa Russa|Russu]]: ''Нуха'') sal-1968. == Storja == === Żmien il-qedem === Hemm traċċi ta' insedjamenti fuq skala kbira f'Sheki li jmorru lura għal iktar minn 2,700 sena ilu. Is-Saka kienu poplu [[Iran|Iranjan]] li kien jimraħ min-naħa tat-Tramuntana tal-[[Baħar Iswed]] mill-passaġġ ta' Derbend san-Nofsinhar tal-Kawkasi u minn hem sal-[[Asja]] Minuri fis-seklu 7 Q.K. Huma okkupaw għadd kbir ta' artijiet għammiela fin-Nofsinhar tal-Kawkasi f'żona msejħa Sakasena. Il-belt ta' Sheki kienet waħda miż-żoni okkupati mis-Saka. L-insedjament oriġinali jmur lura għal Żmien il-Bronż Aħħari. Sheki ġiet stabbilita fis-seklu 8 Q.K. u kienet waħda mill-ikbar bliet tal-istati [[Albanija|Albaniżi]] tal-Kawkasi fis-seklu 1.<ref>{{Ċita web|url=https://drevlit.ru/texts/k/kerim_text.php|titlu=КЕРИМ АГА ФАТЕХ. КРАТКАЯ ИСТОРИЯ ШЕКИНСКИХ ХАНОВ. DrevLit.Ru - библиотека древних рукописей|sit=drevlit.ru|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Ir-renju ta' Sheki kien maqsum fi 11-il provinċja amministrattiva. It-tempju prinċipali tal-Albaniżi tal-qedem kien jinsab hemmhekk. L-Albaniżi adottaw il-[[Kristjaneżmu]] fi stadju bikri mill-[[Armenja|Armeni]], u l-influwenza [[Kultura|kulturali]] u [[Reliġjon|reliġjuża]] ssaħħet sew f'Sheki. Bis-saħħa tal-iskavi [[Arkeoloġija|arkeoloġiċi]] li saru fl-1902 fil-villaġġ ta' Boyuk-Dakhna fir-reġjun ta' Sheki, ġew skoperti diversi prodotti taċ-ċeramika u lapida tal-ġebel li jmorru lura għas-seklu 2 [[WK|W.K]]. b'kitbiet imnaqqxa bil-[[Lingwa Griega|Grieg]].<ref>{{Ċita web|url=https://iranicaonline.org/|titlu=Welcome to Encyclopaedia Iranica|kunjom=Foundation|isem=Encyclopaedia Iranica|sit=iranicaonline.org|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Sheki kienet waħda mill-bliet [[Politika|politiċi]] u ekonomiċi importanti qabel l-invażjoni tal-[[Għarab]].<ref>Буниятов, З. (1965). ''Азербайджан в VII-IX вв''. Баку: Изд-во АН Азербайджанской ССР. (bir-Russu).</ref> Iżda wara l-invażjoni fis-654, Sheki ġiet annessa mat-tielet emirat ta' Arminiya. Mas-seklu 9, meta l-kaliffat Għarbi kien dgħajjef, Sheki ngħaqdet ma' Kambisen u tmexxiet mill-prinċpijiet [[Smbateani]] Armeni bħala parti mill-prinċipat indipendenti ta' Sheki jew Hereti, vassall tar-renju [[Bagratidi|Bagratida]] Armen. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni kellha oriġini Armena u kienet titkellem bl-[[Lingwa Armena|Armen]].<ref>{{Ċita web|url=https://iranicaonline.org/|titlu=Welcome to Encyclopaedia Iranica|kunjom=Foundation|isem=Encyclopaedia Iranica|sit=iranicaonline.org|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> L-ewwel prinċep Armen ta' Sheki kien [[Sahl Smbatean]], li rrenja b'awtonomija relattiva mill-Kaliffat tal-[[Abbasidi]].<ref>{{Ċita enċiklopedija|kunjom1=Minorsky|isem1=V.|kunjom2=Bosworth|isem2=C. E.|titlu=S̲h̲akkī|url=https://referenceworks.brillonline.com/entries/encyclopaedia-of-islam-2/shakki-SIM_6788?s.num=111&s.rows=50&s.start=80|data-aċċess=2023-04-11|lingwa=en|data=2012-04-24|pubblikatur=Brill}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://iranicaonline.org/|titlu=Welcome to Encyclopaedia Iranica|kunjom=Foundation|isem=Encyclopaedia Iranica|sit=iranicaonline.org|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Sas-seklu 10, il-ġeografu Għarbi [[Ibn Haukal]] isemmi li Sheki kienet immexxija mill-prinċep Armen [[Ishkhanik]]. Mill-1038 sal-1105, id-dinastija Armen Kiurikian mexxiet lil Sheki bħala parti mir-Renju ta' Kakheti-Hereti.<ref>Hewsen, Robert H. (2001). ''Armenia: A Historical Atlas''. Chicago: University of Chicago Press. p. 114. ISBN <bdi>0-226-33228-4</bdi>.</ref> Fl-1117 ir-reġjun inħataf mill-armata tar-re [[David IV]] mill-[[Ġeorġja|Georgia]].<ref>Musxelišvili, Davitʻ (1982). ''Из исторической географии восточной Грузии: Шаки и Гогарена'' (bir-Russu). Тбилиси: Изд-во "Мецниереба".</ref> Il-belt ġiet immexxija wkoll mill-[[Atabegi]] tal-Ażerbajġan u mill-Imperu Kwarażmjan, qabel l-invażjoni tal-[[Mongolja|Mongoli]]. === Era fewdali === [[File:Sheki_dvoretc_rospisi_az.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Sheki_dvoretc_rospisi_az.jpg|xellug|daqsminuri|Minjatura ta' xena ta' battalja mal-ħajt tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki.]] Fis-sekli 13 u 14, it-territorju tad-distrett attwali ta' Sheki kien parti mill-istat tax-Shirvanshah. Il-ġestjoni ta' Sheki ġiet inkarigata lil iben Rashid al-Din Hamadani – Jalat.