Wikipedija
mtwiki
https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali
MediaWiki 1.47.0-wmf.13
first-letter
Medja
Speċjali
Diskussjoni
Utent
Diskussjoni utent
Wikipedija
Diskussjoni Wikipedija
Stampa
Diskussjoni stampa
MediaWiki
Diskussjoni MediaWiki
Mudell
Diskussjoni mudell
Għajnuna
Diskussjoni għajnuna
Kategorija
Diskussjoni kategorija
Portal
Diskussjoni portal
TimedText
TimedText talk
Module
Module talk
Event
Event talk
Tavla ta' Narmer
0
34512
331252
331228
2026-07-31T18:13:47Z
Trigcly
17859
żieda referenzi
331252
wikitext
text/x-wiki
[[Stampa:Narmer Palette.jpg|daqsminuri|It-Tavla ta' Narmer minn quddiem u minn wara.]]
It-'''Tavla ta' Narmer''', magħrufa wkoll bħala l-'''Paletta ta'''' '''Narmer''' jew it-'''Tavla l-Kbira ta'''' '''Hierakonpolis''', hija sejba [[Arkeoloġija|arkeoloġika]] sinifikanti tal-[[Eġittu tal-qedem]], li tmur lura għall-ħabta tas-seklu 31 [[Ante Christum natum|Q.K]]., u għall-inqas nominalment tagħmel parti mill-kategorija ta' tavli kożmetiċi. Fiha wħud mill-iżjed [[ġeroglifiċi Eġizzjani]] bikrin li qatt instabu. Huwa maħsub minn xi wħud li t-tavla turi l-unifikazzjoni tal-Eġittu ta' Fuq u t'Isfel taħt ir-Re [[Narmer]]. Flimkien mar-Ras ta' Mazza tal-Iskorpjun u mar-Ras ta' Mazza ta' Narmer, li nstabu wkoll flimkien fid-depożitu prinċipali f'Nekhen, it-Tavla ta' Narmer tipprovdi waħda mill-iżjed xbihat bikrin magħrufa ta' re Eġizzjan. Minn naħa waħda, ir-re jintwera bil-Kuruna l-Bajda tal-Eġittu ta' Fuq (tan-Nofsinhar), u min-naħa l-oħra r-re jintwera liebes il-Kuruna l-Ħamra tal-Eġittu t'Isfel (tat-Tramuntana), għaldaqstant it-tavla hija wkoll l-iżjed eżempju magħruf ta' tavla b're liebes iż-żewġ tipi ta' xedd ir-ras.<ref>Friedman, Renée (2003). "City of the Hawk". ''Archaeology''. '''56''' (6). Archaeological Institute of America: 50–56. ISSN 0003-8113. JSTOR 41779225. OCLC 9973955462.</ref><ref>Wilkinson, Toby (1999). ''Early Dynastic Egypt''. [[Londra]]: Routledge. ISBN <bdi>978-0-203-02438-6</bdi>. OCLC 51717880. p. 6.</ref> It-tavla turi bosta mill-konvenzjonijiet klassiċi tal-[[arti]] tal-Eġittu tal-qedem, li x'aktarx li diġà kienu ġew ifformalizzati meta nħolqot it-tavla. L-Eġittologi [[Bob Brier]] u [[A. Hoyt Hobbs]] irreferew għat-Tavla ta' Narmer bħala "l-eqdem rekord storiku Eġizzjan".<ref>Brier, Bob; Hobbs, A. Hoyt (1999). "Warfare". ''Daily life of the ancient Egyptians''. Westport, Conn.: Greenwood Press. p. 202. ISBN <bdi>978-0-313-00742-2</bdi>. OCLC 52315179.</ref>
It-Tavla ta' Narmer, li minkejja li għandha ħames millenji għadha f'kundizzjoni kważi perfetta, ġiet skoperta mill-arkeologi [[Renju Unit|Brittaniċi]] [[James Quibell]] u [[Frederick W. Green]], f'dak li huma jsejħulu d-Depożitu Prinċipali fit-Tempju ta' Horus f'Nekhen, matul l-iskavi tal-1897–1898.<ref>Quibell, James Edward (1900). ''Hierakonpolis, Part 1, Plates of discoveries in 1898''. notes by W. M. Flinders Petrie. Londra: Quaritch. OCLC 312741135.