Wikipedija mtwiki https://mt.wikipedia.org/wiki/Il-Pa%C4%A1na_prin%C4%8Bipali MediaWiki 1.47.0-wmf.24 first-letter Medja Speċjali Diskussjoni Utent Diskussjoni utent Wikipedija Diskussjoni Wikipedija Stampa Diskussjoni stampa MediaWiki Diskussjoni MediaWiki Mudell Diskussjoni mudell Għajnuna Diskussjoni għajnuna Kategorija Diskussjoni kategorija Portal Diskussjoni portal TimedText TimedText talk Module Module talk Event Event talk Storja 0 1435 332957 309900 2026-10-18T14:31:36Z ~2026-55739-41 29104 /* */ 332957 wikitext text/x-wiki {{stub|storja}} [[Stampa:Nikolaos Gyzis - Historia.jpg|daqsminuri|Pittura minn [[Nikolaos Gysis]], 1892]] '''Storja''' huwa terminu li jirreferi kemm għall-informazzjoni relatata ma' azzjonijiet fil-passat, kif ukoll għall-użu ta' relatar ta' ħrejjef u ideat bil-kelma. Meta din il-kelma tintuża bħala isem ta' kamp tal-edukazzjoni, il-kelma ''storja'' tirreferi għall-istudju u l-interpretazzjoni tat-tifkiriet tas-soċjetajiet umani. Il-kelma ''storja'' ġejja mill-kelma Griega ''historia'', li tfisser "relatar ta' dak li ntqal"; din il-kelma taqsam l-[[etimoloġija]] tal-kelma '''storja''', peress li l-Malti assimilaha mil-Latin. Skond l-''[[Encyclopædia Britannica]]'' tal-1911, l-"istorja, f'sens wiesa, hi dak kollu li ġara, mhux biss bħala fenomenu ta' ħajja umana, iżda bħala storja tad-dinja naturali waħidha. Din tinkludi dak kollox li jinbidel; u kif turi x-xjenza moderna, m'hemm xejn li hu fiss, u allura l-univers kollu, u dak kollox li jifforma parti minnu, għandu l-istorja tiegħu." L-istorjografi għandhom ħafna sorsi differenti ta' informazzjoni, dawn jinkludu dawk miktuba u dawk li m'humiex, intervisti u arkeoloġija. Tipi differenti ta' ideat jirreferu għal perijodi differenti, u għalhekk l-istudju tal-istorja jinbidel maż-żmien. Avvenimenti li seħħew qabel ma l-bniedem kellu metodi ta' kif jikteb u jarkivja, jissejħu avvenimenti preistoriċi. L-għarfien ta' l-istorja jikkomprendi kemm l-għarfien ta' ġrajjiet passati kif ukoll metodi ta' kif jaħseb l-istorjografu. Il-kritika ta' l-istorja bħala xjenza kienet wisq ikkonċentrata fuq eventi politiċi jew fuq individwi partikolari. Tibdiliet profondi li jaffetwaw l-ideat, it-teknoloġija, il-ħajja tal-familja u l-kultura, rċevew ftit attenzjoni. Żviluppi riċenti fl-Istorjografija qiegħdin jibbilanċjaw din il-problema. Huwa importanti li jiġi nnutat li l-''Istorja'' ma tintużax biex timmappa ħajjet l-ispeċi umana fit-totalità ta' l-istorja tagħha, iżda biss lejn eventi li seħħew wara r-[[Rivoluzzjoni Agrikolturali]] u l-iżvilupp ta' l-ewwel ċiviltajiet, bejn wieħed u ieħor, f'dawn l-aħħar 10,000 sena. Avvenimenti li seħħew qabel din id-data jiġu klassifikati bħala preistorja, li tifforma 99% taż-żmien tagħna fuq din l-art, anki jekk ma seħħ l-ebda tibdil fl-istruttura ġenetika tar-razza tagħna. {{Xjenzi soċjali}} {{Xjenza}} [[Kategorija:Storja| ]] 10pj8a81g4082tvzuxc81jrouq8wa62 Ħ'Attard 0 2106 332959 332947 2026-10-18T20:22:57Z JakeMuff 21678 Informazzjoni dwar il-kampnar tal-knisja. 332959 wikitext text/x-wiki {{Infobox city}} '''Ħ'Attard''' hu raħal fiċ-ċentru ta' [[Malta]], b'popolazzjoni ta' madwar 12,000 ruħ.<ref>{{Ċita web|url=https://nso.gov.mt/themes_publications/census-of-population-and-housing-2021-final-report-population-migration-and-other-social-characteristics-volume-1|titlu=Ċensiment tal-Popolazzjoni u l-Akkomodazzjoni tal-2021|data=21 November 2021|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250816005853/https://nso.gov.mt/themes_publications/census-of-population-and-housing-2021-final-report-population-migration-and-other-social-characteristics-volume-1/|arkivju-data=16 August 2025|url-status=dead}}</ref> Flimkien ma' [[Ħal Balzan]] u [[Ħal Lija]], jifforma parti mit-"Tliet Villaġġi". Ħ'Attard sar parroċċa fl-1575 u l-patruna tiegħu hija [[Santa Marija]].<ref>{{Ċita web|url=https://parrocci.knisja.mt/parrocca/attard|titlu=Parroċċa ta' Ħ'Attard|sit=L-Arċidjoċesi ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=2 August 2025|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250328161419/https://parrocci.knisja.mt/parrocca/attard/|arkivju-data=28 March 2025|url-status=dead}}</ref> Ħ'Attard huwa raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza li hemm fih huma l-''[[Palazz ta' Sant'Anton]]'' u l-ġonna tiegħu, l-''Istadju Nazzjonali'' kif ukoll il-''Park Nazzjonali'', u l-''Villaġġ tal-Artiġjanat'' f' ''Ta' Qali''. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar, kif tixhed il-motto tiegħu: "Florigera rosis halo" ("Infewwaħ l-arja bil-fjur tiegħi").<ref>{{Ċita web|url=https://hattardlc.gov.mt/homepage/geografija-u-storja|titlu=Ġeografija u Storja - Ħ'Attard|sit=Kunsill Lokali Ħ'Attard|lingwa=mt|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> L-abitanti ta' Ħ'Attard huma magħrufa bħala 'saraċini'. == Etimoloġija == Ħ'Attard huwa l-uniku raħal f'Malta li ismu jingħad li hu ġej minn isem jew kunjom xi ħadd li forsi seta' kien l-ewwel wieħed li għammar fih jew inkella li kellu xi laqam. Biex Ħ'Attard iġib dan l-isem kien xi ħadd li bdihulu. Hawn min jgħid illi Ħ'Attard seta' nħoloq minn tempju ta' ''Astart'' li kellu seta' kien f'dawk l-inħawi. Minn Astart jieħdok għal Attar u mbagħad Attar(d). L-[[arkeoloġi|arkeoloġiċi]] ma jistgħux jiżguraw li f'dawk l-inħawi ma kienx hemm tempju. Ġieli ġara li xi ħaddiema, waqt li kienu qed iħaffru għas-sisien jew jgħaddu xi kanen, sabu xi oqbra jew fdalijiet f'imkejjen li ħadd ma kien jistenniehom. Teorija oħra ta' minn fejn ġej l-isem 'Attard' huwa minn 'Attar' (عطار), li tfisser dak li jbigħ il-fwieħa.