<ref>{{Ċita web|url=https://iranicaonline.org/|titlu=Welcome to Encyclopaedia Iranica|kunjom=Foundation|isem=Encyclopaedia Iranica|sit=iranicaonline.org|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Fis-snin 30 tas-seklu 14, it-tribù lokali tal-Oirat ħadu l-poter f'idejhom. Wara l-waqgħa tal-Khan ta' Hulagu fl-ewwel nofs tas-seklu 14, Sheki kisbet l-indipendenza taħt it-tmexxija ta' Sidi Ahmed Orlat.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Swietochowski|isem=Tadeusz|kunjom2=Collins|isem2=Brian C.|data=1999|titlu=Historical Dictionary of Azerbaijan|url=https://books.google.com/books?id=yjIZ6ymyNO8C&dq=%22orlat+dynasty%22&pg=PA117|lingwa=en|iktar=|pubblikatur=Scarecrow Press}}</ref> Fl-1392, Emir Timur ħakem lil Sheki, u l-mexxej ta' Sheki ta' dak iż-żmien, Seyid Ali, inqatel. Iben Seyid Ali, Seyid Ahmed, li kiseb il-poter, flimkien max-Shirvanshah Ibrahim I Derbendi, akkumpanjaw lil Timur fit-tielet kampanja militari tiegħu kontra l-Ażerbajġan fl-1399.<ref>{{Ċita web|url=http://lib.bbu.edu.az/files/book/345.pdf|titlu=L-Istorja tal-Ażerbajġan.|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210108164828/http://lib.bbu.edu.az/files/book/345.pdf|arkivju-data=2021-01-08|url-status=dead}}</ref><ref>{{Ċita rivista|kunjom1=Uljaeva|isem1=Shohistahon|titlu=Амир Темур в истории Азербайджана.|url=https://www.academia.edu/4296651/%D0%90%D0%BC%D0%B8%D1%80_%D0%A2%D0%B5%D0%BC%D1%83%D1%80_%D0%B2_%D0%B8%D1%81%D1%82%D0%BE%D1%80%D0%B8%D0%B8_%D0%90%D0%B7%D0%B5%D1%80%D0%B1%D0%B0%D0%B9%D0%B4%D0%B6%D0%B0%D0%BD%D0%B0|rivista=}}</ref> Fl-1444, Sheki, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Nukhi, kienet immexxija minn familja [[Iżlam|Musulmana]] ta' oriġini Armena. Ir-renju tagħha dam sal-1551 biss.<ref>Hewsen, Robert H. (2001). ''Armenia: A Historical Atlas''. Chicago: University of Chicago Press. p. 154. ISBN <bdi>0-226-33228-4</bdi>.</ref> Fil-bidu tas-seklu 16, ir-Re tas-[[Safavidi]] Ismail I (li rrenja fl-1501-1524) ħakem l-inħawi, iżda r-raħal baqa' jiġi ggvernat mill-mexxejja ereditarji tiegħu taħt is-Safavidi.<ref>Nasiri, Ali Naqi; Floor, Willem M. (2008). ''Titles and Emoluments in Safavid Iran: A Third Manual of Safavid Administration''. Mage Publishers. p. 279. ISBN <bdi>978-1933823232</bdi>.</ref> Iben Ismail u s-suċċessur tiegħu Shah Tahmasp (li rrenja fl-1524-1576) temm din it-tmexxija ereditarja, u fl-1551 huwa ħatar l-ewwel gvernatur tal-Qizilbash biex imexxi r-raħal. It-territorju ġie anness mad-dinastija tas-Safavidi bħala l-''beylerbey'' indipendenti ta' Sheki mmexxi minn Toygun-bey Qajar.<ref>{{Ċita web|url=https://varandej.livejournal.com/1051001.html|titlu=Шеки (Нуха). Часть 1: Новый город и общий колорит|kunjom=var|kunjom2=ejwrote|kunjom3=var|kunjom4=Var|isem4=Ej|kunjom5=ej|sit=varandej.livejournal.com|lingwa=en-us|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20210109173638/https://varandej.livejournal.com/1051001.html|arkivju-data=2021-01-09|url-status=dead}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://lib.aliyev-heritage.org/ru/75513792.html|titlu=Welcome to Heydar Aliyevs Heritage Research Center|sit=lib.aliyev-heritage.org|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> It-tmexxija tas-Safavidi ġiet interrotta għal żmien qasir darbtejn mill-[[Imperu Ottoman|Ottomani]] bejn l-1578 u l-1603 u fl-1724-1735. Fl-1734-1735 kien hemm rewwixta tal-foqra kontra l-politika ta' Nadir Shah fil-villaġġ ta' Bilecik (Sheki). Fl-1741, kien hemm rewwixta oħra kontra l-mexxej lokali, Melik Najaf. Maħtur minn Nadir Shah, Haji Chelebi, li sostna li kellu dixxendenza ereditarja mill-mexxejja Musulmani-Armeni tal-provinċja, ħabbar l-istabbiliment tal-Khanat indipendenti ta' Sheki fl-1743. Malli sema' dan, Nadir Shah Afshar bagħat l-armata tiegħu lejn Sheki. Haji Chelebi fittex il-kenn fil-fortizza ta' Gelesen-Geresen. Fl-1746, Haji Celebi ġie mġiegħel jirrikonoxxi l-awtorità ta' Nadir Shah. Madankollu, rewwixti ġodda u l-[[mewt]] ta' Nadir Shah ippermettew lil Haji Chelebi jerġa' jiddikjara lilu nnifsu bħala l-Khan.