</ref><ref>{{Ċita web|url=http://www.ancient-egypt.org/kings/0101_narmer/palette.html|titlu=The Ancient Egypt Site - The Narmer Palette|kunjom=Kinnaer|isem=Jacques|sit=www.ancient-egypt.org|data-aċċess=2026-07-31}}</ref> F'dawn l-iskavi nstabu wkoll ir-Ras ta' Mazza ta' Narmer u r-Ras ta' Mazza tal-Iskorpjun.<ref>Millet, Nicholas B. (1990). "The Narmer Macehead and Related Objects". ''Journal of the American Research Center in Egypt''. '''27''': 53–59. doi:10.2307/40000073. ISSN 0065-9991. JSTOR 40000073. OCLC 5543621798.</ref> Il-post u ċ-ċirkostanzi preċiżi ta' dawn is-sejbiet ma ġewx irreġistrati b'mod ċar ħafna minn Quibell u Green. Fil-fatt, skont ir-rapport ta' Green, it-Tavla ta' Narmer instabet f'saff differenti xi metru jew tnejn (jardi) 'il bogħod mid-depożitu, li jitqies iktar preċiż abbażi tan-noti tal-iskavi oriġinali.<ref>Shaw, Ian (2003). "Hierakonpolis (c. 3200–2600 B.C.)". ''Exploring Ancient Egypt''. New York, NY: Oxford University Press. p. 33. ISBN <bdi>978-0-19-511678-6</bdi>.</ref> Ġie ssuġġerit li dawn l-oġġetti kienu donazzjonijiet irjali li saru lit-tempju.<ref>Bard, Katheryn A. (2002). "The Emergence of the Egyptian State (c. 2300–2686)". In Shaw, Ian (ed.). ''The Oxford History of Ancient Egypt''. Oxford: Oxford University Press. p. 65. ISBN <bdi>978-0-19-280293-4</bdi>.</ref> Nekhen, jew Hierakonpolis, kien wieħed minn erba' ċentri tal-poter fl-Eġittu ta' Fuq qabel il-konsolidazzjoni tal-Eġittu ta' Fuq fl-aħħar tal-perjodu ta' Naqada III.<ref>Wilkinson, Toby (1999). ''Early Dynastic Egypt''. Londra: Routledge. ISBN <bdi>978-0-203-02438-6</bdi>. OCLC 51717880. pp. 36-41.</ref> L-importanza [[Reliġjon|reliġjuża]] ta' Hierakonpolis damet ferm wara d-deklin tar-rwol [[Politika|politiku]] tiegħu.<ref>Friedman, Renée (2001). "Hierakonpolis". In Redford, Donald B. (ed.). ''The Oxford Encyclopedia of Ancient Egypt''. Vol. 2. Oxford: Oxford University Press. pp. 98–100. doi:10.1093/acref/9780195102345.001.0001. ISBN <bdi>978-0-19-510234-5</bdi>. OCLC 967267800. pp. 98-100.</ref> It-tavli tipikament kienu jintuża għat-tħin tal-kożmetiċi, iżda din it-tavla hija kbira u tqila (u elaborata) wisq biex tkun inħolqot għall-użu personali u x'aktarx li kienet oġġett tar-ritwali jew donazzjoni bħala wegħda, li ġiet magħmula b'mod speċifiku biex tingħata b'donazzjoni jew tintuża f'tempju. Skont teorija partikolari ntużat għat-tħin tal-kożmetiċi li kienu jintużaw biex jiġu mżejna l-[[Statwa|istatwi]] tad-divinitajiet.<ref>Brier, Bob (2005). ''Great Pharaohs of Ancient Egypt'' (audiobook). Chantilly: The Great Courses. ISBN <bdi>978-1-68276-439-8</bdi>.</ref>