<ref>{{Ċita web|url=https://www.wisdomlib.org/names/attard|titlu=Meaning of the name Attard|sit=Wisdom Library|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> Hemm min jgħid ukoll li hu ġej mir-raħal ta' 'Atti' f'Bologna. == Storja == === Firda minn Birkirkara === Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard kienet minn żmien bikri mgħaqqda mal-Matriċi ta' [[Birkirkara]]. Fil-bidu din il-knisja kienet immexxija minn għaqda ta' nies sekulari, maħtura mill-Isqof Domenico Cubelles li dan kien ħalla lil din l-għaqda li mhux talli fil-festi jiċċelebraw il-quddies hawn; iżda wkoll li jidfnu l-mejtin fiha, u din ġiet ikkonfermata bil-Bolla Appostolika tal-15 t'Ottubru, fl-1551.<ref name=":10">{{Ċita ktieb|kunjom=Mallia|isem=C.|sena=1975|titlu=Ħ'Attard - 400 sena parroċċa}}</ref> Il-Monsinjur Pietro Dusina waqaf f'Ħ'Attard meta kien għaddej bejn l-Imdina u l-Belt, u hemm l-abitanti talbuh biex il-knisja ewlenija tagħhom tiġi maħtura parroċċa minħabba li għal Birkirkara kien hemm bogħod kważi żewġ mili.<ref name=":0" /> L-imsemmi Viżitatur Appostoliku fis-26 ta' Marzu,1575 fired il-knisja ta' Ħ'Attard mill-matriċi tagħha u għamilha parroċċa għaliha u magħha daħħal iż-żewġt irħula ta' madwarha, Ħal Bordi u Ħal Mann. {| class="wikitable" |+Lista' ta' kappillani ta' Ħ'Attard<ref name=":10" /><ref name=":0" /> !Isem !Perjodu !Noti |- |Leonardu Micallef |1579 – 1594 |Sar 4 snin wara li saret il-parroċċa |- |Marku Tabone |1594 – 1609 |Kuġin ta' [[Tumas Dingli]] |- |Stiefnu Buttigieg |1609 – 1635 |Inbniet il-knisja |- |Ġorġ Gauci |1635 – 1663 | |- |Pawlus Bartolo |1664 – 1681 | |- |Silvio Pace |1684 – 1699 | |- |Alessandru Fiteni |1699 – 1712 | |- |Ark Anġlu Debono |1713 – 1759 |Ġiet ikkonsagrata l-knisja |- |Francesco Felice |1759 – 1774 | |- |Pietru Delikata |1774 – 1794 | |- |Ġużeppi Attard |1795 – 1799 |Membru tal-Muniċipju fi żmien il-Franċiżi |- |Gejtan Buttigieg |1801 – 1802 | |- |Martinu Zerafa |1803 – 1820 | |- |Salvatore Zammit |1820 – 1834 | |- |Lwigi Mizzi |1835 – 1846 | |- |Antonio Vassallo |1846 – 1869 | |- |Ġwann Ebejer |1869 – 1876 |Ġab l-Istatwa ta' Santa Marija |- |Ġwann Bonnici |1876 – 1887 | |- |Carmelo Azzopardi |1887 – 1903 | |- |Pier Battista Agius |1904 – 1924 | |- |Girgor Borg |1924 – 1925 |Viċi Kurat |- |Carmelo Bondin |1925 – 1930 | |- |Carmelo Sciberras |1930 – 1932 |Viċi Kurat |- |Mikiel Balzan |1932 – 1957 | |- |Ġużeppi Dalmas |1957 – 1986 | |- |Anton Portelli |1986 – 1993 | |- |Dione Cutajar |1993 – 2006 | |- |Noel Vassallo |2006 – 2019 | |- |Joseph Grech |2019 – | |} == Żoni f'Ħ'Attard == *Misraħ Kola *Ħal-Warda *Ta' Qali **Robbu Tal-Ħemsija **Ta' Ħemsija **Ta' Qali ''Crafts Village'' **Ta' Sagħat **Ta' Vnezja **Tal-Madliena **Tal-Madonna **Tal-Maltija *Ta' Qassati *Il-Ħotob *Il-Ħofor *Santa Katerina *Ta' Fġieni *Ta' l-Idward *Ta' Srina *Ta' Vestru *Tal-Fuklar *Tal-Karri *Tal-Mirakli *Wied il-Ħemsija *Wied Inċita *Wied is-Sewda == Toroq Prinċipali f'Ħ'Attard == *Triq Ħaż-[[Żebbuġ]] *Triq il-[[Malta Railway|Linja]] *Triq il-[[Mosta]] *Triq il-[[Pitkali]] *Triq il-[[Prinjola]] *Triq in-Nutar Zarb *Triq iz-Żagħfran *Triq l-[[Imdina]] *Triq [[Sant'Antnin ta' Padova|Sant'Antnin]] *Triq [[Santa Katerina ta' Siena|Santa Katerina]] *Triq [[Victor Vassallo]] *Vjal [[Antoine de Paule|De Paule]] == Innu ta' Ħ'Attard == [https://web.archive.org/web/20110714164833/http://attardvillage.netfirms.com/attard_anthem.mid Isma l'innu] Ġonna li jfewħu biż-żahar tal-larinġ, djar fl-isqaqien dellija, ġawhra ta' tempju, dehra ta' ġmiel, il-kenn t'Omm għal dawk li bkew. Dak li writna tul is-snin ngħaddu 'l ta' warajna, xhieda ħajja tal-ġrajjiet li taw l-ogħla ġieh lil artna. Bnadar iperpru mal-arbli għoljin, twieqi għad-dawl miftuħa, qniepen ferrieħa, kant taż-żerniq, u l-ħolm sabiħ taż-żmien li ġej. Dak li writna tul is-snin ngħaddu 'l ta' warajna, xhieda ħajja tal-ġrajjiet li taw l-ogħla ġieh lil artna. == Popolazzjoni == [[Stampa:Attarda.jpg|thumb|185x185px|Bieb ta' dar tipika f'Ħ'Attard]] Meta Ħ'Attard infired minn [[Birkirkara]] fl-[[1575]] u sar parroċċa għalih bi knisja indipendenti, kien hemm madwar 665 abitant joqgħodu f'165 dar.<ref>{{Ċita web|url=https://vassallohistory.wordpress.com/malta-in-1575|titlu=Malta in 1575|sit=Vassallo History|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> Ħ'Attard kellu miegħu ukoll żewġt irħula oħra, ''Ħal Bordi'' li kellu 18-il dar u 92 ruħ u ''Ħal Mann'' li kellu bejn wieħed u ieħor l-istess għadd ta' djar u 66 ruħ. Dawn iż-żewġt irħula ma damux ma ngħaqdu ma' [[Ħal Lija]] minħabba li r-residenti xtaqu li ma jibqgħux parti minn Ħ'Attard,<ref>{{Ċita web|url=https://lijalc.gov.mt/en|titlu=Lija Local Council|sit=Lija Local Council|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> u għalhekk il-villaġġ reġa' sab ruħu waħdu flimkien mar-raħal ċkejken ta' ''Ħal Warda''. Fl-[[1646]] Ħ'Attard laħaq mal-200 dar. Fl-[[1655]] insibu li kien fih 260 dar u 1,240 ruħ. Fl-[[1667]] kellu 1,210 abitant u 257 dar. Iżda hawn il-popolazzjoni naqset minħabba l-pesta li laqtet lill-Ħ'Attard l-aktar fl-1676. Din qatlet 104 persuna minn madwar 1,000 abitant.<ref name=":0">{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/23518/1/ATTARD%20-%20The%20Life%20of%20a%20Maltese%20Casale.PDF|titlu=Attard - The Life of a Maltese Casale|kunjom=Frendo|isem=Henry|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> Fl-[[1760]] il-popolazzjoni naqset għal 870 ruħ. Fl-[[1829]] kellha 967 ruħ u 191 dar, u fl-1851, telgħet għal 998 ruħ. Fl-[[1865]] kien fiha 1,239 ruħ u fis-sena [[1890]] reġgħet telgħet għal 1,610 abitant u 240 dar. Fl-1901, il-popolazzjoni laħqet 1,837 abitant, u minn hemm baqgħet tikber għal 2,052 abitant fl-1911 u 2,058 abitant fl-1921. Fil-bidu tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta' Ħ'Attard imxiet proporzjonali mal-popolazzjoni ġenerali ta' Malta sa madwar is-sena 1970. Minn hemm, il-popolazzjoni bdiet tiżdied ħafna fi żmien qasir. Fis-sena 1985, il-popolazzjoni ta' Ħ'Attard kważi irdupjat minn 2,874 ruħ għal 5,681 ruħ f'temp ta' sena.