<ref>{{Ċita web|url=http://zerrspiegel.orientphil.uni-halle.de/t1154.html|titlu=Zerrspiegel|data=2007-01-27|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20070127171633/http://zerrspiegel.orientphil.uni-halle.de/t1154.html|arkivju-data=2007-01-27|url-status=dead}}</ref> Matul l-eżistenza tal-khanat ta' Sheki, il-popolazzjoni lokali kienet involuta fl-[[Artiġjan|artiġjanat]] u fis-[[sengħa]] tat-tnissil tad-dud tal-ħarir.<ref>{{Ċita web|url=http://aze.info/sheki_more_details/|titlu=Sheki, Shaki,, history, travel to Azerbaijan, travelling to Azerbaijan, Azerbaijan tours, travel agency Azerbaijan, Azeri, Baku, Ganca, Silk Road tours|data=2011-07-21|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110721185403/http://aze.info/sheki_more_details/|arkivju-data=2011-07-21|url-status=bot: unknown}}</ref> Minħabba għargħar tax-xmara Kish, il-belt ta' Sheki nqerdet parzjalment u l-popolazzjoni marret tgħix fejn tinsab il-belt attwalment.<ref>{{Ċita web|url=http://azer.com/aiweb/categories/magazine/62_folder/62_articles/62_shaki.html|titlu=Shaki|sit=azer.com|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> B'alleanza ma' Shamakhi Khan, fl-1748 Haji Chelebi pprova jassedja l-fortizza ta' Bayat. It-telfa fil-battalja ta' Bayat, li damet għaddejja xahar sħiħ, kienet problema serja għall-alleati. Is-sultanati ta' Jaro-Balakan Jamaat, Qabala u Ares kienu jiddependu fuq il-khanat ta' Sheki.<ref>{{Ċita web|url=https://lib.aliyev-heritage.org/ru/14094402.html|titlu=Welcome to Heydar Aliyevs Heritage Research Center|sit=lib.aliyev-heritage.org|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Fl-1751, Haji Chelebi rebaħ kontra l-armata tar-Re ta' Kakheti [[Erakliju II]]. Fuq inizjattiva ta' Erakliju II, tħejjiet konfoffa politika tar-Renju ta' Kakheti u tal-khanati ta' Karabakh, Ganja, Irevan, Nakhichevan u Karadag kontra l-khanat ta' Sheki. Fl-1752, fl-inħawi ta' Kyzylgaya, it-truppi tal-[[Ġeorġja|Georgia]] qabdu u attakkaw il-khanati u l-khan inqabdu. Haji Celebi stess rebaħ kontra l-armata tal-Georgia fil-battalja qrib Ganja u ġie jagħti palata lill-khan. L-armata tal-khanat ta' Sheki ħakmet lil Gazakh u lil Borchali.<ref>Левиатов, В. (1948). ''Очерки из истории Азербайджана в XVIII веке''. Изд-во АН Азербайджанской ССР. (bir-Russu).</ref> Fl-1767, il-parti tal-Punent tal-khanat ta' Shamakhi ġiet annessa mal-khanat ta' Sheki. Fl-1785, il-khanat ta' Sheki beda jiddependi fuq il-khanat ta' Guba. Madankollu, din is-sitwazzjoni ma damitx wisq: wara l-mewt tal-khan ta' Guba, Fatali, il-khanat ta' Sheki reġa' kiseb l-indipendenza tiegħu.<ref>{{Ċita web|url=https://heydar-aliyev-foundation.org/uploads/pdfviewers/pdfviewer_332/files/assets/basic-html/page-19.html|titlu=Storja|sit=heydar-aliyev-foundation.org|data-aċċess=2023-04-11}}</ref><ref>Абдуллаев, Г. (1958). ''Из истории Северо-Восточного Азербайджана в 60-80-х гг. XVIII в''. Изд-во АН Азербайджанской ССР. (bir-Russu).</ref> Matul ir-renju tal-khan ta' Selim, it-territorju tal-khanat ġie maqsum kundizzjonalment fi tmien ''magal'', li kienu mmexxija min-''naib'' li nħatru direttament mill-khan innifsu. Fil-21 ta' Mejju 1805, it-Trattat ta' Kyurekchay ġie ffirmat bejn ir-Russja u l-khanat ta' Sheki. Il-kundizzjoni prinċipali tat-trattat kienet l-annessjoni tal-khanat ta' Sheki mar-[[Russja]]. Fl-1806, l-armata Russa daħlet f'Sheki. Il-khan ta' Selim tneħħa mill-karigi tal-poter u nħoloq bord temporanju ta' ''bek'' Pro-Russi.<ref>Мустафаев, Дж. (1989). ''Северные ханства Азербайджана и Россия: конец XVIII-начало XIX века''. «Элм». (bir-Russu).</ref> === Era moderna === [[Stampa:Façade of Khan's Palace of Shaki.JPG|daqsminuri|Dettall tal-faċċata tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki.]] Iż-żona ġiet annessa għalkollox mar-Russja permezz tat-Trattat ta' Gulistan fl-1813 u l-khanat ġie abolit fl-1819. Minfloku ġiet stabbilita l-provinċja ta' Sheki. Din il-provinċja ġiet imwaħħda mal-provinċji ta' Shemakha, Baku, Susha, Lankaran, Derbent u Kuban fl-1840 u nħolqot l-Oblast tal-Kaspju. Fl-istess żmien Sheki bdiet tissejjaħ Nukha. L-Oblast ġiet xolta fl-1846 u saret iċ-ċentru tar-raion tal-Governorat ta' Shemakha. Wara t-terremot f'Shemakha fl-1859, il-governorat sar il-Governorat ta' Baku. Fid-19 ta' Frar 