It-Tavla ta' Narmer tagħmel parti mill-kollezzjoni permanenti tal-Mużew Eġizzjan fil-[[Kajr]]. Hija waħda mill-artefatti inizjali għall-wiri li l-viżitaturi jistgħu jaraw malli jidħlu fil-mużew.<ref>Shaw, Ian (2004). ''Ancient Egypt: A Very Short Introduction''. Oxford: Oxford University Press. doi:10.1093/actrade/97801928541939.001.0001. ISBN <bdi>978-0-19-151813-3</bdi>. OCLC 252626237. p. 4.</ref> In-numru tal-inventarju tagħha huwa JE 32169<ref>{{Ċita web|url=https://www.globalegyptianmuseum.org/record.aspx?id=15311|titlu=The Global Egyptian Museum {{!}} JE 32169|sit=www.globalegyptianmuseum.org|data-aċċess=2026-07-31}}</ref> u n-numru tal-identifikazzjoni preċedenti tagħha kien CG 14716.<ref>{{Ċita web|url=https://www.narmer.org/catalog.html#0081|titlu=Search the Narmer Catalog|sit=www.narmer.org|data-aċċess=2026-07-31}}</ref>
== Deskrizzjoni ==
It-Tavla ta' Narmer hija twila 63 ċentimetru (25 pulzier) u wiesgħa 42 ċentimetru (17-il pulzier), għandha għamla ta' tarka ċerimonjali, imnaqqxa minn biċċa waħda ta' grovakka griża fl-aħdar, ċatta u kemxejn skura. Il-ġebla spiss ġiet identifikata ħażin fl-imgħoddi bħala lavanja jew skist. Il-lavanja hija magħmula minn saffi u b'hekk faċli ħafna li tixxaqqaq, u l-iskist huwa blat metamorfiku b'sawra minerali aleatorja kbira. Iż-żewġ tipi ta' ġebel ma għandhomx x'jaqsmu mal-grovakka iebsa u reżistenti għax-xquq, li oriġinat minn barriera attesta sew li kienet ilha tintuża miż-żminijiet predinastiċi f'Wadi Hammamat. Dan il-materjal kien jintuża b'mod estensiv matul il-perjodu predinastiku għall-ħolqien ta' tavli simili u kien jintuża wkoll bħala sors għall-istatwi tar-Renju l-Antik. Statwa tal-[[faragħun]] tat-tieni dinastija Khasekhemwy, li nstabet fl-istess kumpless bħat-Tavla ta' Narmer f'Hierakonpolis, kienet magħmula wkoll minn dan il-materjal.
It-tavla hija mnaqqxa b'bassoriljievi. Fin-naħa ta' fuq taż-żewġ naħat hemm arma rjali identika msejħa ''serekh'', li hija "simbolu ġeroglifiku kompożitu li jirrappreżenta r-re/il-kuruna/l-istat u l-proprjetà tal-istat". Is-''serekh'' fi ħdanhom għandhom is-simboli ''nꜥr'' (pixxigatt) u ''mr'' (skarpell), li huma r-rappreżentazzjoni fonetika ta' isem Narmer. Maġenb iż-żewġ ''serekh'' hemm par irjus ta' annimal bovin bi qrejjen innuklati sew; huwa maħsub li dawn jirrappreżentaw id-divinità femminili Bat b'għamla ta' [[baqra]]. Din kienet id-divinità patruna tas-seba' diviżjoni territorjali tal-Eġittu ta' Fuq, u kienet ukoll id-divinizzazzjoni kożmoloġika fi ħdan il-mitoloġija Eġizzjana matul il-perjodu predinastiku u l-perjodu tar-Renju l-Antik tal-[[Storja|istorja]] tal-Eġittu tal-qedem.
=== Minn quddiem ===
Fin-naħa ta' fuq ta' kull naħa tat-tavla hemm par irjus ta' annimal bovin b'wiċċ ta' [[bniedem]], li huma maħsuba li jirrappreżentaw id-divinità patruna Bat b'għamla ta' baqra, u dawn jinsabu maġenb is-''serekh'' ta' Narmer. Id-divinità femminili Bat tintwera, kif spiss kienet tintwera, minn quddiem u mhux il-profil tagħha, użanza tradizzjonali fit-tinqix tar-riljievi Eġizzjani. Hathor, li kienet taqsam bosta mill-karatteristiċi ta' Bat, spiss tintwera b'mod simili. Xi awturi jissuġġerixxu li x-xbihat jirrappreżentaw il-qilla tar-re bħal par barrin.