<ref name=":0" /> Fl-antik bosta nies kienu jfittxuh fis-[[sajf]] biex iqattgħu fih il-btajjel tagħhom fil-vilel għonja u djar sbieħ, iżda llum għażluh sabiex ikun ir-residenza permanenti tagħhom. Sal-aħħar tas-sena 2024, kien hemm 13,134 persuna jgħixu f'din il-lokalità.<ref>{{Ċita web|url=https://nso.gov.mt/population/world-population-day-11-july-2025/|titlu=World Population Day: 11 July 2025|kunjom=Migliore|isem=Sharon|data=2025-07-10|lingwa=en|data-aċċess=2025-11-19|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250803152942/https://nso.gov.mt/population/world-population-day-11-july-2025/|arkivju-data=2025-08-03|url-status=dead}}</ref> == Knejjes u Kappelli == === Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija === [[Stampa:Parish Church of Saint Mary.jpg|thumb|right|200px| Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard]] Il-knisja li hemm illum bdiet tinbena fl-1613 u tlestiet fl-1616. Kienet opra tat-tielet kappillan, Dun Stiefnu Buttiġieġ u l-perit kien [[Tumas Dingli]] mill-istess raħal.<ref name=":10" /> Dingli kien ispirat mill-faċċata tal-knisja ta' Sant'Andrija f'Mantua, fl-Italja, li ukoll tinkorpora tliet niċeċ fuq iż-żewġ naħat tal-faċċata. Il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta' Birkirkara hija wkoll ibbażata fuq din il-knisja.<ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/31086/1/The%20life%20of%20a%20rural%20village%20–%20Mosta%20pastoral%20visits.pdf|titlu=The Life of a Rural Village - Mosta Pastoral Visits|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> Il-kampnar ġie miżjud fl-1718, li jikkonsisti minn arloġġ magħmul mill-arluġġar [[Michelangelo Sapiano]] fl-1872.<ref name=":1">{{Ċita web|url=https://parrocci.knisja.mt/parrocca/attard|titlu=Parroċċa ta' Ħ'Attard|sit=Arċidjoċesi ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=2 August 2025|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20250328161419/https://parrocci.knisja.mt/parrocca/attard/|arkivju-data=28 March 2025|url-status=dead}}</ref><ref name=":2">{{Ċita web|url=https://www.researchgate.net/profile/George-Cassar-2/publication/362833980_A_TASTE_OF_THE_HISTORY_CULTURE_AND_ENVIRONMENT_of_the_Central_Region_of_Malta/links/63027326eb7b135a0e5008d5/A-TASTE-OF-THE-HISTORY-CULTURE-AND-ENVIRONMENT-of-the-Central-Region-of-Malta.pdf|titlu=A Taste of the History, Culture and Environment of the Central Region of Malta|kunjom=Cassar|isem=George|data=2019|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref> Hemm min jgħid li l-kampnar kien xogħol il-perit Giovanni Barbara. Il-knisja ta' Ħal-Lija li kien ħadem fuqha hu stess tlestiet fl-1700, u l-kappillan ta' dak iż-żmien, Dun Ġużepp Pisani, kien wild Ħ'Attard. Għalhekk hemm ċans kbir li dan il-kappillan għamel kulma seta' biex l-istess perit jieħu f'idejh ix-xogħol tal-knisja ta' raħal twelidu. Barra minn hekk, l-istil tal-kampnar huwa kollu kemm hu ta' Barbara, iżda l-ebda dokument qatt ma nstab li jorbtu ma' din il-knisja.<ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100491/1/Il-Kampnar%20tal-Parroċċa.pdf|titlu=Il-Kampnar tal-Parroċċa ta' Ħ'Attard|kunjom=Mallia|isem=C.|data=2006|sit=Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=18 October 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20261018202122/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100491/1/Il-Kampnar%20tal-Parro%C4%8B%C4%8Ba.pdf|arkivju-data=18 October 2026}}</ref> Is-sagristija li qiegħda fil-lemin ġiet mibnija fl-1740, filwaqt li l-oħra ttellgħet fl-1856.<ref name=":2" /> L-istatwi ta' ġon-niċeċ huma magħmulin mill-iskultur [[Francesco Saverio Sciortino]] fl-1945.<ref name=":2" /> Il-kappillan ta' Ħ'Attard huwa Dun Joseph Grech.<ref name=":1" /> Il-knisja fiha diversi kwadri mpittrin minn pitturi differenti. Fosthom hemm il-kwadru tal-Assunta tal-pittur [[Pasquale Buhagiar]].<ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/50949/1/Pasquale%20Buhagiar%20u%20x-xogħlijiet%20tiegħu.pdf|titlu=Pasquale Buhagiar u x-Xogħlijiet Tiegħu|kunjom=Borg|isem=J. P.|data=2012|sit=Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=17 October 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20261017085232/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/50949/1/Pasquale%20Buhagiar%20u%20x-xogħlijiet%20tiegħu.pdf|arkivju-data=17 October 2026}}</ref> Il-kwadri tar-Rużarju, taċ-Ċintura u tad-Duluri huma ta' [[Francesco Zahra]]. Ta' Zahra hemm ukoll ħmistax-il kwadru ovali li jirrappreżentaw il-misteri tar-Rużarju li qabel kienu mdawrin madwar il-kwadru tar-Rużarju iżda issa jinsabu fil-mużew tal-arti sagra tal-parroċċa, kif ukoll kwadru tal-Anġlu Kustodju li jinsab fis-sagristija. [[Giuseppe Calleja]] ħadem il-kwadru tal-Martirju ta' San Pietru u San Pawl fuq disinn ta' [[Giuseppe Hyzler]]. Il-kwadru tal-Kunċizzjoni huwa tal-kavallier-artist Franċiż Fra [[Luca Garnier]]. Il-pittura tal-Kurċifissjoni sar minn [[Francesco Xerri]].