1868, ir-raion ta' Nukha għadda għand il-Governorat il-ġdid ta' Elizavetpol bħala n-Nukha uezd. Wara l-istabbiliment tal-Unjoni Sovjetika, kienet iċ-ċentru tar-raion ta' Nukha. Dan ġie abolit fl-4 ta' Jannar 1963 u twaħħad ma' dak ta' Vartashen. Dak ta' Nukha reġa' ġie stabbilit fl-1965 u finalment il-belt u r-raion reġgħu ngħataw l-isem tradizzjonali ta' Sheki fl-1968. [[Stampa:Sheki khan palace main façade.jpg|daqsminuri|Il-faċċata prinċipali tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki.]] Matul l-istorja tagħha, il-belt għaddiet minn devastazzjoni bosta drabi u minħabba f'hekk, l-eqdem monumenti storiċi u arkitettoniċi ppreservati attwalment imorru lura għas-sekli 16-19 biss. Għal ħafna sekli, Sheki kellha komunità Armena kbira u kienet famuża bħala ċ-ċentru tat-tnissil tad-dud tal-ħarir u tal-produzzjoni lokali tal-ħarir. Oriġinarjament kienet tinsab max-xatt tax-xellug tax-xmara Kish, iktar 'l isfel fl-għolja, madankollu Sheki tressqet fejn tinsab attwalment wara għargħar devastanti li seħħ fl-1772 u saret il-belt kapitali tal-Khanat ta' Sheki. Peress li l-pożizzjoni l-ġdida kienet qrib il-villaġġ ta' Nukha, il-belt ukoll saret magħrufa b'dak l-isem sal-1968, meta mbagħad reġgħet bdiet tissejjaħ Sheki. Fl-1829 infetħet il-fabbrika ta' Khanabad f'Sheki. Il-prodotti tal-fabbrika tal-għażil tal-ħarir ta' Nukha, li nfetħet fl-1861, ingħataw medalja f'[[Londra]] fl-1862. Ir-rewwixta ta' Sheki tal-1838 kellha impatt fuq ir-riformi amministrattivi, ġudizzjarji u agrarji tas-snin 40 tas-seklu 19. Fl-1917 il-bliet Sovjetiċi tal-ħaddiema ġew iffurmati f'għadd ta' bliet tal-Ażerbajġan, inkluż Sheki. F'Mejju 1920, il-poter Sovjetiku ġie stabbilit f'Sheki, kif ukoll fi bliet oħra tal-Ażerbajġan. Fl-1930 faqqgħet rewwixta kontra l-politika tal-ġbir kollettiv fir-Repubblika Sovjetika tal-Ażerbajġan fil-villaġġ ta' Bash Goynyuk fid-distrett ta' Sheki u r-reġim Sovjetiku ġie abolit. Wara ftit daħlu l-unitajiet tal-Armata Ħamra fil-belt u r-ribelli ġew ġustizzjati.<ref>{{Ċita web|url=https://a-r.az/ru/page/95|titlu=Северный Азербайджан в период советской власти (1920-1991)|sit=a-r.az|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> === Era Repubblikana === B'ittra mill-President tal-Kunsill tal-Belt ta' [[Kjoto]], [[Daisaku Kadokawa]], tat-8 ta' Diċembru 2008, Sheki saret membru tal-Lega tal-Bliet Storiċi Dinjin. Sheki saret membru uffiċjalment wara l-laqgħa tal-Bord tal-Lega tal-Bliet Storiċi Dinjin f'Ottubru 2008. Ġew identifikati x-xogħlijiet li kellhom isiru fil-qasam tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni. Flimkien mal-Awtorità Eżekuttiva tal-Belt ta' Sheki u l-Kumitat tal-Urbanizzazzjoni Arkitettonika, tħejja l-Pjan Ġenerali tal-Belt ta' Sheki. Skont il-Pjan Ġenerali, tħejjiet l-implimentazzjoni ta' għadd ta' proġetti tal-infrastruttura, kif ukoll it-tkabbir tal-belt lejn il-Punent, bl-inklużjoni tal-belt ta' Oxud u l-villaġġi ta' İncə, Kish u Qoxmuq f'Sheki. == Sit ta' Wirt Dinji == Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.<ref name=":0" /> Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-'''kriterju (ii)''' "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-'''kriterju (v)''' "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".<ref name=":0" /> == Ġeografija == Sheki hija mdawra bil-qċaċet miksijin borra tal-Kawkasi l-Kbar, li f'xi postijiet ilaħħqu t-3,00-3,600 metru. Il-klima ta' Sheki tinkludi firxa ta' ċikluni u antiċikluni, mases tal-arja u rjieħ lokali. It-temperatura annwali medja f'Sheki tkun 12 °C. F'Ġunju u f'Awwissu, it-temperatura medja tvarja bejn 20 u 25 °C. Il-foresti muntanjużi fl-inħawi jipprevjenu l-għargħar fil-belt u s-sħana eċċessiva tal-inħawi matul is-sajf. Ix-xmajjar prinċipali tal-belt huma x-xmajjar Kish u Gurjhana. Matul it-tmexxija Sovjetika tal-Ażerbajġan, bosta kienu jżuru Sheki biex jgħumu fil-fawwariet minerali prestiġjużi tal-belt. == Demografija == Skont il-pubblikazzjoni tal-1917 tal-''Kalendarju tal-Kawkasi'', Sheki, li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala Nukha, kellha popolazzjoni ta' 52,243 ruħ fl-1916, inkluż 33,813-il Musulman Sunniti (64.7 %), 9,588 Musulman Xiiti (18.4 %), u 8,009 Armen (15.3 %).