L-ikbar riljiev fuq in-naħa ta' quddiem juri lil Narmer, li qed jgħolli mazza f'idu l-leminija filwaqt li b'idu x-xellugija qed jerfa' [[Skjavitù|skjav]] għal irkopptejh minn xagħru. B'kuntrast max-xbieha ta' Narmer fin-naħa ta' wara, fejn jidher bil-Kuruna l-Ħamra tal-Eġittu t'Isfel, fuq din in-naħa jidher liebes il-Kuruna l-Bajda tal-Eġittu ta' Fuq. Il-poża tiegħu tirrifletti l-użanza tal-Eġittu tal-qedem li figura importanti tintwera minn perspettivi differenti f'daqqa. Saqajh, riġlejh u rasu jidhru bħala profil, filwaqt li sidru u ġenbejh iduru kemxejn u spallejh iħarsu 'l quddiem. Għajn waħda, anke jekk normalment kieku din ma tidhirx f'ras bħala profil, tintwera minn quddiem. L-iskop kien li tiġi pprovduta l-iżjed informazzjoni kompluta possibbli dwar persuna fuq wiċċ ċatt. It-tavla turi wkoll il-proporzjonijiet tradizzjonali Eġizzjani tal-ġisem. Abbażi ta' unità stabbilita korelatata mad-distanza tul l-għekiesi ta' ponn ta' bniedem, din il-forma konvenzjonali ta' kejl kienet mezz ta' standardizzazzjoni tal-proporzjonijiet ta' figuri importanti fl-arti Eġizzjana. Il-kejl standard ta' 18-il ponn mill-art sal-linja tax-xagħar fuq ras il-figura huwa evidenti fit-tavla. Dawn il-konvenzjonijiet artistiċi baqgħu jintużaw mill-inqas sal-ħakma ta' [[Alessandru Manju]]. Il-figuri minuri b'pożi attivi, bħall-iskjav tar-re, il-katavri u dawk li kienu jieħdu ħsieb il-bhejjem serpopardi jintwerew b'mod ħafna iktar ħieles. Mehmużin maċ-ċinturin milbus minn Narmer jidhru erba' tasselli biż-żibeġ, kull waħda mżejna b'għamla ta' ras id-divinità femminili Hathor. Dawn huma wkoll l-istess żibeġ bħal dawk li jżejnu n-naħa ta' fuq ta' kull naħa tat-tavla. Fuq in-naħa ta' wara taċ-ċinturin hemm frenża twila mehmuża li tirrappreżenta denb ta' barri.
Fuq ix-xellug tar-re jidher [[raġel]] iġib is-sandli tar-re, u maġenbu s-simbolu tar-rożetta. Fuq il-lemin tar-re hemm priġunier għal irkopptejh, li se jintlaqat mir-re. Par simboli jidhru ħdejn rasu u x'aktarx jindikaw ismu (Wash) jew jindikaw ir-reġjun minn fejn oriġina. Fuq il-priġunier hemm falkun, li jirrappreżenta lil Horus, imperreċ fuq sett ta' fjuri tal-papiru, is-simbolu tal-Eġittu ta' Fuq. Fid-dwiefer tiegħu, jidher qed iżomm oġġett qisu ħabel li jidher li huwa mehmuż ma' mnieħer ta' ras ta' raġel li tidher ħierġa wkoll mill-fjuri tal-papiru.