<ref name=":10" /><ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/61414/1/San%20Gejtanu%20fil-Parroċċa%20ta_%20Santa%20Mairia%20ta_%20Ħ_Attard.pdf|titlu=San Gejtanu fil-Parroċċa ta' Santa Mairia ta' Ħ'Attard|kunjom=Micallef|isem=John|data=2019|sit=Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=17 October 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20261017101330/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/61414/1/San%20Gejtanu%20fil-Parro%C4%8B%C4%8Ba%20ta_%20Santa%20Mairia%20ta_%20%C4%A6_Attard.pdf|arkivju-data=17 October 2026}}</ref> === Kappella ta' Sant'Anna === [[File:KappellaSantAnna.png|thumb|150px|Il-Kappella ta' Sant'Anna]] Il-kappella ta' Sant'Anna tinsab ġo sqaq li tidħol għaliha minn Triq San Duminku. Fil-pesta ta' bejn l-1675 u l-1676, madwar 104 persuna minn Ħ'Attard inqatlu. Qabel dan, fejn issa tinsab il-kappella, kien hemm kappella oħra żgħira ddedikata lil [[San Nikola|San Nikola ta' Bari]], imma din ġiet dikonsakrata minħabba l-istat li kienet qiegħda fiha. Minflokha, in-nies ta' Ħ'Attard bnew kappella ddedikata lil [[Santu Rokku]] bejn l-1677 u l-1680 u difnu 'l dawk li kienu mietu bil-pesta.<ref>{{Ċita web|url=https://kappelli.net/attard/chapel-of-st-anne-attard/st-anne-attard-full-history|titlu=St. Anne Attard - Full History|sit=Missio|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref> Il-qasam tal-MUSEUM ta' Ħ'Attard l-ewwel uża din il-kappella ftit snin wara li sar il-qasam, u li kien tahom il-kappillan ta' dak iż-żmien. Hemmhekk damu għal madwar sena. Huma mxew għal 38, Triq il-Kbira, fejn damu sal-1974.<ref name=":7">{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100486/1/PROFESSJONISTI%20F_Ħ_ATTARD.pdf|titlu=Professjonisti f'Ħ'Attard|kunjom=Mallia|isem=Carmel|data=1998|sit=Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=29 March 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260329065605/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100486/1/PROFESSJONISTI%20F_Ħ_ATTARD.pdf|arkivju-data=29 March 2026}}</ref> Waqt il-gwerra, minħabba li din id-dar bdiet tintuża minflok il-Liċeo, għad-duttrina bdew jiltaqgħu fid-dar tas-superjur ta' dak iż-żmien, Francis Zammit, li kienet tinsab f'60/61 Triq Sant'Antnin. Meta reġgħu marru lura, beda jinħass il-bżonn ta' post akbar, allura beda jsir ix-xogħol fuq il-kappella. L-ewwel ġebla tqiegħdet fit-13 ta' Settembru 1970, u ġiet imbierka mill-Kappillan Ġużeppi Dalmas. Fil-bidu, kien hemm intopp, għaliex xi nies kienu talbu li tinbena triq eżatt wara s-sagristija tal-kappella, u li kieku nbniet kienet taqsam il-MUSEUM f'żewġ partijiet, iżda bl-interċessjoni tal-Kappillan, din ma saritx. Il-membri tal-MUSEUM imxew lura għall-kappella fl-1974, fejn għadhom sal-lum.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=MUSEUM Ħ'Attard|sena=1989|kapitlu=Bidu|titlu=Il-MUSEUM f'Ħ'Attard 1919-1989 - 70 sena|paġni=8}}</ref> == Palazz ta' Sant'Anton == :''Artiklu prinċipali: [[Palazz ta' Sant'Anton]]'' [[Stampa:Malta 2001 035.jpg|thumb|right|200px|Il-funtana fiċ-ċentru tal-ġonna ta' Sant'Anton]] Dan il-palazz maestuż, li llum iservi bħala r-residenza tal-President ta' [[Malta]], ġie mibni madwar l-1620 mill-Gran Mastru [[Antoine de Paule]] li kien joqgħod fih qabel ma ġie maħtur [[Gran Mastru]]. L-istoriku [[Pietru Pawl Castagna]] jgħid li l-palazz sar madwar l-1625, jiġifieri sentejn wara t-tlugħ ta' De Paule bħala Gran Mastru. Calleja jgħid li nbena fl-1635. Fil-bidu tiegħu, dan il-palazz kien iżgħar milli hu llum għax kien inbena bħala villa, iżda meta sar Gran Mastru, de Paule kabbru għal palazz.<ref>{{Ċita web|url=https://president.gov.mt/santanton-palace|titlu=Sant'Anton Palace|sit=President|lingwa=en|data-aċċess=2 August 2025}}</ref> Il-palazz jieħu ismu minn [[Sant'Antnin ta' Padova]], il-patrun tal-Gran Mastru de Paule. Fl-1798, fir-rewwixta kontra l-Franċiżi, il-palazz kien il-bażi tal-partit kontrihom. Wara dan, il-palazz sar ir-residenza tal-Gvernatur Ingliż [[Alexander Ball]] u baqa' hekk għal gvernaturi ta' warajh. Meta Malta saret repubblika fl-1974, sar ir-residenza tal-President.<ref name=":0" /> == Monumenti u Siti ta' Interess == === Il-Monument tal-Papa Ġwanni Pawlu II === [[Stampa:MonumentPapaGwanniPawluII.jpg|thumb|120px|Il-monument li jinsab quddiem Santa Katerina.]] Sabiex jiġu mfakkra ż-żewġt iljieli li l-Papa [[Ġwanni Pawlu II]] qatta' ġo dar f'Ħ'Attard, ir-residenti ta' dan il-lokal waqqfu monument f'ġieħu, li jinsab sewwasew quddiem l-Isptar ta' Santa Katerina.<ref>{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/papal-monument.94275|titlu=Papal monument|kunjom=Ross|isem=Victor|data=6 April 2005|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref> Matul il-vista tiegħu, il-Papa raqad fin-Nunzjatura Appostolika ġo Ħ'Attard. Il-kitba tgħid hekk: {{Kwotazzjoni|Biex infakkru li <br /> il-Papa Ġwanni Pawlu II <br /> qagħad fostna <br /> 25-27·V·1990}} Il-monument, xogħol l-iskrultur [[Joseph Casha]] huwa miksi bil-bronż.<ref>{{Ċita web|url=https://josephcasha.com/about-the-artist|titlu=About the Artist - Joseph Casha|sit=Joseph Casha|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref><ref name=":3">{{Ċita web|url=https://www.facebook.com/100065083599045/posts/1097692165743560/?_rdr|titlu=35 Year Anniversary|kunjom=Casha|isem=Joseph|data=25 May 2025|sit=Facebook|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref> Il-monument huwa kemm astratt, stil li kien jintuża ħafna minn Casha, kif ukoll realistiku.<ref>{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/hes-got-the-world-in-his-hands.875005|titlu=He's got the world in his hands|kunjom=Muscat|isem=Joseph|data=1 November 2009|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=3 August 2025}}</ref> Kixfu n-Nunzju Appostoliku, Arċisqof [[Pier Luigi Celata]] fl-1 ta' Ġunju, 1991,<ref name=":3" /> fil-preżenza tal-kappillan ta' Ħ'Attard, Dun Anton Portelli, u bosta personalitajiet oħra. Għal din l-okkażjoni tkellmu wkoll is-Sur [[Joseph Sciberras]] u l-Professur [[Oliver Friggieri]].