<ref>''Кавказский календарь на 1917 год'' [''Caucasian calendar for 1917''] (in Russian) (72nd ed.). Tiflis: Tipografiya kantselyarii Ye.I.V. na Kavkaze, kazenny dom. 1917. pp. 190–197.</ref> [[File:Sheki - Kish, Kirche aus dem 7. Jahrhundert, 2012-2.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Sheki - Kish, Kirche aus dem 7. Jahrhundert, 2012-2.jpg|daqsminuri|267x267px|Il-Knisja ta' Kish f'Sheki.]] Il-popolazzjoni attwali ta' Sheki taqbeż il-1,741,000 ruħ. Il-popolazzjoni rurali hi ta' 1,057,000 ruħ, filwaqt li l-popolazzjoni urbana hi ta' 669,000 ruħ. Id-densità tal-popolazzjoni hi ta' 72 ruħ kull kilometru kwadru. Mill-popolazzjoni totali, 864,000 ruħ jew 49.6 % huma rġiel, filwaqt li 877,000 ruħ jew 50.4 % huma nisa. 38.4 % tal-popolazzjoni jgħixu fil-belt u 61.6 % jgħixu fil-villaġġi. === Reliġjon === Sheki tospita għadd ta' knejjes Albaniżi antiki tal-Kawkasi. Ir-reliġjon hija ferm importanti għall-poplu ta' Sheki minħabba d-diversità reliġjuża storika tagħha. Hemm bosta knejjes u moskej fil-belt. Huwa maħsub li xi knejjes bħall-Knisja ta' Kish f'Sheki għandhom madwar 1,500 sena.<ref>{{Ċita web|url=http://azer.com/aiweb/categories/magazine/84_folder/84_articles/84_kish.html|titlu=8.4 The Kish Church - Digging Up History - An Interview with J. Bjornar Storfjell|sit=azer.com|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> Il-Moskea tal-Khan, il-Moskea ta' Omar Efendi u l-Minaret ta' Gileili jitqiesu bħala postijiet importanti ta' qima fil-belt.<ref>{{Ċita web|url=http://azerbaijan24.com/cities/city/5-Sheki.html|titlu=Sheki|data=2010-12-13|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20101213025018/http://azerbaijan24.com/cities/city/5-Sheki.html|arkivju-data=2010-12-13|url-status=dead}}</ref> == Ekonomija == Fl-1850-1870, Sheki saret ċentru internazzjonali tal-produzzjoni tal-ħarir. Iktar minn 200 kumpanija Ewropea fetħu l-uffiċċji tagħhom fil-belt, u kull sena kienu jinbigħu d-dud tal-ħarir b'valur kumplessiv ta' 3 miljun rubli. Sheki għad għandha industrija żgħira tal-ħarir u tiddependi fuq is-settur agrikolu tagħha, li jipproduċi t-tabakk, l-għeneb, il-bhejjem tal-ifrat, il-lewż, iċ-ċereali u l-ħalib. Il-faċilitajiet prinċipali ta' Sheki huma l-fabbrika tal-ħarir, l-impjant tal-gass, il-fabbrika tal-brikks, il-fabbrika tal-inbid, il-fabbrika taz-zalzett, il-fabbrika tal-ikel tal-bott, u impjant tal-prodotti tal-ħalib b'azjenda agrikola integrata fuq skala kbira tal-produzzjoni tal-prodott tal-ħalib magħrufa bħala Pedigree Dairy Farm.<ref>{{Ċita web|url=http://www.visions.az/history,53/|titlu=The Great Silk Road and trade between the Caspian and Europe|sit=www.visions.az|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> === Turiżmu u kummerċ === Fl-2010, Sheki laqgħet madwar 15,000 turist barrani mid-dinja kollha.<ref>{{Ċita web|url=https://1news.az/news/20110713115306893-Zaregistrirovano-uvelichenie-turisticheskogo-potoka-v-SHekinskii-raion|titlu=Зарегистрировано увеличение туристического потока в Шекинский район|sit=1news.az|lingwa=ru|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> == Kultura == Sheki għandha fost l-ikbar densitajiet ta' riżorsi kulturali u [[Monument|monumenti]] li jinkludu 2,700 sena ta' storja tal-Ażerbajġan. Il-belt għandha bosta djar bis-soqfa ħomor. Fil-kultura popolari, x'aktarx li l-iżjed karatteristika famuża taċ-ċittadini ta' Sheki hi li jafu jieħdu ċajta u l-ġrajjiet komiċi tagħhom. Eroj tal-ġrajjiet komiċi ta' Sheki hu ''Hacı dayı'' (iz-Ziju Haji) li jissemma kważi fiċ-ċajt kollu tal-inħawi.<ref>{{Ċita web|url=http://gundelik-baku.com/index.php?newsid=603|titlu=Təhsilimizin Hacı dayısı... » Gundelik-Baku.com|data=2011-07-11|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110711133503/http://gundelik-baku.com/index.php?newsid=603|arkivju-data=2011-07-11|url-status=bot: unknown}}</ref><ref>{{Ċita aħbar|kunjom=İsmayıllı|isem=Sevda|data=2009-04-01|titlu=Novella Cəfəroğlu: «Referendumdan sonra elə gülürəm…»|url=https://www.azadliq.org/a/1565953.html|lingwa=az|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> Sheki dejjem kellha rwol ċentrali fl-arti tal-Ażerbajġan u b'mod iktar ġenerali fl-arti u fl-arkitettura tal-Ażerbajġan. Ir-reċta ta' Brecht ''The Caucasian Chalk Circle'' hija ambjentata fil-belt għalkemm bl-isem ta' Nukha.