=== Minn wara ===
Taħt l-irjus tal-annimali bovini hemm qisha purċissjoni. Narmer huwa ferm akbar mill-figuri l-oħra, konvenzjoni artistika magħrufa bħala l-proporzjon ġerarkiku, l-iskala ġerarkika jew il-ġerarkija tal-iskala. Bħal fuq in-naħa ta' quddiem, id-daqs sproporzjonat tiegħu jsaħħaħ l-ideat ta' ħakma u ta' poter politiku bħal ta' mexxej qisu xi alla. Huwa jidher liebes Kuruna Ħamra tal-Eġittu t'Isfel, bis-simbolu tal-papiru. F'idu jidher qed iżomm mazza u flaġell, żewġ simboli tradizzjonali tar-re. Fuq in-naħa tal-lemin tiegħu jidhru s-simboli ġeroglifiċi ta' ismu, għalkemm ma jinsabux fi ħdan ''serekh''. Warajh hemm raġel li qed iġiblu s-sandli, li ismu jaf huwa rrappreżentat bir-rożetta li tidher maġenb rasu, u simbolu rettangolari ieħor mingħajr l-ebda interpretazzjoni ċara, iżda li ġie ssuġġerit li jaf jirrappreżenta raħal jew ċittadella.
Eżatt quddiem il-faragħun jidher raġel xagħru twila, akkumpanjat minn par ġeroglifiċi li ġew interpretati bħala ismu: ''Tshet'' (huwa preżunt li dawn is-simboli kellhom l-istess valur fonetiku tal-kitba ġeroglifika ta' wara). Quddiem dan ir-raġel jidhru erba' persuni bil-paviljuni olzati f'idejhom, u jżommu ġild tal-annimali, [[kelb]] u żewġ falkuni. Fin-naħa l-iktar tal-lemin ta' din ix-xena jidhru għaxar katavri b'rashom maqtugħa poġġuta bejn riġlejhom u l-ġenitali maqtugħin tagħhom poġġuti fuq kull ras. Dawn il-figuri ġeneralment huwa maħsub li kienu vittmi tal-ħakma ta' Narmer. Fuqhom hemm is-simboli ta' vapur, ta' falkun b'foxxna u ta' bieb.
Taħt il-purċissjoni, żewġt irġiel jidhru qed iżommu ħbula marbutin mal-għenuq imgeżwrin f'xulxin ta' żewġ serpopardi jiġġieldu kontra xulxin. Is-serpopard huwa ħlejqa mitoloġika, taħlita ta' [[serp]] u ta' leopard. Iċ-ċirku ffurmat mill-għenuq milwijin tagħhom huwa l-parti ċentrali tat-tavla, li hija ż-żona fejn kienu jintaħnu l-kożmetiċi. L-Eġittu ta' Fuq u t'Isfel it-tnejn li huma kienu jqimu ljuni femminili tal-gwerer bħala protetturi; l-għenuq imgeżwrin f'xulxin tas-serpopardi b'hekk jaf jirrappreżentaw l-unifikazzjoni tal-istat. Xbihat simili ta' annimali mitoloġiċi bħal dawn huma magħrufa minn [[Kultura|kulturi]] kontemporanji oħra, u jeżistu eżempji oħra ta' oġġetti predinastiċi aħħarin (fosthom tavli oħra u mankijiet tas-skieken bħas-Sikkina ta' Gebel el-Arak) li ssellef elementi simili mill-ikonografija tal-Mesopotamja, u b'hekk tissuġġerixxi relazzjonijiet bejn l-Eġittu u l-Mesopotamja.
Fin-naħa t'isfel tan-naħa ta' wara tat-tavla, jidher barri jwaqqa' l-ħitan ta' belt filwaqt li jgħaddi minn fuq għadu vittma. Rasu baxxuta, Narmer hawnhekk jintwera bħala bhima stilizzata bidimensjonali li se tegħleb l-għedewwa tagħha. Il-barrin kellhom rabta ideoloġika mar-rejiet Eġizzjani. "Barri t'Ommu", pereżempju, kien titlu komuni mogħti lil re Eġizzjan bħala iben id-divinità patruna b'għamla ta' baqra. Din il-poża ta' annimal bovin tfisser "qawwa" f'ġeroglifiċi li ġew wara.