‎ === Central View Cottage === Central View Cottage, magħrufa wkoll bħala ''The'' ''Butler's House'' jew ''Axis Art Gallery'' hija propjetà mibnija fl-1903 li kienet tintuża bħala r-residenza tas-sewwieq u l-maġġordom ta' [[Gerald Strickland]] flimkien mal-familji tagħhom.<ref>{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/a-track-in-time.917761|titlu=A track in time|data=28 November 2021|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=2 May 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260502210903/https://timesofmalta.com/article/a-track-in-time.917761|arkivju-data=2 May 2026}}</ref> Il-binja tinsab faċċata Ġnien l-Istazzjon u minn maġenbha kienet tgħaddi l-ferrovija. Waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, kien hemm diversi suldati mqegħdin f'postijiet strateġiċi sabiex jipprovdu appoġġ f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Wieħed minn dawn il-postijiet kien ħdejn Central View Cottage, fejn stakkament ta' suldati tas-'Signals' tqiegħdu hemmhekk.<ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/43540/1/Pages%20from%20Attard_Socjeta%20muzikali%20la%20stella%20levantina_Is-seracina_2017-3.pdf|titlu=Ħ'Attard fi żmien it-tieni gwerra dinjija 1939-1943|kunjom=Mallia|isem=Carmel|data=2017|sit=L-Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=3 May 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260503082000/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/43540/1/Pages%20from%20Attard_Socjeta%20muzikali%20la%20stella%20levantina_Is-seracina_2017-3.pdf|arkivju-data=3 May 2026}}</ref> Il-binja damet tintuża mill-familji tas-sewwieq u l-maġġordom sas-snin 60, u damet abbandunata għal ħafna snin wara. Fl-2023, id-dar inbiegħet bil-pjan li tinbidel għal 120 metru kwadru ta' spazju miftuħ għall-wirja tal-arti.<ref name=":9">{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/station-master-home-butler-quarters-now-art-gallery.1127493|titlu=From station master’s home to butler’s quarters – and now an art gallery|kunjom=Galea Debono|isem=Fiona|data=27 April 2026|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=2 May 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260428085251/https://timesofmalta.com/article/station-master-home-butler-quarters-now-art-gallery.1127493|arkivju-data=28 April 2026}}</ref> It-tliet ko-fundaturi Marie Cassar, Mario Cassar u Maria McKenna ffinanzjaw il-proġett b'mod privat sabiex ir-riabilitazzjoni tad-dar issir b'mod xieraq u kif mixtieq. Fost il-manutenzjoni li kellu jsir, kien hemm pajpijiet esposti, soqfa jqattru u xorok imkissra. Apparti wirja tal-arti, il-binja kellha wkoll tintuża bħala uffiċini għal de Valier, kumpanija li tiffoka fuq ir-restawr tal-patrimonju u arkitettura Maltija. Peress li ħadu d-deċiżjoni li jipparteċipaw fil-Malta Biennale 2026, ix-xogħlijiet kellhom jitlestew f'sitt xhur sabiex tintlaħaq id-data tat-tlestija. L-ewwel esebizzjoni, bl-isem ta' ''Nothing is Clear'', infetħet għall-pubbliku fl-10 ta' April 2026 u ppreżentat xogħlijiet ta' diversi artisti bħal Mario Abela, Justin Falzon, u Laura Besançon, fost oħrajn.<ref name=":9" /> == Il-Ferrovija == === L-istorja tal-ferrovija f'Ħ'Attard === [[Stampa:StazzjonĦAttard.jpg|thumb|200px| L-istazzjon ta' Ħ'Attard.]] Il-ferrovija kienet tgħaddi mit-toroq ta' Ħ'Attard. Meta titlaq l-istazzjon ta' [[Birkirkara]], u taqbad triqitha 'l fuq mit-triq illum magħrufa bħala "il-Linja", naturalment b'referenza għal-linji tal-ħadid, il-ferrovija kienet timmira lejn l-istazzjon l-ieħor li kien hemm f'Ħ'Attard, biex imbagħad tiġbed lejn is-Salvatur fi triqitha, u din tkun l-itwal triq li huwa l-istazzjon tar-Rabat, b'tul ta' 2.7km. Meta nfetħet il-ferrovija fl-1883,<ref name=":4">{{Ċita web|url=https://www.independent.com.mt/articles/2023-02-02/local-news/PA-funds-new-educational-centre-on-footprint-of-former-Attard-railway-station-6736249330|titlu=PA funds new educational centre on footprint of former Attard railway station|data=2 February 2023|sit=The Malta Independent|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> l-istazzjon ta’ Ħ’Attard kien ipprovdut b’binja żgħira kif ukoll pjattaforma, li kienu jinsabu fuq in-naħa t’isfel tal-linja.<ref name=":5">{{Ċita web|url=https://maltarailway.net/discover/stations/attard-2|titlu=Attard - A garden station|sit=The Malta Railway|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> F’dan iż-żmien, ħafna nies fl-ogħla livell tas-soċjetà bdew isibu lil Ħ’Attard bħala post tajjeb biex jibnu l-vilel tagħhom, u l-linja probabbli għenet f’dan l-iżvilupp. Il-problema kienet li l-ammont ta’ nies li bdew jużaw il-linja kien wisq għall-istazzjon żgħir ta’ Ħ’Attard. [[Stampa:Ferrovijaattard1.JPG|thumb|right|200px| Il-pont tal-ferrovija f'Ħ'Attard. Illum għad baqa' fdalijiet.]] Fl-1897, biex ikun hemm aktar dell għall-passiġġieri li kienu qed jistennew il-ferrovija, xi siġar tal-ħarrub kienu mħawlin fl-istazzjon.<ref name=":5" /> Dawn is-siġar kienu l-idea tal-eżekuttiv tal-ferrovija, Nicola Buhagiar, biex l-istazzjonijiet jidhru isbaħ. Huwa kien ispirat mill-ferroviji Ingliżi, fejn kienet drawwa li jagħmlu kompetizzjonijiet fuq l-isbaħ stazzjon.<ref>{{Ċita web|url=https://maltarailway.net/in-government-hands|titlu=In Government Hands|sit=The Malta Railway|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> Fil-5 ta’ Settembru 1900, għassies bl-isem ta’ L. Mercieca waqa’ minn fuq l-''embankment'' tal-ferrovija u kien miġbur mejjet mit-triq.