<ref>{{Ċita web|url=https://www.bostonglobe.com/arts/theater-art/2013/07/16/apollinaire-theatre-draws-heartfelt-caucasian-chalk-circle/Uvx0ii9vAwCg99wU84aJmJ/story.html|titlu=On Chelsea waterfront, a moving story of motherhood - The Boston Globe|kunjom=Correspondent|isem=Jeffrey Gantz Globe|kunjom2=July 16|kunjom3=2013|kunjom4=Comments|isem4=6:00 p m Share on Facebook Share on TwitterView|sit=BostonGlobe.com|lingwa=en-US|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> Fit-tieni nofs tas-seklu 19, Nukha kienet ikklassifikata fit-tieni post bħala kummerċ u żvilupp industrijali. B'hekk inħolqu tipi ġodda ta' skejjel tal-belt u tal-kontea.<ref>{{Ċita web|url=https://lib.aliyev-heritage.org/ru/2541517.html|titlu=Welcome to Heydar Aliyevs Heritage Research Center|sit=lib.aliyev-heritage.org|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 97 tal-Kunsill tal-Ministri tal-SSR tal-Ażerbajġan tas-6 ta' Marzu 1968, iż-żona ta' "Yukhary Bash" f'Nukha ġiet iddikjarata bħala riżerva arkitettonika. Fl-1975 tlestiet il-kostruzzjoni tat-teatru ta' Sheki. Fl-1983 infetaħ il-Mużew tal-Artiġjanat ta' Sheki.<ref>Саламзаде, А. Р.; Исмаилов, А. И.; Мамед-заде, К. М. (1988). ''Шеки. Историко-архитектурный очерк / Под ред. М. А. Усейнова''. Элм.</ref><ref>{{Ċita web|url=https://issuu.com/kitabxana/docs/tahirova_afaq-30_iyul_2014|titlu=История города Шеки - Афаг ТАИРОВА by kitabxana - Issuu|sit=issuu.com|lingwa=en|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> === Arkitettura === [[Stampa:Baştağ in Khan's Palace of Shaki.JPG|daqsminuri|Il-''Baştağ'' tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki.]] L-arkitettura f'Sheki ssawret l-iktar mill-istorja tal-belt stess. Tmur lura għal żmien meta kienet ċentru kummerċjali bis-swieq tul it-Toroq tal-Ħarir, fejn kienet tikkollega Dagestan, ir-Russja mat-toroq kummerċjali tat-Tramuntana permezz tal-Kawkasi.<ref>{{Ċita web|url=http://teas.eu/news-cnn-stops-shaki-city-silk-road|titlu=CNN stops at Shaki City on the Silk Road {{!}} The European Azerbaijan Society|data=2014-11-13|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20141113084329/http://teas.eu/news-cnn-stops-shaki-city-silk-road|arkivju-data=2014-11-13|url-status=dead}}</ref> Il-[[Pjazza|pjazez]] miftuħa ċentrali u prinċipali tal-belt huma ddominati minn żewġ torrijiet Sovjetiċi. Bosta postijiet pubbliċi u djar privati f'Sheki huma mżejna bix-''shebeke'', tiżjin bl-[[injam]] u l-[[ħġieġ]] ikkulurit, miżmuma ma' xulxin mingħajr il-kolla jew l-imsiemer. It-teknika hija kumplessa u magħrufa biss fost ftit [[Artiġjan|artiġjani]] li jgħaddu din is-[[sengħa]] minn ġenerazzjoni għal oħra.<ref>{{Ċita web|url=http://www.visions.az/art,534/|titlu=Stained Glass|sit=www.visions.az|data-aċċess=2023-04-12}}</ref> Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki, li kien residenza tas-sajf tal-Khan ta' Sheki, għadu wieħed mill-iżjed attrazzjonijiet importanti ta' Sheki. Inbena fl-1762 mingħajr l-użu tal-imsiemer u huwa wieħed mill-isbaħ monumenti ta' dik l-epoka. Fi ħdan il-palazz hemm għall-wiri artefatti ta' żmien il-khanat tal-Ażerbajġan, kif ukoll wirjiet tax-xena artistika, li jitqies fost l-ifjen fid-dinja.<ref>{{Ċita web|url=http://www.azerembassy-kuwait.org/index.php?option=com_content&view=article&id=124&Itemid=23|titlu=GENERAL INFORMATION ON AZERBAIJANI CULTURE|data=2011-07-25|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110725025410/http://www.azerembassy-kuwait.org/index.php?option=com_content&view=article&id=124&Itemid=23|arkivju-data=2011-07-25|url-status=bot: unknown}}</ref><ref>Gink, Kalory (1979). ''Azerbaijan: Mosques, Turrets, Palaces''. Corvina-Kiado. pp. 60–61.</ref> Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki flimkien mal-Palazz tal-Khan tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2019 matul it-43 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji.<ref name=":0" /> Il-Kastell ta' Sheki nbena mill-fundatur tal-Khanat ta' Sheki Haji Chelebi Khan (1743-1755) qrib il-villaġġ ta' Nukha fl-għoljiet tan-Nofsinhar tal-Kawkasi. Is-swar tal-fortizza huma twal kważi 1,200 metru u ħoxnin iktar minn żewġ metri.<ref>Mammadov, Farid (1994). ''Azerbaijan: Fortresses-Castles''. Iterturan Inc. pp. 195–201.