== Dibattitu bejn l-istudjużi ==
It-Tavla ta' Narmer qajmet dibattitu kunsiderevoli bejn l-istudjużi matul is-snin. Inġenerali, l-argumenti huma maqsumin fi tnejn: studjużi li jemmnu li t-tavla tirrakkonta avveniment importanti, u akkademiċi oħrajn li jargumentaw li hija oġġett iddisinjat biex tiġi stabbilita l-mitoloġija tat-tmexxija unifikata fuq l-Eġittu ta' Fuq u t'Isfel mir-re. Kien maħsub ukoll li t-tavla tirrappreżenta l-unifikazzjoni tal-Eġittu t'Isfel mir-re tal-Eġittu ta' Fuq, jew tirreġistra suċċess militari reċenti fuq il-[[Libja|Libjani]], jew l-aħħar fortizza ta' dinastija tal-Eġittu t'isfel ibbażata f'Buto. Iktar reċentement, studjużi bħal [[Nicholas Millet]] argumentaw li t-tavla ma tirrappreżentax avveniment storiku (bħall-unifikazzjoni tal-Eġittu), iżda minflok tirrappreżenta l-avvenimenti tas-sena li fiha l-oġġett ġie ddedikat lit-tempju. [[Whitney Davis]] issuġġeriet li l-ikonografija ta' din it-tavla u ta' tavli oħra predinastiċi kellha iktar x'taqsam mal-istabbiliment tar-re bħala metafora viżiva tal-kaċċatur ħakkiem, maqbud fil-mument meta se jagħti d-daqqa tal-[[mewt]] lill-għedewwa tiegħu. [[John Baines]] issuġġerixxa li l-avvenimenti li jintwerew huma "turija tal-kisbiet irjali" tal-imgħoddi u li "l-iskop ewlieni tal-oġġett mhuwiex li jirreġistra avveniment iżda li jasserixxi li r-re jiddomina d-dinja ordnata f'isem id-divinitajiet u għeleb il-qawwiet interni u speċjalment esterni tad-diżordni".
== Fil-kultura popolari ==
It-Tavla ta' Narmer tidher fil-film tal-2009 ''Watchmen'' bħala wieħed mill-oġġetti Eġizzjani preżenti fl-uffiċċju ta' Ozymandias. L-awtur [[Awstralja|Awstraljan]] [[Jackie French]] użat it-tavla, u riċerka reċenti dwar ir-rotot kummerċjali tas-Sumeri, biex toħloq ir-rumanz storiku tagħha ''Pharaoh'' (2007). It-tavla tidher fil-ġrajja qasira tal-artist tal-manga [[Yukinobu Hoshino]], ''El Alamein no Shinden''. It-tavla tidher ukoll f'''The Kane Chronicles'' ta' [[Rick Riordan]], fejn qaddej xawabti maġiku jfittex it-tavla. Fil-logħba elettronika ta' Ubisoft tal-2017 ''Assassin's Creed Origins'', it-tavla tissemma bħala element trivjali fil-pariri ta' qabel tibda l-logħba. It-Tavla ta' Narmer hija element narrattiv prinċipali tar-rumanz ta' [[Lincoln Child]], ''The Third Gate'', fejn isir tentattiv biex jinstab il-qabar tar-re Narmer fis-Sudd.
== Referenzi ==
[[Kategorija:Eġittu l-Antik]]
[[Kategorija:Arkeoloġija]]
8pjufw1xzb2ltjilq0cfmm4dsfxrs7w
Dejan Petković
0
34514
331253
331236
2026-08-01T09:43:52Z
ToniSant
4257
+ref
331253
wikitext
text/x-wiki
'''Dejan Petković''' (biċ-Ċirilliku Serb: Дејан Петковић; twieled fl-10 ta’ Settembru 1972) huwa kummentatur [[Futbol|tal-futbol]] Serb u eks plejer tal-futbol. F’pajjiżu huwa magħruf sew bil-laqam Rambo, filwaqt li fil-Brażil huwa magħruf bħala Pet. Huwa lagħab sitt darbiet mat-tim nazzjonali tar-[[Repubblika Federali tal-Jugożlavja|Repubblika Federali tal-Jugoslavja]] u skorja gowl wieħed. Matul il-karriera tiegħu, Petković lagħab ma’ seba’ klabbs Brażiljani u sar konslu onorarju tas-[[Serbja]] fil-[[Brażil|Brażil.]]