<ref>{{Ċita web|url=https://www.google.com/maps/d/u/2/viewer?mid=1mVFVqu8sUkvJocFOBoYJkPobT0zYOLw&ll=35.89273019104326%2C14.444387736903845&z=18|titlu=Daily Malta Chronicle and Garrison Gazette - Death of L. Mercieca|data=7 September 1900|sit=The British Library Board|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> Fl-1904, ġiet proposta għal stazzjon kbir għal Ħ’Attard, wieħed li kien jikkompeti mal-istazzjon tal-Belt fil-kobor tiegħu. Sfortunatament, din il-proposta qatt ma seħħet, u kellu jgħaddi numru ta’ snin qabel ma jittieħed azzjoni fuq iċ-ċokon tal-istazzjon ta’ Ħ’Attard.<ref name=":5" /> Eventwalment, bdew isiru xi xogħlijiet fuq l-istazzjon fl-1909. Il-bini tal-istazzjon il-ġdid ma kienx faċli. Kien jinsab wara waħda mill-ogħla partijiet tal-linja,<ref name=":4" /> u biex ikun hemm biżżejjed spazju għax-xogħol li kellu jsir, kellhom isiru xi pilastri biex iserraħ fuqhom il-pjattaforma. Inbnew ukoll kolonni tal-ġebel kif ukoll balavostri biex jimmarkaw il-limiti tal-istazzjon. In-nies li kienu qegħdin jistennew il-ferrovija issa kellhom binja ġdida b’soqfa għoljin u biċċa żgħira fuq barra li tibblokka x-xemx. Din il-binja kienet tinsab fuq in-naħa ta’ fuq tal-linja. L-uffiċju tal-biljetti kien qiegħed ħdejn l-intrata għall-pjattaforma, u magħha kellha xi latrini u akkomodazzjoni għall-uffiċjal.<ref name=":5" /> Il-pjattaforma ġdida issa kienet ħafna akbar, u kellha post għal ammont kbir ta’ nies, ankè fil-ġranet tal-festi. Bħall-istazzjon ta’ Birkirkara, li inbena madwar l-istess żmien, is-siġar u ġonna żgħar kienu inkorporati mal-istazzjon bħala post għad-dell biex jiżdiedu l-ammont ta’ nies li jiġu l-istazzjon. L-istazzjon il-ġdid baqa’ jservi sew minkejja li l-ammont ta’ nies kien qed inaqqas fis-snin 20. Xelter tal-metall kien miżjud madwar it-tieqa tal-uffiċju tal-biljetti, u blokka ġdida tal-latrini kienet mibnija fuq in-naħa ta’ wara tal-pjattaforma. Wara dan, ftit inbidel qabel ma ngħalqet il-ferrovija f’Marzu tal-1931.<ref name=":5" /> Il-binja baqgħet taħt il-kontroll tal-gvern u reġa’ beda jintuża fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-istazzjon sar ''Victory Kitchen'' taħt il-''Communal Feeding Department'' biex inaqqas l-ammont ta’ ġuħ fil-popolazzjoni ta’ Ħ’Attard f’dak iż-żmien.<ref>{{Ċita web|url=https://arkivji.org.mt/plan-showing-in-red-the-old-railway-station-formerly-acting-as-victory-kitchen-in-attard-in-red-also-permit-number-7-dated-29-02-1944|titlu=Plan showing in red the old railway station formerly acting as the Victory Kitchen in Attard|data=29 February 1944|sit=Arkivji Nazzjonali|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> Din il-binja m'għadhiex teżisti aktar għaliex laqtitha bomba fl-20 ta’ Marzu 1942 u twaqqgħet ftit wara. Xi strutturi oħra li kienu jagħmlu parti mill-istazzjon baqgħu hemm; l-uffiċju tal-biljetti baqa’ sas-snin 60, u l-latrini saru sotto-stazzjon.<ref name=":5" /> === Tifkiriet u restawr === [[File:AttardRailwayEmbankmentPresent.png|thumb|right|200px|Kif jidher il-pont tal-ferrovija f'Ħ'Attard illum.]] Fid-23 ta’ Diċembru 2019, ġie inawgurat ix-xogħol ta’ tisbiħ u restawr fl-''embankment'' li kien jintuża mill-ferrovija l-qadima f’Ħ’Attard. Il-flus għax-xogħol ġew minn fondi Ewropej, minn fondi mill-Awtorità tal-Ippjanar u b’investiment minn Infrastructure Malta. L-applikazzjonijiet għall-fondi saru mis-Sindku Stefan Cordina għaliex ħass li din il-parti tal-istorja tal-pajjiż tiġi restawrata.<ref name=":6">{{Ċita web|url=https://tvmnews.mt/news/ara-x-xoghol-li-sar-fuq-l-embankment-li-kien-jintuza-mill-ferrovija-fhattard|titlu=Ara x-xogħol li sar fuq l-embankment li kien jintuża mill-ferrovija f’Ħ’Attard|kunjom=Galea|isem=Owen|data=23 December 2019|sit=TVM News|lingwa=mt|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> Skont il-perit Edward Said, ir-restawr kien jikkonsisti f’bidliet ta’ xi ftit ġebel imfarrak, u t-tneħħija tal-ħaxix li kien qed jagħmel ħsara lill-istruttura. L-''embankment'' kienet saret minħabba l-għamla tal-art, l-istess raġuni li kellhom jittellgħu il-pilastri meta bnew l-istazzjon il-ġdid fl-1909. Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Edward Zammit Lewis, qal li dan kien proġett sar b’investiment ta’ €420,000 u minbarra r-restawr tal-embankment sar ukoll ċentru ta’ informazzjoni dwar l-istorja tal-ferrovija fil-Ġnien l-istazzjon. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħeġġeġ lill-kunsilli lokali oħrajn biex jieħdu l-eżempju tal-kunsill ta’ Ħ’Attard u japplikaw għall-iskema maħsuba biex tgħin lill-kunsilli jsebbħu l-lokalitajiet tagħhom.<ref name=":6" /> Fit-2 ta’ Frar 2023, l-Awtorità tal-Ippjanar ikkontribwixxiet €200,000 liċ-Ċentru Edukattiv li kellu jinfetaħ f’Ħ’Attard. Dan iċ-ċentru kellu jikkonsisti minn librerija, post tal-qari, u latrini. Is-sit tal-binja kellu jkun fuq fejn kien jinsab l-istazzjon ta’ Ħ’Attard fil-passat. Il-binja kellha wkoll tkun iddisinjata u ispirata mill-binja tal-istazzjon l-antika.<ref>{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/new-building-former-attard-railway-station-house-library.1011042|titlu=New building at former Attard railway station to house library|data=2 February 2023|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://newsbook.com.mt/centru-edukattiv-se-jinbena-fuq-li-kien-stazzjon-tal-ferrovija-fhattard|titlu=Ċentru edukattiv minflok l-istazzjon tal-ferrovija f'Ħ'Attard|kunjom=Muscat|isem=Gavin|data=2 February 2023|sit=Newsbook|lingwa=mt|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett kien eżempju ta’ kif il-fondi mid-''Development Planning Fund'' (DPF) qegħdin jiġu użati biex isebbħu l-ispazju. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropew Chris Bonett qal li dan il-proġett sar b’investiment ta’ €747,000, li minn dawk, €514,000 ġejjin mill-fondi Ewropew.