</ref> Protetta b'għadd ta' bastjuni, wieħed jaċċessa l-fortizza minn waħda miż-żewġ daħliet prinċipali mit-Tramuntana u min-Nofsinhar. Fl-eqqel żmien tal-khanat, il-fortizza kienet tħaddan kumpless ta' palazz u strutturi pubbliċi u kummerċjali tal-belt, filwaqt li l-kwartier residenzjali kien jinsab 'il barra mis-swar. Il-fortizza ġiet irrestawrata b'mod estensiv bejn l-1958 u l-1963.<ref>{{Ċita web|url=http://archnet.org/library/sites/one-site.jsp?site_id=11261|titlu=Fortress and Summer Residence of the Khans of Sheki|data=2010-12-14|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20101214025814/http://archnet.org/library/sites/one-site.jsp?site_id=11261|arkivju-data=2010-12-14|url-status=dead}}</ref> Għal bosta snin il-fortizza ta' Sheki ssalvagwardjat l-aċċessi għall-belt u l-atti ta' qlubija tad-difensuri tal-belt kontra l-oppressjonijiet tal-għedewwa barranin ġew deskritti f'bosta kotba tal-istorja. Ir-rumanz magħruf ta' [[Leo Tolstoy]], Hadji Murat, huwa ambjentat fil-fortizza ta' Sheki. === Attrazzjonijiet === # Il-fortizza (is-seklu 19); # il-Moskea tal-Khan ta' Sheki (is-seklu 18); # il-Karavanseraj ta' fuq (is-seklu 18); # il-Karavanseraj t'isfel (is-[[seklu 17]]); # id-Dar tal-Khan ta' Sheki (is-seklu 18); # il-Minaret u l-Moskea ta' Gileyli (is-seklu 18); # il-Minaret u l-Moskea ta' Godak (is-seklu 19); # il-Moskea tal-Ġimgħa (is-seklu 19); # il-Moskea ta' Omar Efendi (is-seklu 19); # il-Moskea ta' "Kyshlak" (is-seklu 19); # il-Banjijiet ta' taħt l-art (is-seklu 19); # il-Banjijiet ta' "Aguanlar" (is-seklu 19); # il-Banjijiet ta' "Kyshlak" (is-seklu 19); # il-Banjijiet ta' Dara (is-seklu 19); # it-Tempju Tond (is-seklu 19); # il-Pont tax-xmara Gurjanachai (is-sekli 18-19); # il-Fdalijiet tal-Fortizza ta' Gelesan-Goresen; # id-Dar-Mużew ta' Mirza Fatali Akhundov; # id-Dar-Mużew ta' Rashid Bey Efendiyev; # id-Dar-Mużew ta' Sabit Rahman.<ref>Т. А. Ханларов (1972). ''Архитектура Советского Азербайджана''. Москва: Стройиздат. p. 56.</ref> [[File:Shaki_piti.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:Shaki_piti.jpg|daqsminuri|Piti huwa tip ta' ikel tipiku ta' Sheki.]] === Gastronomija === X'aktarx li l-iżjed aspett magħruf tat-tisjir ta' Sheki huwa l-ħelu tal-belt. Tradizzjonalment Sheki titqies bħala l-post fejn issir tip speċjali ta' baklava msejħa ''Halva'' ta' Sheki. Ħelu ieħor jinkludi z-zokkor mgħolli tan-''nabat'' u l-''pesheveng''.<ref name=":1">{{Ċita web|url=http://www.guidepicker.com/article/city/africa/ethiopia/sumale-kilil/shaki/9/what-to-eat-in-shaki|titlu=What To Eat In Shaki - Guidepicker.com|data=2011-07-11|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-12|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20110711132826/http://www.guidepicker.com/article/city/africa/ethiopia/sumale-kilil/shaki/9/what-to-eat-in-shaki|arkivju-data=2011-07-11|url-status=bot: unknown}}</ref> Sheki għandha wkoll ikel famuż ieħor bħal ''girmabadam'', ''zilviya'', ''piti'' (stuffat tal-laħam u l-patata ġo kontenitur tat-terrakotta).<ref name=":1" /> === Djalett === Il-belt ta' Shaki żviluppat id-[[djalett]] tagħha stess tal-lingwa Ażerbajġana, li hi mitkellma l-iktar fil-belt u fir-reġjun tad-Distrett ta' Sheki. Ir-residenti tal-belt huma magħrufa għall-intonazzjoni ferrieħija tal-kliem. === Mużewijiet === [[File:067karavansaray.jpg|ħolqa=https://en.wikipedia.org/wiki/File:067karavansaray.jpg|lemin|daqsminuri|Il-Karavanseraj ta' Sheki.]] Sheki tospita firxa ta' mużewijiet storiċi u wħud mill-iżjed importanti fil-pajjiż. Il-Mużew Storiku ta' Sheki huwa wieħed mill-mużewijiet prinċipali u jitqies bħala wieħed mill-iżjed importanti għall-artefatti tal-perjodu tal-Khanat. Mis-seklu 18, ħames karavanseraj kbar (Isfahan, Tabriz, Lezgi, Ermeni u Taze) kienu attivi f'Sheki iżda tnejn biss minnhom baqgħu jeżistu. Il-karavanseraj ta' fuq u t'isfel inbnew fis-seklu 18 u kienu jintużaw mill-merkanti biex jaħżnu l-merkanzija tagħhom fil-kantini. Il-merkanti kienu jagħmlu l-kummerċ fl-ewwel sular u kienu jgħixu fit-tieni sular. Iż-żewġ karavanseraj kienu postijiet siguri għall-ħżin tal-merkanzija tal-merkanti. === Mużika u midja === Kull sena fil-belt isir il-Festival tal-Mugham u l-Festival tal-Mużika Internazzjonali tat-Triq tal-Ħarir.