== Ħajja bikrija ==
Dejan twieled lil Dobrivoje, tekniku tat-traffiku minn Niš, u lil Milena, teknika tal-kostruzzjoni minn Petrovac na Mlavi. Il-ġenituri tiegħu ltaqgħu fil-belt żgħira tal-minjieri ta’ Majdanpek, fejn it-tnejn kienu marru jfittxu xogħol. Minn età żgħira, Dejan beda juri interess kbir fil-futbol. <ref>{{Ċita aħbar|kunjom=Aleksandar Nikolić|data=3 January 2010|titlu=Prvo sam potrčao za loptom pa prohodao|url=http://www.blic.rs/vesti/reportaza/prvo-sam-potrcao-za-loptom-pa-prohodao/nepx17d|pubblikazzjoni=Blic|data-aċċess=27 October 2017}}</ref>
== Referenzi ==
[[Kategorija:Plejers tas-Serie A]]
[[Kategorija:Plejers ta' Campeonato Brasileiro Série A]]
[[Kategorija:Plejers ta' La Liga]]
[[Kategorija:Plejers ta' Santos Futebol Clube]]
[[Kategorija:Plejers ta' Fluminense Football Club]]
[[Kategorija:Plejers ta' CR Vasco da Gama]]
[[Kategorija:Plejers ta' Racing de Santander]]
[[Kategorija:Plejers ta' Sevilla FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Real Madrid CF]]
[[Kategorija:Plejers ta' Red Star Belgrade]]
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1972]]
95ov5wzsov2h3ly1d3pp080nqaj9rkz
331254
331253
2026-08-01T09:45:13Z
ToniSant
4257
+infobox
331254
wikitext
text/x-wiki
{{Infobox bijografija}}
'''Dejan Petković''' (biċ-Ċirilliku Serb: Дејан Петковић; twieled fl-10 ta’ Settembru 1972) huwa kummentatur [[Futbol|tal-futbol]] Serb u eks plejer tal-futbol. F’pajjiżu huwa magħruf sew bil-laqam Rambo, filwaqt li fil-Brażil huwa magħruf bħala Pet. Huwa lagħab sitt darbiet mat-tim nazzjonali tar-[[Repubblika Federali tal-Jugożlavja|Repubblika Federali tal-Jugoslavja]] u skorja gowl wieħed. Matul il-karriera tiegħu, Petković lagħab ma’ seba’ klabbs Brażiljani u sar konslu onorarju tas-[[Serbja]] fil-[[Brażil|Brażil.]]
== Ħajja bikrija ==
Dejan twieled lil Dobrivoje, tekniku tat-traffiku minn Niš, u lil Milena, teknika tal-kostruzzjoni minn Petrovac na Mlavi. Il-ġenituri tiegħu ltaqgħu fil-belt żgħira tal-minjieri ta’ Majdanpek, fejn it-tnejn kienu marru jfittxu xogħol. Minn età żgħira, Dejan beda juri interess kbir fil-futbol. <ref>{{Ċita aħbar|kunjom=Aleksandar Nikolić|data=3 January 2010|titlu=Prvo sam potrčao za loptom pa prohodao|url=http://www.blic.rs/vesti/reportaza/prvo-sam-potrcao-za-loptom-pa-prohodao/nepx17d|pubblikazzjoni=Blic|data-aċċess=27 October 2017}}</ref>
== Referenzi ==
[[Kategorija:Plejers tas-Serie A]]
[[Kategorija:Plejers ta' Campeonato Brasileiro Série A]]
[[Kategorija:Plejers ta' La Liga]]
[[Kategorija:Plejers ta' Santos Futebol Clube]]
[[Kategorija:Plejers ta' Fluminense Football Club]]
[[Kategorija:Plejers ta' CR Vasco da Gama]]
[[Kategorija:Plejers ta' Racing de Santander]]
[[Kategorija:Plejers ta' Sevilla FC]]
[[Kategorija:Plejers ta' Real Madrid CF]]
[[Kategorija:Plejers ta' Red Star Belgrade]]
[[Kategorija:Nies ħajjin]]
[[Kategorija:Twieldu fl-1972]]
nuyaqsxzx2ell2yla3usg8d0j8z5tzw