<ref name=":4" /> Iċ-ċentru l-ġdid kien inawgurat fis-16 ta’ April 2024, u miegħu ġie inawgurat ukoll mudell ta’ wieħed mill-ferroviji magħmul mill-kartonċina. Dan il-mudell kien ix-xogħol ta’ Stephen Bonello, u bnieh minn ''blueprint'' ipprovdut minn Paul Galea mill-Fondazzjoni tal-Ferrovija Maltija. Il-ħidma ta’ Bonello bdiet fl-2016, u l-mudell inbena f’partijiet. Dawn il-partijiet inġarru mill-kumpanija Multi Packaging Limited għal Ġnien l-Istazzjon fis-6 ta’ April biex jiġu mgħaqqdin. Wara li tlesta, kien mgħotti b’kaxxa tal-ħġieġ.<ref>{{Ċita web|url=https://www.facebook.com/stephen.bonello.585/videos/7501894859854072|titlu=Ringrazzjament minn Stephen Bonello|kunjom=Bonello|isem=Stephen|data=6 April 2024|sit=Facebook|lingwa=mt|data-aċċess=9 August 2025}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://timesofmalta.com/article/replica-locomotive-centrepiece-newlyrestored-attard-railway-station.1091082|titlu=Replica locomotive is centerpiece of newly-restored Attard railway station|data=16 April 2024|sit=Times of Malta|lingwa=en|data-aċċess=9 August 2025}}</ref> == Edukazzjoni == === Storja === Fi żmien l-Ingliżi, infetħet skola primarja f'Ħal Lija, li kienet taċċetti studenti ġejjin minn Ħ'Attard u Ħal Balzan. Skola oħra kienet l-iskola tal-gvern f'Ħal Lija ta' dak iż-żmien li kienet tinqasam f'żewġ partijiet prinċipali: parti għall-istudenti żgħar tas-''Stage I'' u ''Stage II'' flimkien mal-bniet li kienet tinsab fejn issa nsibu l-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, kif ukoll parti għall-istudenti subien li kienet tinsab fi Triq Sant'Anton, maġenb il-ġonna. Studenti tal-''Kindergarten'' kienu jattendu l-iskola tal-gvern f'Birkirkara. Fi Triq il-Mosta, Ċensina Schembri waqqfet skola tan-Nuna, skola għat-tfal iż-żgħar fejn kienu jitgħallmu l-istejjer, it-talb, u l-kanzunetti imma xejn iżjed.<ref name=":7" /><ref name=":8">{{Ċita web|url=https://www.researchgate.net/publication/333903472_A_study_in_local_history_since_1800_Attard|titlu=A study in local history since 1800: Attard|kunjom=Buttigieg|isem=Nathan|data=2017|sit=ResearchGate|lingwa=en|data-aċċess=29 March 2026}}</ref> Studenti tas-sekondarja kienu jattendu jew il-Liċeo li dak iż-żmien kien jinsab fil-Belt, jew is-Seminarju tal-Furjana, jew l-Istitut Teknoloġiku fir-Rabat. Fl-1911, il-Missjunarji Franġiskani ta' Santa Marija (is-Sorijiet il-Bojod) waqqfu skola għat-tfajliet fejn kienu jitgħallmu l-ħjata u r-rakkmu f'Villa Bologna. Minħabba raġunijiet finanzjarji, l-iskola ngħalqet fil-11 ta' Ġunju 1917, u dawn is-sorijiet imxew Ħal Balzan fejn waqqfu skola primarja hemmhekk.<ref name=":7" /> Fil-11 ta' Ġunju 1940, bdew l-attakki mill-ajru fuq Malta. Kien ta' tiġrib għat-tfal ta' Ħ'Attard li joqogħdu jitilgħu u jinżlu erba' darbiet kuljum u jqiegħdu ruħhom fil-periklu sakemm jaslu Ħal Lija u lura. Għalhekk infetħet skola temporanja fil-Każin ''La Stella Levantina'' li bdiet taċċetta l-istudenti tal-primarja sabiex jevitaw il-mixja sa Ħal Lija. L-istudenti li kienu jattendu l-Liċeo bdew jiltaqgħu fil-MUSEUM tas-subien f'38, Triq il-Kbira. Wara l-gwerra, avolja ma kienx għad hemm il-periklu tal-mewt, l-iskola fil-każin ma ngħalqitx. Il-membri tal-każin ilmentaw lid-Direttur tal-Edukazzjoni, u rrisponda billi qalilhom li l-iskola ma kinitx ser terġa' timxi għal Ħal Lija, iżda post alternattiv kellu jinstab. Fl-1946, rifuġjati tal-gwerra li kienu joqogħdu fil-Villa Caruana Gatto telqu u għalhekk l-iskola tmexxiet hemmhekk.<ref>{{Ċita web|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100488/1/H_%20Attard.pdf|titlu=Ħ'Attard: xi tifkiriet minn tiegħi|kunjom=Borg|isem=Norman J.|data=2006|sit=Università ta' Malta|lingwa=mt|data-aċċess=29 March 2026|arkivju-url=https://web.archive.org/web/20260329085641/https://www.um.edu.mt/library/oar/bitstream/123456789/100488/1/H_%20Attard.pdf|arkivju-data=29 March 2026}}</ref> Fl-1958 il-[[Gvern ta' Malta |Gvern]] ta' dak iż-żmien ħejja pjanta għal skola primarja fuq id-disinn tas-Sur Ġużeppi A. Tonna. Din kellha tinbena fi Triq il-Mosta int u dieħel lejn l-isptar ta' [[Santa Katerina ta' Siena]]. L-iskola bdiet tinbena fl-1959, u fl-1962 l-iskola fil-Villa Caruana Gatto tbattlet u beda t-tagħlim fil-post il-ġdid. L-iskola ġiet imsemmija għal [[Tumas Dingli]], wieħed mill-iktar periti li għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu.<ref name=":0" /> Ftit taż-żmien wara, l-iskola ngħatat l-isem ta' San Nikola, iżda l-isem Tumas Dingli xortawaħda baqa' jintuża inuffiċjalment.<ref name=":8" /> == L-Isptar tad-Dumnikani == L-Isptar ta' [[Santa Katerina ta' Siena]] qiegħed fi Triq il-Mosta u hu magħruf l-aktar bħala l-isptar tas-Sorijiet Dumikani. Huwa ġie mqiegħed taħt il-patroċinju ta' din il-qaddisa li hija l-omm u l-mudella ta' dawn is-sorijiet. Ftit snin wara li l-Għaqda ta' Santa Katerina ġiet imwaqqfa fl-[[1916]], is-Sorijiet Dumnikani waqqfu kunvent f'Lija bi klinika miegħu. Kienet hekk bir-reqqa l-kura li ġiet mogħdija lill-morda mis-sorijiet illi t-talbiet min-nies biex jidħlu hemm u l-professuri biex jaqdu f'din il-klinika, li nħasset il-ħtieġa li jibnu sptar ikbar u modern. Illum saret dar għall-anzjani. == L-Isptar Monte Karmeli == Bl-ordinanza ta' l-[[24 ta' Settembru]] [[1852]], il-kunsill talab li jintressqu pjanti għall-bini ta' sptar tal-mard tal-moħħ u li kellu jinbena fi ''Fleur-de-Lys''. Fost il-pjanti, li l-arkitett tal-pjanta għażel u li matul is-sena 1852 kienu ppreżentati minn diversi arkitetti intgħażlet mill-[[Gvernatur Reid]] dik ta' l- [[Sqallija|Isqalli]] Gaetano Francesco Cianciolo, [[emigrant]] f' [[Malta]] u kien joqgħod f'[[Birkirkara]]. Beda jinbena fl-[[1853]] f' Wied Inċita u mhux fejn kien maħsub qabel, jiġifieri fi ''Fluer-de-Lys''. == Feniċi