<ref>{{Ċita web|url=http://www.news.az/articles/society/89807|titlu=News.Az - 5th International music festival "Silk Road" to open in Shaki|data=2014-11-29|sit=web.archive.org|data-aċċess=2023-04-11|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20141129023951/http://www.news.az/articles/society/89807|arkivju-data=2014-11-29|url-status=bot: unknown}}</ref> L-istazzjoni reġjonali ''Kanal-S'' u l-gazzetti ''Shaki'' u ''Shakinin Sasi'' għandhom is-sede tagħhom fil-belt. == Trasport == Kuljum hemm ferrovija li topera billejl minn Sheki għal Baku u lura tul ir-rotta ta' Baku-Balakan. == Edukazzjoni == F'Sheki joperaw 84 skola ġenerali u vokazzjonali, kif ukoll il-fergħa ta' Sheki tal-Università Pedagoġika tal-Ażerbajġan u l-Kulleġġ Reġjonali ta' Sheki.<ref>{{Ċita web|url=http://sheki-ih.gov.az/az/page/15.html|titlu=Təhsil {{!}} Azərbaycan Respublikası Şəki şəhər İcra Hakimiyyəti|sit=sheki-ih.gov.az|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> == Residenti notevoli == Fost ir-residenti notevoli tal-belt kien hemm: Fatali Khan Khoyski, il-Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika tal-Ażerbajġan, Ahmadiyya Jabrayilov, attivist tar-Reżistenza [[Franza|Franċiża]], il-poeta Bakhtiyar Vahabzadeh, il-[[kompożitur]] Jovdat Hajiyev, ir-reġista Rasim Ojagov, l-attur Lutfali Abdullayev, il-mexxej reliġjuż Mahammad Hasan Movlazadeh Shakavi, u oħrajn.<gallery heights="200" mode="packed" style="font-size:88%;line-height:130%"> Stampa:Mfakhundov.jpg|Mirza Fatali Akhundov, il-fundatur tal-materjaliżmu u l-ateiżmu fl-Ażerbajġan u tal-letteratura Iranjana moderna, kif ukoll wieħed mill-pijunieri tan-nazzjonaliżmu Iranjan. Stampa:Alasgar.jpg|Shakili Alasgar, prattikant tal-''mugham''. Stampa:Abdulali bey Amirjanov 2.jpg|Abdulali bey Amirjanov, membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ażerbajġan. Stampa:SheyxulIslam.jpg|Mahammad Hasan Movlazadeh Shakavi, l-ewwel studjuż li ttraduċa l-[[Koran]] bl-Ażerbajġani. Stampa:Fatali Khan Khoyski.jpg|Fatali Khan Khoyski, l-ewwel Prim Ministru tar-Repubblika Demokratika indipendenti tal-Ażerbajġan. Stampa:Salman Mumtaz.jpg|Salman Mumtaz, studjuż letterarju u [[poeta]] Ażerbajġani. </gallery> == Ġemellaġġ == Sheki hija ġemellata ma':<ref>{{Ċita web|url=http://sheki-ih.gov.az/az/page/47.html|titlu=Qardaşlaşmış şəhərlər {{!}} Azərbaycan Respublikası Şəki şəhər İcra Hakimiyyəti|sit=sheki-ih.gov.az|data-aċċess=2023-04-11}}</ref> * [[Gabrovo]], il-[[Bulgarija]]; * [[Giresun]], it-[[Turkija]]; * [[Göynük]], it-Turkija; * [[Lapseki]], it-Turkija; * [[Meram]], it-Turkija; * [[Slutsk]], il-[[Belarussja]]. == Gallerija == <gallery heights="150" mode="packed" style="font-size:88%;line-height:130%"> Stampa:011ancienhouseinsheki.jpg|Dar antika f'Sheki. Stampa:075domkulturi.jpg|Id-Dar tal-Kultura f'Sheki. Stampa:015muzey.jpg|Il-faċċata tal-Knisja Albaniża. Stampa:007shekistreet.jpg|Waħda mit-toroq l-antiki ta' Sheki. Stampa:026qapisaray.jpg|Id-daħla tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki. Stampa:Caucasian Albania Church.jpg|Knisja Albaniża tal-Kawkasi tas-seklu 6. Stampa:Shaki karavansaray10.jpg|Il-portiċi tal-Karavanseraj ta' Sheki. Stampa:096mosquesheki.jpg|Il-Moskea ta' Omer Efendi. Stampa:Shaki fortress.JPG|Il-fortizza ta' Sheki. Stampa:House of Shakikhanovs.JPG|Id-Dar tax-Shakikhanov. Stampa:Sheki - Kish, Karavanserei, Strassenseite.JPG|Il-Karavanseraj ta' Sheki. Stampa:Ashagi kervansarai 1.JPG|Il-Karavanseraj ta' Ashagi. Stampa:House of Farhadbayovs in Shaki.JPG|Id-Dar tal-Farhadbayov. Stampa:Alijanbayovs house in Shaki.JPG|Id-Dar tal-Alijanbayov. Stampa:Minaret of Friday mosque in Shaki.JPG|Il-Minaret tal-Moskea tal-Ġimgħa. Stampa:Ömər Əfəndi məscidi, Şəki (01).jpg|Il-Moskea ta' Ömər Əfəndi. Stampa:Ağvanlar bath.JPG|Il-banjijiet ta' Ağvanlar. Stampa:Undergraund bath 1.JPG|Il-banjijiet taħt l-art ta' Sheki. Stampa:Church in Shaki.jpg|Eks Knisja Armena f'Sheki. Stampa:Palace Hotel, Sheki (P1090440).jpg|Il-Lukanda tal-Palazz ta' Sheki. </gallery> == Referenzi == [[Kategorija:Bliet tal-Ażerbajġan]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji Kulturali]] [[Kategorija:Siti ta' Wirt Dinji fl-Ażerbajġan]] m6uo9mkp734ser4vc8k24urb7b5rnfm