f'Ħ'Attard == Fil-[[21 ta' Settembru]], [[1946]], filwaqt li kien għaddej it-tħaffir tal-gandoti fil-blat għat-tqegħid tal-katusi f'Misraħ Palma ġo Ħ'Attard, grupp ta' ħaddiema, daħlu aċċidentalment ġo midfna ta' qabar imħaffra fil-blat. Id-daħla għall-qabar kienet minn spiera ta' ħames piedi fonda, erba' piedi twila u tliet piedi wiesgħa. Id-dħul għall-midfna kien minn fetħa rettangulari, żewġ piedi u seba' pulzieri għolja == Referenzi == {{Referenzi}} == Ħoloq esterni == * [https://web.archive.org/web/20100301221810/http://www.attard.gov.mt/ Kunsill Lokali Attard] * [http://www.centralfmradio.com/ 93.3 Central FM] * [https://web.archive.org/web/20080307175914/http://www.maltachurch.org.mt/Parish/Attard.htm Informazjoni fuq il-Parroċċa] * [http://www.maplandia.com/malta/attard/ Mappa] * [http://www.attardparish.org/ Parroċċa Ħ'Attard] {{Kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex}} [[Kategorija:Bliet ta' Malta]] [[Kategorija:Ħ'Attard| ]] tb87hj6dr5r1kkf5m25lragtvk7ntb7 Edmond Zarb 0 34303 332958 330964 2026-10-18T16:01:36Z ~2026-55853-89 29106 Żidt li r-rumanz F'Salib it-Toroq inqara din is-sena fuq Radju Malta. 332958 wikitext text/x-wiki {{Infobox bijografija}} {{L-ewwel bil-Malti}}'''Edmond Zarb''' twieled il-Ħamrun fit-2 ta’ Marzu 1945. Studja l-[[Kulleġġ ta’ Stella Maris]] fil-Gżira. Meta kellu ħames snin, beda jistudja l-pjanu ma’ missieru, Anthony Zarb, li kien mużiċist ukoll.<ref name=":0">{{Ċita web|url=http://www.m3p.com.mt/wiki/Joseph_Edmond_Zarb|titlu=Joseph Edmond Zarb|sit=m3p.com.mt|lingwa=en}}</ref> Fl-1967 għamel l-ewwel kuntratt tiegħu bħala pjanista tal-lukanda [[Malta Hilton]], fejn dam 30 sena u ingħata unur internazzjonali wara biss ħames snin għall-eċċellenza li wera fil-profiċjenza tal-pjanu mal-klijenti u midalja oħra wara 30 sena ta’ dedikazzjoni bla waqfien għas-servizz tiegħu f’qasam li kien passjonat dwaru. Matul is-snin, kiseb bosta suċċessi f’festivals lokali u internazzjonali bil-kanzunetti li kkompona għal kantanti magħrufa Maltin, bħal [[Joe Cutajar]], [[Enzo Gusman|Enzo Guzman]], Catherine Vigar, Marthese Tanti, [[Renato]], [[Moira Stafrace]] u oħrajn.<ref name=":0" /> Il-karriera tiegħu bħala pjanista f’lukandi prominenti Maltin issoktat il-[[Phoenicia Hotel|Phoenicia]]<ref>{{Ċita web|url=https://www.youtube.com/watch?v=jIA4jYT3zIk&list=RDjIA4jYT3zIk|titlu=Resident Painist Edmund Zarb at the Phoenicia Hotel|kunjom=Phoenicia Hotel|data=30 January 2010|sit=YouTube|lingwa=en}}</ref> kif ukoll il-[[Westin Dragonara]].<ref>{{Ċita web|url=https://whoswho.mt/en/his-music-filled-our-lobby-westin-dragonara-pays-its-respects-to-pianist-edmond-zarb|titlu='His music filled our lobby' – Westin Dragonara pays its respects to pianist Edmond Zarb|sit=whoswho.mt|lingwa=en|data-aċċess=2026-07-08}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.linkedin.com/posts/westin-dragonara-resort_for-over-25-years-edmond-zarbs-music-filled-activity-7447901190119661568-wl9j|titlu=For over 25 years, Edmond Zarb&#39;s music filled our lobby and touched the hearts of everyone who passed through. A beloved presence, week after week, year after year. Today we honour his memory with… {{!}} The Westin Dragonara Resort {{!}} 11 comments|sit=LinkedIn|lingwa=en|data-aċċess=2026-07-08}}</ref><ref>{{Ċita web|url=https://www.facebook.com/photo/?fbid=1408150994685372&set=a.712911927542619|titlu=The Westin - For over 25 years, Edmond Zarb's music filled our lobby and touched the hearts of everyone who passed through. A beloved presence, week after week, year after year. Today we honour his memory with love and gratitude. He will not be forgotten. ❤️ {{!}} Facebook|sit=www.facebook.com|lingwa=en|data-aċċess=2026-07-08}}</ref> Zarb ma kellux biss namra għall-mużika. Wera wkoll interess kbir għall-kitba fil-[[lingwa Maltija]]. Minn dejjem kien iħarbex xi storja qasira li kienet tixxandar fuq il-mezzi tax-xandir ta’ dawk iż-żmenijiet, xi wħud minnhom li nqraw minn [[Charles Arrigo]]. F’ Novembru 1979, [[Twanny Scalpello]] beda jaqra l-ewwel rumanz tiegħu ''F’Xifer l-Irdum'' li ġie ppubblikat fl-1981 bil-koooperazzjoni ta’ David Buġelli. Dan l-ewwel rumanz kien suċċess u ssokta bil-pubblikazzjoni ta’ rumanz ieħor ''F’Salib it-Toroq,'' li nqara fuq Radju Malta minn Twanny Scalpello meta ġie ppubblikat, u dan l-aħħar, fl-2026 reġa' nqara fuq Radju Malta minn Antoniette Axiaq. Is-sensiela tar-rumanzi tiegħu ssoktat: ''F’Keffa ta’ Miżien'' (1981), ''F’Telfa tal-Ġenn'' (1983), ''F’Radda ta’ Salib'' (1984), ''F’Telfien id-Dnub'' (1986), ''F’Seħer it-Tifkiriet'' (1988), ''F’Tgħanniqa mal-Mewt'' (2001) u ''F’Taqbida mal-Mewġ'' (2003). Xi wħud minnhom inqraw fuq il-mezzi tax-xandir u r-rumanz F’Tgħanniqa mal-Mewt ġie adattat għal serje fuq it-televiżjoni Maltija bit-titlu “Tgħanniqa”. Mill-2005 lil hemm, ħareġ sensiela oħra ta’ rumanzi, ffukati fuq il-karattru femminili: Nina, Veronika, Manwela, Sara u l-aħħar wieħed popolari “Emma”, rumanz li nqara diversi drabi fuq il-mezzi tax-xandir.<ref name=":1">{{Ċita web|url=https://newsbook.com.mt/tajt-kontribut-lill-kultura-maltija-imut-l-awtur-u-pjanist-edmond-zarb/|titlu=“Tajt kontribut lill-kultura Maltija” – imut l-awtur u pjanist Edmond Zarb|kunjom=Zammit|isem=Frederick|data=2 April 2026|sit=Newsbook|lingwa=mt}}</ref> Zarb miet fit-2 ta’ April 2026 fl-età ta' 81 sena.<ref name=":1" /> ==Referenzi== {{Referenzi}} == Ħoloq esterni == * [https://soundcloud.com/edmondzarb Edmond Zarb fuq Soundcloud] {{Awtorità}} {{DEFAULTSORT:Zarb, Edmond}} [[Kategorija:Mużiċisti Maltin]] [[Kategorija:Pjanisti Maltin]] [[Kategorija:Twieldu fl-1945]] [[Kategorija:Mietu fl-2026]] gq7isyf907huot5c0h3rv91wqxd19fd